Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Sports 31 tal-futbol internazzjonali... JAMES RODRIGUEZ - Bayern Munich xeħtu ħarsithom fuq l-attakkant Kolumbjan ta' Real Madrid James Rodriguez. Jidher li hija x-xewqa primarja tal-kowċ Taljan tal-Bavarjani, Carlo Ancelotti, li jakkwista lil dan il-plejer hekk kif kien huwa stess li ġabu ma' Real Madrid tliet snin ilu. Madankollu, kien mistenni ikar minn James Rodriguez mal-Galacticos fejn mhux dejjem ingħata ċans regolari mat-tim u b'hekk jista' jkun li fi tmiem l-istaġun iħalli lil Real Madrid biex jingħaqad ma' Bayern Munich. ALEXANDRE LACAZETTE - Wara li qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Lyon fil-Ligue 1 fi Franza, jidher li l-attakkant li l-aktar se jkun segwit matul is-sajf li ġej għall-fini ta' suq tat-trasferimenti se jkun Alexandre Lacazette. Liverpool u Arsenal ilhom juru interess f 'dan il-plejer iżda issa daħlu wkoll fit- taqtiegħa Atletico Madrid fejn lesti joffru s-somma ta' €60 miljun għall-akkwist tiegħu, liema somma tidher li se tkun waħda diffiċli għall-Franċiżi ta' Lyon li jirrifjutaw. MARQUINHOS - Manchester United u Chelsea ingħaqdu ma' numru ta' klabbs oħra li qed isegwu s-sitwazzjoni ta' Marquinhos ma' PSG. Real Madrid, Barcelona u Inter ukoll qed jissemmew li għandhom interess kbir f 'dan il-plejer fejn mistenija jagħmlu offerta tajba għalih fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf. ANGEL DI MARIA - Inter qed jippreparaw għal suq tat-trasferimenti bieżel matul is-sajf li ġej, fejn fost oħrajn mistennija jagħmlu offerta għall-attakkant ta' PSG, Angel Di Maria. Addizzjonalment, in- Neroazzurri se jkunu qed jippruvaw jiffirmaw ukoll lil Dries Mertens mingħand Napoli, bil-kuntratt ta' dan il-plejer Belġjan jiskadi fl-2018. Kollox lest għat-23 edizzjoni tal-Pembroke to Swieqi Road Races nhar Jum il-Ħelsien minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li ġiet indirizzata fil-jiem li għaddew fi stabbiliment kummerċjali ewlieni f 'Birkirkara, ingħataw dettalji rigward it-23 edizzjoni tal-Pembroke to Swieqi Road Races mill-president ta' Pembroke Athleta Athletics Club, Victor Camilleri. Huwa beda biex qal li huwa sinifikanti kif din il-konferenza stampa saret fil-Eurosport minħabba li dawn flimkien mal-isponsors ewlenin li huma l-Kunsilli Lokali ta' Pembroke u tas-Swieqi u l-kumpaniji Attrans, A to Z Electronics, il-Vee Gee Bee u d-distributuri tal-prodotti Nesquik u Fontana qegħdin jiżguraw li fil- ġurnata tal-31 ta' Marzu, fejn f 'pajjiżna jiġi mfakkar Jum il-Ħelsien, se tkun qed terġa' tinkiteb paġna oħra glorjuża fl-istorja tal-klabb tal-atletika ta' Pembroke Athleta. Huwa kompla li l-kumitat tal-klabb jinsab ċert li din se tkun ġurnata oħra ta' suċċess bħal snin imgħoddija għaliex l-applikazzjonijiet jinsabu deħlin b'ritmu mgħaġġel wara l-promozzjoni mill-aqwa li saret fil-Maratona ta' Malta u f '25 skola fosthom dawk privati, governattivi u tal-Knisja, SkolaSport u l-klabbs tal- atletika tul l-aħħar ġimgħat. Intant, il-parteċipazzjoni f 'din it- tellieqa qed tiġi ffaċilitata billi permezz tal-ħlas li jista' jsir faċilment online, minbarra l-metodi tradizzjonali ta' ħlas, bħalma huma l-posta u bil- kuntatt dirett. Ir-raġunijiet biex wieħed jieħu sehem f 'din it-tellieqa huma bosta fosthom li t-tiġrija tal-10 km tkopri kemm il-ftuħ tax-xagħri u arja tal-baħar kif ukoll żoni urbani. Hemm ukoll it-tiġrija tal-5km, li tista' tkun ideali għal dawk li għadhom ġodda f 'dan l-isport. Din it-tiġrija se tkun qed tibda fit-8.35am segwita minn dik tal- 10km li tibda ħames minuti biss wara. Se tkun qed issir ukoll Fun Run ta' 1200 metru għat-tfal li tibda fl-10.30am, waqt li se tkun qed issir tellieqa oħra ta' 3km għal tfal ta' bejn it-12 u t-13-il sena u oħra għal tfal ikbar ta' bejn l-14 u l-15-il sena. L-organizzaturi ta' din it-tellieqa qalu li bħal dejjem se jkunu qed jieħdu ħsieb li l-ambjent għal dawn l-attivitajiet ikun ħieles mill-periklu u għalhekk anke din is-sena se jkun hemm preżenza ta' wardens, ipprovduti miż-żewġ kunsilli rispettivi ta' Pembroke u tas-Swieqi. Minbarra dan, il-Kummissarju tal- Pulizija se jkun qed jgħin billi jipprovdi Pulizija tat-Traffiku u uffiċjali oħra biex is-sigurtà u l-kontrolli meħtieġa ma jonqsux matul l-attivitajiet kollha. Se jkun hemm ukoll staff mediku, staff mill-organizzazzjoni tar-Red Cross u l-għajnuna imprezzabbli ta' ħafna ġenituri u nies oħrajn, li bosta minnhom joqogħdu bħala Marshals matul it-tellieqa. Se jkunu qed jingħataw vouchers ta' flus lill-ewwel tliet atleti rġiel u lill-ewwel tliet atleti nisa kklassifikati fit-tellieqa ewlenija, fejn l-ewwel atleta raġel u l-ewwel atleta mara jirċievu sħubija għal sitt xhur mill-YUE Fitness Centre tan-Naxxar, filwaqt li l-ewwel resident minn Pembroke u mis-Swieqi li jlestu t-tellieqa tal-10km u anke fil-Fun Run jirċievu trofej speċjali mill-Kunsill Lokali rispettivi tagħhom. Intant, il-Kunsill ta' Pembroke se jkun qed jippreżenta shield lil dik l-iskola li minnha jkunu ġew l-akbar numru ta' atleti, liema shield tinżamm għal sena. Dan filwaqt li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi se jkun qed jippremja wkoll lill-ewwel atleta maskili u l-ewwel atleta femminili minn din il-lokalità. Intant, iktar informazzjoni rigward parteċipazzjoni u ħlasijiet biex wieħed jieħu sehem f 'din it-tellieqa jinsabu fis-sit elettroniku, www.pembrokeathleta.com. Il-president tal-klabb tal-atletika ta' Pembroke Athleta, Victor Camilleri, fost oħrajn jindirizza lil dawk preżenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017