illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017
Aħbarijiet
U fit-tielet
jum...qam
mill-mewt
Illum ħafna rħula madwar Malta jiċċelebraw jum l-Għid il-Kbir
permezz tal-purċissjoni tal-Irxoxt, li toħroġ wara l-quddiesa tal-
Għid ta' lgħodu u wara li f 'ħafna parroċċi jsir ukoll it-tberik tal-
golli.
Il-purċissjonijiet tal-Irxoxt madwar Malta, jattiraw mhux biss
folol kbar ta' Maltin, iżda qegħdin isiru attrazzjoni kbira anke
għall-barranin li jgħixu f 'Malta u għat-turisti li jinzertaw
f 'pajjiżna żmien il-Għid. It-tajjeb hu li l-għażla mhux nieqsa
għax fost il-ħafna rħula li joħroġu l-istatwa tal-Irxoxt wieħed
jista' jsib lill-Birgu, Bormla u l-Isla, Ħal Qormi, r-Rabat, in-Naxxar,
il-Mosta u Ħal Luqa fost oħrajn. Din is-sena l-ILLUM għażlet ritratt
tal-Irxoxt tar-Rabat meħud mill-fotografu Stefan Stafrace.
Wara l-purċissjonijiet tal-Irxoxt, ħafna familji jinġabru djarhom
għall-ikla tal-Għid, li ħafna drabi tkun tradizzjonalment ħaruf.
Għal dawk li żammew is-sawm matul ir-randan u anke ċċaħdu
milli jieklu ħelu, f 'jum il-Għid ma jonqosx li jgawdu xi biċċa golla
u xi naqra ċikkulata.
L-Irxoxt tar-Rabat. Ritratt ta' Stefan Stafrace