Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Tkompli minn paġna 1 Dan apparti li, jekk Farrugia jew kandidati tal- Partit Demokratiku jkunu fuq programmi mhux organizzati mill-Awtorità tax-Xandir, imma minn djar ta' produzzjoni privati, minn nofs il-kampanja l-preżenza tagħhom tkun waħda tal-PN u allura fl-istess programm ma jistax ikun hemm kandidat ieħor tal-PN, ħlief huma. Sorsi li tkellmu mal-ILLUM fakkru kif ladarba jsiru n-nomini mal-Kummissjoni Elettorali u tkun ippubblikata l-ballot paper, għall-fini elettorali l-PD ma jibqax jeżisti u jkun biss ftehim bejn il-PN u Farrugia, li permezz tiegħu l-kandidati tal-PD ikollhom spazju fuq il-media. Dan ifisser li fin-nuqqas ta' kompromess ċar dwar dehriet fuq ix-xandir bejn Farrugia, dawk l-individwi li ħerġin mal-PD u l-PN, ikun f 'idejn il-PN biex jiddeċiedi min imur fuq liema programm, meta u kemm-il darba jkun jista' jmur. Intant dawk li tkellmu mal- ILLUM qalu wkoll illi l-PD jista' jitlef id-dritt li jkollu spots politiċi li jixxandru fuq it-TVM ladarba jkunu ppubblikati l-ismijiet tal-kandidati u għalhekk l-kandidati tal-PD isiru awtomatikament tal-PN. Naturalment dan kollu jiddependi minn żewġ fatturi. L-ewwel huma d-diskussjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-PN bħalissa u li dwarhom ftit jew xejn hemm informazzjoni. Dan anke jekk id-Deputat Kap tal-PD Anthony Buttigieg qal li għad fadal biss ftit dettalji żgħar x'jiġu diskussi, f 'artiklu fuq il-gazzetta The Times aktar kmieni din il-ġimgħa. Dawk li tkellmu mal- ILLUM sostnew illi qed jarawha pjuttost diffiċli li Deputati Nazzjonalisti, diġà urtati minħabba l-mod kif Farrugia rabtet lill-partit sħiħ b'kumment fuq Facebook, jaċċettaw illi din tingħata xi forma ta' trattament speċjali jew status ta' "kandidata stilla" It-tieni fattur huwa fejn jistgħu jwasslu diskussjonijiet bejn il-PN, Marlene u l-Awtorità tax-Xandir innifisha. "Din hija xi ħaġa kompletament ġdida u wieħed irid jara kif din il-problema se tiġi riżolta. Jekk ma jsirux tibdiliet għal dak li jsir illum, Marlene titlef il-ħin tagħha fuq ix-xandir u tkun tiddependi mill-PN. Jekk le, ikun jeħtieġ illi jintlaħaq qbil anke mal- Partit Laburista, l-Alternattiva Demokratika u l-Moviment Patrijotti Maltin li s'issa huma l-partiti reġistrati li se jikkontestaw l-elezzjoni li jmiss." 'Koalizzjoni tinbena fuq il- prinċipji' Intant din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' żewġ membri ta' partiti żgħar f 'pajjiżna, Carmel Cacopardo, Viċi Chairperson tal-Alternattiva Demokratika u Henry Battistino, il-Mexxej tal-Moviment Patrijotti Maltin, dwar l-aħħar żviluppi politiċi. Cacopardo (li qed jikteb artiklu dwar din il-kwistjoni wkoll: Ara paġna 19) beda jgħid illi "din mhux koalizzjoni" u saħaq illi koalizzjoni sseħħ meta żewġ partiti jingħaqdu għal kawża partikolari, imma jibqgħu żewġ partiti separati. "Koalizzjoni hija xi ħaġa li tibniha fuq il-prinċipji," sostna l-Viċi Chairperson tal-AD "u wara dibbatittu intern." Mistoqsi direttament dwar il-koalizzjoni bejn Marlene Farrugia u l-Partit Nazzjonalista Cacopardo saħaq illi filwaqt li għandu kull rispett lejn Farrugia ma jarax xi użu partikolari għal din il- koalizzjoni. Aktar minn hekk huwa esprima dubji dwar kemm l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista se jaċċetta l-ftehim. "Jekk biżżejjed nies se jkollhom il-kuraġġ jgħidu dak li jħossu jista' jkun li l-Eżekuttiv jimblokka id-deċiżjoni u l-ftehim ma' Farrugia ma jkunx approvat." Il-kummenti ta' Cacopardo jiġu wara li diversi Deputati tal-Partit Nazzjonalista tkellmu mal-gazzetta MaltaToday u esprimew ir-rabja tagħhom għall-mod kif ingħatat l-aħbar, fuq Facebook. Xi Deputati qalu illi din kienet 'ġennata' filwaqt li oħrajn sostnew illi "l-partit ma tgħallem xejn mill-kwistjoni tal-eks Deputat tal-PN Franco Debono." Intant Cacopardo, irrefera għall-ħames punti li qed isemmi fl-artiklu tiegħu llum. Jiġifieri "d-dikjarazzjoni li ma titwemminx li għamel Claudio Grech" dwar George Farrugia, ir-rwol ta' Beppe Fenech Adami fil-Capital One Investment Group u l-Baltimore Fiduciary Services, l-iżvilupp fuq art ODZ minn Toni Bezzina, l-allegati flus li l-PN ingħata mingħand il-kumpanija DB u s-sehem ta' DeMarco fil-bejgħ tal-art f 'Pembroke lil DB. "Kieku jien, qabel biss inrodd is-salib u nibda niddiskuti koalizzjoni nitlob spjegazzjonijiet ċari dwar dawn il-ħames każi." "Marlene riedet li jkollha siġġu akkost ta' kollox" Intant Henry Battistino, mill-Moviment Patrijotti Maltin (MPM) sostna li filwaqt li ma kienx sorpriż b'din il-mossa ta' Farrugia, "xorta ħassejt dispjaċir għax nemmen li biex dan il-pajjiż jara bidla, hemm bżonn ta' partiti ġodda li joffru altenattiva mill- PL u l-PN." Fil-każ ta' Marlene, Battistino sostna li "mid-dehra kemm hi u kemm Simon Busuttil għamlu l-"homework" tagħhom qabel ħadu d-deċiżjoni. Min-naħa ta' Farrugia, din riedet li jerġa' jkollha siġġu fil-Parlament akkost ta' kollox, minkejja l-ideali tagħha, u għaldaqstat ħasset li tista' tiksbu biss taħt il-bandiera Nazzjonalista." Dwar Simon Busuttil, Battistino jemmen li din kienet "manuvra bla sens li tpoġġi fid-dubju l-integrità tiegħu. Il-fatt li lanqas biss ikkonsulta mad-Deputat Kapijiet tiegħu u mal-Grupp Parlamentari tal-partit, juri kemm se jaħdem għall-interessi tiegħu u mhux tal-poplu jekk ikun qed imexxi l-pajjiż." "Min-naħa l-oħra," kompla jgħid, "bil-koalizzjoni jista' jkun li Marlene għamlet pjaċir lill-MPM għax bħala partiti żgħar u alternattiva għall-PL u l-PN, għal dawk li xebgħu minnhom, issa fadal biss aħna u l-Alternattiva Demokratika. Opportunita ta' Xogħol L-Aġenzija Iden ta` Malta impenjata li ssaħħaħ it- m tagħha bir-reklutaġġ ta': www.iden tymalta.com L-Għan tar-rwol: L-applikan magħżula għandhom ikunu responsabbli għal xoghol ta' ICT network support relata mad-Dipar men li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Iden ta Malta. (4) Junior Administra ve Officers (ICT Network and Support). Permess Jobsplus Numru: 226/2017 Għarfien, ħiliet u esperjenza: • L-applikan għandu jkollhom kwalifiki ta' Livell 5 MCAST Advanced Diploma in IT Computer Systems and Networks u/jew kwalifika ekwivalen . • Ikollhom mill-inqas sena (1) esperjenza ta' xogħol f'ambjent ta' IT support. • Għarfien bażiku ta' Network Enterprise Security u Network Infrastructures. • Dawk l-applikan li jkollhom kwalifiki f'CCNA Cisco Network Cer fica on, għarfien fl-ele ronika, sistemi ta' telephone u sistemi ta' sigurta' jiġu ppreferu . • Applikan jridu juru kapaċita li jaħdmu f' m. Persuni interessa għandhom jibagħtu i ra flimkien ma' CV de aljata sa mhux aktar tard mil-22 ta' April 2017. L-applikazzjoni ghandha tkun indirizzata lill-Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani, Aġenzija Iden tà Malta, Dar il-Medi- terran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar l-An k, Valle a VLT 1645. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta' email fuq recruitment@iden tymalta.com. Iden tà Malta hija aġenzija tal-gvern stabbilita permezz ta' l-Avviż Legali LN269 tal-2013. 'Se jkun diffiċli li Deputati tal-PN jaċċettaw lil Marlene bħala Kandidat stilla' il-kumpanija DB u s-sehem ta' DeMarco fil-bejgħ tal-art f 'Pembroke lil DB. "Kieku jien, qabel biss inrodd is-salib u nibda niddiskuti koalizzjoni nitlob spjegazzjonijiet ċari dwar dawn il-ħames każi." "Marlene riedet li jkollha siġġu akkost ta' kollox" Intant Henry Battistino, ħassejt dispjaċir għax nemmen li biex dan il-pajjiż jara bidla, hemm bżonn ta' partiti Il-fatt li lanqas biss ikkonsulta mad-Deputat Kapijiet tiegħu u mal-Grupp Parlamentari tal-partit, juri kemm se jaħdem għall-interessi tiegħu u mhux tal-poplu jekk ikun qed imexxi l-pajjiż." "Min-naħa l-oħra," kompla jgħid, "bil-koalizzjoni jista' jkun li Marlene għamlet pjaċir lill-MPM għax bħala partiti żgħar u alternattiva għall-PL u l-PN, għal dawk li xebgħu minnhom, issa fadal biss aħna u l-Alternattiva Demokratika. Marlene Farrugia Henry Battistino Carmel Cacopardo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017