Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... KOSTAS MANOLAS - Jidher li Inter se jkunu qed jegħlbu l-isfida ta' Arsenal biex jakkwistaw lill-istilla ta' Roma Kostas Manolas għas-somma ta' £36.9 miljun. Arsenal ilhom isegwu l-progress ta' dan il-player flimkien ma' Chelsea u kellhom offerta miċħuda matul is-sajf li għadda. Jidher li Inter jinsabu fil-pole- position biex jakkwistaw lil dan il-player li qed jirrifjuta milli jġedded il-kuntratt tiegħu mal-Giallorossi li jintemm fl-2019. JOSE LUIS GAYA - Manchester City fetħu diskussjonijiet rigward trasferiment li jkun jinkludi bdil u li jkun qed iġib lill-plejer ta' Valencia Jose Luis Gaya mal-Blues. Manchester City jinsabu lesti li jużaw lid- difensur Eliaquim Mangala li bħalissa jinsab b'self ma' Valencia bħala parti mit-trasferiment ta' bdil li jkun qed jara lil Jose Luis Gaya jingħaqad mat-team immexxi minn Pep Guardiola. PEPE - