Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 548 • 16 ta' April 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Danilo Doncic Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 5 Tkompli f 'paġna 6 NEWSPAPER POST Tkompli f 'paġna 6 'Ilu preparat mill-2014' Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA kull impressjoni li tista' qed tingħata, il-PN ilu li mmira għall- elezzjoni din is-sena, minn tliet snin ilu, fl-2014. Sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu mal- ILLUM żvelaw kif f 'laqgħat ta' strateġija għat-tmexxija tal-PN lura fl-2014, ftit wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kien deċiż li l-PN jipprepara lilu nnifsu għal elezzjoni fl-aħħar kwart tas-sena 2017, minflok fil-bidu tal-2018. Għal dawn il-laqgħat attendew l-ogħla uffiċċjali tal-PN, fosthom il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, iż-żewġ Viċi Kapijiet tal-PN Beppe Fenech Adami u Mario De Marco, l-eks Segretarju Ġenerali tal- PN Chris Said, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN Anne Fenech, il-President tal- Kunsill Ġenerali Paula Mifsud Bonnici, it-Teżorier Alex Perici Calascione kif ukoll il-President tal-Kunsill Amministrattiv Karol Aquilina. Infurmati bil-possibilità kbira ta' elezzjoni fis-sena 2017, kienu wkoll il-Presidenti kollha tal-fergħat diversi fil-PN. Intant dawk li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew illi r-raġuni għalfejn il-PN immira għal elezzjoni din is-sena, kienu tlieta; il-fatt li Malta għandha l-Presidenza matul din is-sena, l-aspett strateġiku tas-sorpriża li biha jaħdem Muscat u anke l-każijiet, kemm qabel u anke wara l-istess laqgħat, li imbarazzaw mhux ftit lill-Gvern. Minkejja dan iżda l-PN għadu qed jiffaċċja tliet probemi partikolari. L-ewwel huma l-finanzi tal-partit, it- tieni hija n-nuqqas ta' kandidati ta' ċerta saħħa u fl-aħħar is-sentiment li dik li ġejja se tkun elezzjoni diffiċli biex il-PN jirbaħ. 21 lukanda fil-Belt sal-aħħar tas-sena €30 miljun għall-Mandraġġ, Marsamxett u ż-żona tal-Kamrata Sorsi mill-PN jinsistu li l-partit ilu 'lest tliet snin għal elezzjoni fl -2017' Minn Albert Gauci Cunningham SALAĦĦAR ta' din is- sena se jkunu fetħu u qed joperaw 21 Boutique Hotel fil-Belt Kapitali ta' Malta. Dan l-investiment privat, li huwa pjuttost ġdid għall-belt Valletta, qed isir hekk kif matul is-sena 2018 l-istess belt se tkun 'inkurunata' l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura'. Żvela dan mal-ILLUM iċ- Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef li qal ukoll illi bejn 80% u 90% ta' dan l-investiment privat fil-Belt Valletta, ikopri binjiet antiki li kienu fi stat ħażin, jew saħansitra fi stat dilapidat. Dan l-investiment jingħaqad ma' proġetti oħrajn għaddejjin bħalissa fil-belt kapitali, fosthom ir-riġenerazzjoni tas-Suq tal-Belt kif ukoll il-proġett tal- Pjazza Tritoni, li Micallef qal illi se tkun inawgurata uffiċjalment fl-20 ta' Jannar 2018. F'kummenti ma' din il- gazzetta Micallef żvela wkoll illi l-Gvern se jkun qed jalloka €30 miljun li se jkunu investiti fiż-żoni ta' Marsamxett, il- Mandraġġ u ż-żona fejn hemm il-Kamrata. Tkompli f 'paġna 7 Tista' tispiċċa mingħajr airtime f 'nofs kampanja Minn Albert Gauci Cunningham JEKK kemm-il darba il- Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, japprova lil Marlene Farrugia bħala kandidata Nazzjonalista fuq termini ta' ftehim politiku partikolari, kemm hi kif ukoll il-kandidati 'tal- oranġjo' se jkunu fil-periklu li jitilfu d-dritt li jkollhom airtime fuq it-televiżjoni tal-istat, bħala partit, f 'nofs kampanja elettorali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017