Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Il-problema tal-kirjiet 'niffaċċjawha mhux naħarbuha' Il-PL se jlaqqa' konferenza dwar il-kirjiet privati bħala parti mill-Konferenza Ġenerali Minn Albert Gauci Cunningham ILKWISTJONI taż-żieda, ħafna drabi eżorbitanti, fil-prezzijiet tal-kirjiet privati se terġa tkun taħt il-lenti din il-ġimgħa hekk kif bħala parti mill-Konferenza Ġenerali tiegħu l-Partit Laburista se jorganizza konferenza dwar il-kirjiet. F'din il- konferenza mistennija jkun hemm diversi għaqdiet u kelliema mill-ispettru kollu ta' din il-kwistjoni pjuttost ikkumplikata, li rat il-bidu tagħha fuq il-media minn din il-gazzetta, bi proposti minn Yana Mintoff għal kontrolli fil-prezzijiet tal- kirjiet privati. Matul dawn l-aħħar xhur il-gazzetta ILLUM irrapurtat diversi esperjenzi, mhux biss ta' nies li spiċċaw raw qabża kbira fil-kera li jħallsu kull xahar, imma wkoll esperjenzi ta' nies li la jistgħu jħallsu kera jew jingħataw self mill-bank. Skont statistika maħruġa mill-Istatistics on Income and Living Conditions (SILC) fl-2014 Malta kien hawn 62,200 persuna li la jifilħu jħallsu kera u lanqas jifilħu jieħdu self mill-bank biex ikunu jistgħu jixtru l-proprjetà tagħhom. Mistoqsi minn din il- gazzetta jekk il-konferenza hux riżultat ta' pressjoni li qed issir fuq il-Partit minħabba din il-kwistjoni, l-President tal-Partit Laburista Daniel Josè Micallef ċaħad dan. "Hemm realtà li aħna konxji tagħha u huwa għalhekk li ħassejna li kellna niddiskutu din it-tema. Għażilna tema," ikompli jgħid Micallef, "b'laqta soċjali imma li mhix faċli lanqas." Micallef ifakkar kif minkejja li hemm min qed ibati u qed iħoss l-għafsa, hemm ukoll familji u individwi li ddeċidew li jixtru post jew appartament u li minnu qed jagħmlu investiment tajjeb bħalissa. "U hawn m'aħniex qed nitkellmu fuq familji miljunarji," jfakkar Micallef. Minkejja li dak li qed jgħid il-President tal-PL huwa minnu, xorta jibqa' fatt li għax ħafna sejrin tajjeb, min sejjer ħażin tiegħu jara. F'din il-konferenza l-PL se joffri soluzzjonijiet? Micallef jibda billi jfakkar illi dan il-Gvern diġa beda jagħmel xi ħaġa dwar din il-problema. "Fl-aħħar baġit il-Gvern irdoppja s-sussidji u wara l-istess baġit il- PM Muscat tkellem b'mod mill-aktar ċar ukoll dwar is-suġġett, fil-fatt wera' li se jkun pjuttost deċiżiv." Micallef kien qed jirreferi għall-istqarrija tal-PM Joseph Muscat li fuq l-istazzjon ONE qal li għalissa l-Gvern se jara kif is-sitwazzjoni se tkompli tiżviluppa biż-żidiet fis- sussidji qabel jieħu aktar azzjoni. Fin-nuqqas illi is-suq ma jirregolax lilu nnifsu bl-għajnuna fis- sussidju u anke b'taxxi inqas għas-sidien, "se nirregolaw u nibdew diskusjonijiet biex naraw kif se nirregolaw,' sostna Muscat illi qal ukoll li hu mhux se jibża' jieħu l-azzjoni li hemm bżonn." Is-sussidju kien ivarja minn €66.67 sa €83.33 skont id-dħul u d-daqs tal- familja. Wara l-Baġit li kien ippreżentat is-sena l-oħra dan issa rdoppja, jiġifieri jitla' għal bejn €133.34 u €166.66. Micallef qal illi din il-konferenza, li se tkun organizzata nhar il-Erbgħa li ġej, mistennija tkun pjattaforma illi fiha jkun hemm diskussjoni bejn ir-rappreżentanti kollha li b'xi mod jew ieħor imissu ma' dan is-suġġett. Se jkun qed jagħti l-veduti tiegħu wkoll il-PM Joseph Muscat u l-Minstru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia. Il-konferenza Ġenerali tal-PL se tiddiskuti l-kirjiet matul din il-ġimgħa Sentiment fost in-Nazzjonalisti