Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Sa minn ċkuniti dejjem kont insib ħin nipprattika xi tip ta' sport jew ieħor u dan kont nagħmlu bil-qalb għax l-isport jagħtini l-iżvog li tant hu meħtieġ għall-bniedem. Il- ġenituri tiegħi wkoll kienu jħeġġuni nipparteċipa f 'diversi dixxiplini sportivi u bdejt nattendi l-Iskola Sport ġewwa l-Marsa, fejn kowċis tal- futbol u tal-atletika kienu jħarrġuni tajjeb minn età żgħira. L-iskola fejn kont nattendi - il-Kulleġġ San Alwiġi - ukoll kien sinonimu ma' diversi attivitajiet sportivi u fil-fatt, minn dan il-kulleġġ ħarġu diversi sportivi li għamlu isem fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Kif bdiet il-karriera sportiva tiegħek? Il-karriera sportiva tiegħi bdejtha fil-futbol: kont nittrejnja bis-serjetà u anke għamilt ħames snin mat- Tarxien Rainbows, it-tim ta' raħal twelidi li hu tant għażiż għalija. Il-futbol kont inħobbu u kont attiv ħafna billi lgħabt diversi logħbiet bħala attakkant. Kont qiegħed intejjeb sew il-prestazzjoni iżda sfortunatament beda jkolli diversi injuries – kif nirkupra minn waħda, tinqalagħli oħra. Bqajt sejjer hekk għal madwar sentejn sa ma kelli għoxrin sena u f 'dak l-istadju kelli niddeċiedi fuq il-futur sportiv tiegħi. Kif irkuprajt mill-injuries? Biex nirkupra mill-injuries li kienu persistenti bdejt bil-mod bil-mixi u ftit ftit bdejt inżid l-intensità tat- taħriġ li l-aktar kien relatat mal-ġiri. Pass wara pass irnexxieli ntejjeb il- ħinijiet personali u għalhekk għamilt l-ewwel għażla u sfida billi ħadt sehem fil-ġirja Imdina to Spinola. Hawnhekk kelli bżonn persuna li tiggwidani għall-quddiem u l-ħabib tiegħi Jesmond Bezzina ispirani u tani linji gwida biex inkun nista' nżomm il-konsistenza fil-ġiri. Hu kien li wrieni t-triq tal-atletika u bis-saħħa tiegħu għamilt programm ta' sentejn taħriġ li fihom bdejt nara titjib konsistenti. Kien hu wkoll li ressaqni biex insir membru mal- klabb ta' Pembroke Atleta, it-tim li fil-fatt għadni nirrappreżenta sal- lum. U kif komplejt tevolvi fl-atletika? Meta wasal iż-żmien li neskala għal- livell ogħla fit-taħriġ tiegħi, Jesmond irrakkomanda li jkolli kowċ personali biex b'hekk it-training ikun iktar adattat għalija u apparti minn hekk, ikun training immirat għal tlielaq speċifiċi matul is-sena. Jesmond laqqagħni mal-kowċ u kollega tiegħi fil-ġiri, Mark Herrera, li huwa atleta ta' esperjenza twila li emmen fija mill-ewwel ġurnata li ltqajt miegħu. Bdejt inżid fil-ġiri u nakkwista ħinijiet tajbin – it-training schedule mhix faċli għax fil-fatt matul il- ġimgħa jkolli ġimgħa mpenjattiva ħafna fejn nibda bit-track it-Tlieta, nhar ta' Erbgħa giri fit-triq jew cross training- bħalma hi l-pixxina jew rota - nhar ta' Ħamis nerġa' track, nhar ta' Ġimgħa ġiri fit-triq għal darba oħra, is-Sibtijiet immur fit-track, waqt li l-Ħdud nagħmel long run fit-triq. It-Tnejn hi ġurnata ta' mistrieħ biex imbagħad l-għada nerġa' nibda bl-iskeda ta' taħriġ. Tirrakkonta xi esperjenza unika li kellek waqt it-taħriġ? Esperjenza unika ta' taħriġ kienet meta fi Frar tas-sena 2016, jiena u l-kowċ tiegħi Mark Herrera, flimkien mal-atleti Mark Mifsud, Lisa Bezzina u Chris Bezzina, morna Font Romeu fi Franza biex nittrenjaw f 'kundizzjonijiet ta' high altitude. F'dan il-kumpless sportiv famuż imorru għat-taħriġ diversi atleti magħrufa minn madwar id-dinja u hemm jagħmlu sezzjonijiet ta' taħriġ intensiv ħafna bl-iskop li jakkwistaw il-ħinijiet u r-riżultati mixtieqa. Fiex ikun jikkonsisti t-taħriġ tagħkom bħala atleti? Fuq nota ġenerali, bħala atleti aħna dejjem infittxu an extra edge fit- taħriġ tagħna, u dan bil-għan aħħari li mhux biss intejbu l-ħin personali tagħna imma biex inkunu aktar konsistenti fil-ħinijiet li jirnexxielna nakkwistaw. Ovvjament, ħafna mill-isforzi tagħna biex intejbu l-ħin m'għandhomx x'jaqsmu mal- iżvilupp fiżiku li huwa kruċjali wkoll –nillimitaw il-livelli tal- lactate u nsegwu dieta adattata ħalli nżidu l-enerġija muskolari u ntejbu l-forma. Titjib fi kwalunkwe sistema fiżjoloġika jirriżulta għal titjib fil-ħinijiet li hu l-għan prinċipali fil- pjan ta' taħriġ ta' kull atleta. Kemm taħseb li huwa importanti l-aspett mentali waqt tellieqa? Jiena nemmen li l-aspett mentali waqt tellieqa huwa wkoll deċisiv biex wirja waqt tiġrija tkun l-aħjar li tista' tagħti. Ftit huma dawk l-atleti li jikkunsidraw li din għandha tkun il-prijorità ewlenija – il-ġiri fit-tul, bħal kull sport ieħor, huwa logħba mentali. Il-mistoqsija ewlenija hija: kif jista' xi ħadd jitħarreġ fl-aspetti mentali u emozzjonali b'tali mod li jkollu preparazzjoni soda għat-tlielaq kollha tal-istaġun? Mill-esperjenza tiegħi, eżatt qabel kull ġirja, insibha kemxejn bi tqila nikkonvinċi lili nnifsi li se nżomm mal-pass mixtieq - pass li anke fit-taħriġ inbati biex inżomm! Għalhekk, waqt il-ġirja għandu jkun hemm element importanti ta' viżwalizzazzjoni li permezz tiegħu wieħed ikun jista' jħossu aktar kunfidenti f 'dak li jagħmel. X'taħseb li huwa l-aktar mod effettiv ta' kif wieħed jista' juża l-viżwalizzazjoni tiegħu? Fl-opinjoni tiegħi, l-aktar mod effettiv ta' kif wieħed jista' juża l-viżwalizzazzjoni hi li jipprova jpoġġi lilu nnifsu ġot-tiġrija u f 'din l-immaġini mentali, joħloq kull tip ta' sitwazzjoni – kemm pożittiva kif ukoll negattiva, kemm xi bonus jew xi intopp - li jistgħu jinqalgħu matul il-korsa. Bħalma attur irid jipprattika l-parti tiegħu qabel xi reċta, hekk ukoll aħna l-atleti rridu nkunu pprattikajna għall-korsa li hi l-palk tagħna. Ir-realta' hi li għalkemm tkun fit u f 'kundizzjoni tajba kemm fiżika u kemm mentali, kull atleta ħa jbati f 'mument jew ieħor tat-tiġrija. Allura meta fil-preparazzjoni tivviżwalizza dawk il-mumenti l-ħżiena li jistgħu jiġru waqt tiġrija, ikun iktar faċli biex tiffaċċjahom jekk jiġru tassew. F'liema ġirjiet tieħu sehem fihom matul l-istaġun tal-atletika? Matul l-istaġun nieħu sehem f 'diversi ġirjiet li jvarjaw fid-distanzi. Fl-atletika, it-terminoloġija long distance taqa' taħt id-definizzjoni ta' ġirjiet b'distanzi ta' 'l fuq minn tliet kilometri. Tipikament, it- terminolġija long distance f 'korsa tvarja bejn tlieta u għaxar kilometri, filwaqtli l-ġiri fit-triq jista' jkun ħafna itwal, safrattant anki b'distanzi ta' mitt kilometru. Imma kwalunkwe ġirja fiha l-faxxinu tagħha u saħansitra waqt vaganza mal-familja fis-Slovenja ma stajtx ma niħux sehem f 'ġirja ta' 10km madwar Lake Bled li fiha kien hemm 'il fuq minn 2,000 parteċipant u rnexxieli nġib riżultat tajjeb ħafna! Kull tiġrija kif tgħinek? Kwalunkwe tiġrija tgħinni wkoll nitgħallem minn atleti oħra – atleti li kollha jagħtu ħilithom biex jiksbu dak li jkunu ħadmu għalih. Anke għal tellieqa li kważi ma tkun tal-ebda importanza tara lill-atleti jieħdu kollox b'serjetà u dedikazzjoni u tinnota li l-ġiri joħloq sens ta' kompetizzjoni kbira avolja dejjem fi sfond ta' ħbiberija u koperazzjoni. X'tikkummenta fuq in-Nofs Maratona li ħadt sehem fiha ftit tal- ġimgħat ilu? Ngħid għalija, in-nofs Maratona ta' Impenn u sodisfazzjon Cristian Antony Muscat "L-għan tiegħi issa huwa li nitla' tarġa oħra fil-karriera sportiva tiegħi billi nieħu sehem f 'maratoni barra minn Malta, u li nistinka aktar biex jirnexxieli wkoll nirrappreżenta u nagħmel unur lil pajjiżi" "In-nofs Maratona ta' Malta tal-2017 għalija se tibqa' esperjenza indimentikabbli għax irnexxieli nidħol it- tieni Malti u s-seba' bħala pożizzjoni overall mit-3,125 atleta partecipanti li rnexxielhom itemmu din il-ġirja" Matthew Scicluna - atleta żagħżugħ li kulma jmur iż-żmien dejjem qed ikompli jimpressjona -atletika tant li kklassika t-tieni post bħala atleta Malti u s-seba' post mill-atleti overall n-Nofs Maratona ta' Malta, ftit tal-ġimgħat iluħolistiku