Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Intervista 13 kostruzzjoni u kwistjonijiet bħall-faqar għadhom pressanti. "L-ekonomija mhux dejjem trebbaħ l-elezzjoni. L-aħħar elezzjoni il-PN tilifha mhux minħabba l-ekonomija, li komparattivament kienet sejra tajjeb, tilifha għax kien wisq arroganti u kien ilu fil-Gvern. Imma vera," kompla Briguglio, "in-narrattiva tal-ekonomija tidher li hija prevalenti, anke jekk nemmen li n-narrativa tal-governanza mistennija tħalli effett fuq ir-riżultat." Ma jkunx sorpriż kieku l-PL idawwar il-fortuni dwar il-każ 'Panama' F'analiżi li ppubblikat din il-gazzetta ġimagħtejn ilu, f 'elenku ta' sorpriżi elettorali li jista' jkollna, kienet elenkata l-possibbiltà li Muscat jieħu azzjoni fil-konfront tal-każ 'Panama'. B'hekk ikun 'seraq' lill-PN minn kampanja eżatt bħal meta neħħa lil Anġlu Farrugia u 'seraq' lil Anġlu Farrugia, li kontrieh huwa mifhum li l-PN kellu kampanja preparata. Jimmaġina dan ix-xenarju jseħħ Briguglio? "Jista' jkun," jibda jgħid, "hemm bosta raġunijiet għalfejn Muscat ma neħħiex lil Konrad Mizzi. Jista' jkun li mingħajrhom, il-poter jikkrolla u jista' jkun li hu għandu interessi għalkemm din hija ipoteżi li mhix ippruvata.." "Issa, din l-ipoteżi li semmejt, ta' min jikkunsidraha. Muscat u t-tim tiegħu huma strateġisti kbar. Muscat jurik x'qed jagħmel b'din l-id imma bl-id l-oħra jkun qed jagħmel xi ħaġa oħra, aktar importanti. Ma neħodhiex bi kbira li għal qabel l-elezzjoni, il-PL għandu xi ħaġa biex jikkonvinċi lill-poplu Malti, jew lill-maġġoranza, dwar il-każ Panama." Ma jidhirx li l-PN se jirkupra mid- 'daqqa ta' ponn' tal-każ db Naturalment, naqilbu d-diskors kollu issa fuq il-kwistjoni li qamet il-ġimgħa l-oħra, dik tad-donazzjonijiet mill- kumpanija db lill-Partit Nazzjonalista. Staqsejtu, x'effett iħoss li dan il-każ ħalla fuq il-'koalizzjoni kontra l-korruzzjoni', u staqsejtu wkoll x'effett politiku jħoss li l-każ kellu fuq l-immaġini ta' Simon Busuttil. Briguglio jibda billi jisħaq li bosta nies li tkellmu miegħu, anke nies attivi sew fil-PN, "ma ħadu gost assolutament xejn b'dan il-każ, oħrajn li tkellimt magħhom fosthom floaters, ħassewhom ixxukkjati li l-PN aċċetta dawn il-flus." "Din żgur kienet daqqa ta' ponn kbira għal diskors dwar koalizzjoni u ċ-ċansijiet għall-PN, pero f 'logħba wrestling, jista' jkun li terġa' tqum, tirkupra u tirbaħ ukoll, għalkemm," żied jgħid li "s'issa ma jidhirx li hu l-każ." Għad-difiża ta' Busuttil, Briguglio jgħid li l-Kap tal-PN "kellu punt meta qal li hu mhux qed ikun (politikament) affetwat għax ngħata dawn il-flus. Naqbel ukoll ma' Carmel Cacopardo meta fil-blogg tiegħu qal li l-PN irid verament juri li mhu fil-but ta' ħadd u li se jkun trasparenti." Dwar l-immaġini tal-Kap tal-PN wara din is-saga, Briguglio qal li għandu ħsibijiet differenti. "Inħoss li Busuttil għaġġel wisq, anke jekk inħoss li għamel argument tajjeb meta saħaq li mhux għall-bejgħ." Finanzjament mill-Istat u deputati full time Intant iżda Briguglio jmur pass oltrè mill-kwistjoni purament politika u jfakkar li dan il-każ wera bl-aktar mod ċar li jeħtieġ isiru bidliet fis-sistema ta' kif il-Partiti jingħataw il-mezzi finanzjarji biex ikunu jistgħu joperaw. Konsonanti ma' dak li qed tgħid l-Alternattiva Demokratika, Briguglio jħoss li pajjiżna jeħtieġ iħares lejn sistema ta' finanzjament mill-Istat, jiġifieri sistema li titħaddem f 'pajjiżi bħall-Ġermanja u li permezz tagħha kull partit jingħata flus mill-Istat, fosthom skont kemm ikun ġab voti fl-elezzjoni ta' qabel. Briguglio jgħid ukoll li wasal iż-żmien li d-Deputati Parlamentari Maltin ikunu full-time. "Ma rridx ninstema' li qed ngħid li għandna deputati mhux kapaċi, imma ċerta deputati, meta tismagħhom tinduna li diskorshom mhux riċerkat. Għalfejn? Għax jekk dan huwa avukat jew tabib jew perit, kif se jagħmel ir-riċerka? F'liema ħin?" jistaqsi retorikament Briguglio mal-ILLUM. 'Imnall l-Patrijotti m'għandhomx strateġija tajba' Nibdew resqin lejn it-tmiem tal- intervista u la bdejna bil-partiti ż-żgħar, se nerġgħu nispiċċaw bihom. Briguglio semma' l-AD u anke l-PD, imma ħalla barra lill-Patrijotti. L-ammont ta' spazju li dan il-partit qed jingħata huwa inqas minn minimu u l-attivitajiet li jagħmlu, qatt jew xejn ma jkunu ppubblikati. Minkejja dan, fl-aħħar stħarriġ tal- MaltaToday, il-Patrijotti dehru fil-lista tal-partiti li l-votanti lesti jivvutaw għalihom, fl-istess livell ta' appoġġ daqs il-partit ta' Marlene Farrugia... "...anke viċin l-Aternattiva Demokratika u ta' min ifakkar li fl- aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-partit ta' Norman Lowell kien qrib in-numru ta' voti li ġabet l-AD." Imma Briguglio jara li dawn il-partiti jistgħu jkunu suċċess? Hawn ħafna li apertament jgħidu li huma urtati għax 'imtlejna bil-barranin'. Briguglio jgħid li anke fil-każ tal- Patrijotti hemm il-kwistjoni tal-kunċett tal-'vot moħli' u jżid jafferma li "jien ma naqbel xejn mal-Patrijotti imma mnalla m'għandhomx strateġija tajba u mexxejja aktar populisti għax kieku jistgħu jagħmlu avvanz konsiderevoli fl-elezzjoni." Qed jgħid li l-Patrijotti kapaċi jagħmlu avvanz biżżejjed li jaqbżu lill-AD? "Ma nafx, ma nistax ngħid, imma l-istħarriġ fuq il-MaltaToday u anke l-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew, urew distakk żgħir ħafna bejn il-partiti ż-żgħar...interessanti kieku nistaqsu għalfejn hu dan," temm jgħid Michael Briguglio. koalizzjoni mal-PN u mal-partit ta' Marlene' Ritratt: James Bianchi Michael Briguglio