li se tkun elezzjoni diffiċli Il-PN iwiegħed li se jħabbar aktar kandidati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin Tkompli minn paġna 1 Sorsi differenti li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-finanzi għadhom problema. Sors partikolari qal lil din il-gazzetta li f 'Għawdex il-kampanja se tkun iffinanzjata mill-flus miġburin minn Għawdex stess fl-attvitajiet ta' ġbir ta' fondi. Normalment il-Partit kien jalloka ammont ta' flus għall- kampanja f 'Għawdex biss. Persuna oħra qalet lil din il- gazzetta illi l-PN, minkejja li ilu ppreparat mil-laqgħat fl-2014 mhux se jkollu "xi war-chest kbira. Il-partit għad għandu problemi fil-finanzi tiegħu, anke jekk fil-fatt is-sitwazzjoni tjiebet mhux ħażin bir-ristrutturar u bejgħ ta' numru ta' assi." Skont rapport li kien deher fuq il-gazzetta tal-General Workers Union (GWU) l-Orizzont, fit-13 ta' Settembru 2016 il-PN qed 'jissielet' ma' dejn li jlaħħaq it-€22 miljun. Intant minkejja li f 'ċerti distretti l-PN għadu qed ibati biex ikollu tim b'saħħtu ta' kandidati, li jħabbatha sew ma' dik tal-Partit Laburista, kelliem għall-PN qal lil din il-gazzetta li filwaqt li llum l-istess partit għandu varjetà ta' kandidati, "bla dubju ta' xejn, in-numru ta' kandidati se jkompli jikber fil- ġimgħat u xhur li ġejjin." Għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar kif il-PN qed jipprepara għal possibilità, issa dejjem aktar probabli, ta' elezzjoni f 'Novembru kelliem għall-PN qal li "l-Partit Nazzjonalista jinsab lest biex fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, joffri lill-poplu Malti u Għawdxi paġna ġdida għall- mod kif isiru l-affarijiet, kif ukoll biex l-ekonomija tkun sostenibbli u minnha jgawdi kulħadd, ikun hawn ġustizzja soċjali, kif ukoll ikun hawn ħarsien xieraq tal-ambjent. Iż-żmien fl-Oppożizzjoni l-Partit Nazzjonalista ma ħliehx, anzi ilu mill-2014, jaħdem fuq proposti konkreti li diġà beda jippreżentahom lill-poplu Malti u Għawdxi, u dan se jkompli jagħmlu fil-ġimgħat li ġejjin." Intant mistoqsi wkoll minn din il-gazzetta jekk il-PN għandux kampanja tal-media lesta għall-elezzjoni, l-istess Kelliem sostna li "l-Partit Nazzjonalista se jkun qed juża l-mezzi kollha possibbli biex iwassal il-messaġġ tiegħu u jasal fid-djar kollha Maltin u Għawdxin. Bla dubju ta' xejn, il-kampanja tal-propoganda diġà qiegħda fi żbilanċ, meta l-Partit Laburista għandu l-PBS u d-Dipartiment tal- Informazzjoni (DOI) li, ta' kuljum, huma żbilanċjati bi propoganda diretta favur il- Gvern u kontra l-Oppożizzjoni." Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu illi minkejja l-għajta kontinwa ta' Busuttil li l-PN se jirbaħ l-elezzjoni li jmiss u minkejja li saħansitra wiegħed lill-Prim Ministri u Mexxejja tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) 'Gvern ġdid tal-EPP f 'Malta din is-sena' fost l-għeruq tal-PN mhux neċessarjament qed jinħass dan is-sentiment. "Is-sentiment fost ħafna Nazzjonalisti huwa li se tkun elezzjoni diffiċli," qalilna sors mill-PN. "L-aktar li jingħad dan huwa minħabba r-riżultat tal- aħħar elezzjoni. Apparti dan ta' min wieħed ifakkar illi fl-istorja politika riċenti l-ebda Gvern qatt ma tilef elezzjoni wara l-ewwel leġiżlatura sħiħa. Ħafna jħossu li n-nies se jkomplu ma' din ix-xejra u jerġgħu jeleġġu lil-Labour." Minkejja kollox ħafna Nazzjonalisti jħossu li t-triq se tkun għat-telgħa waħda sew fl-elezzjoni li jmiss

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017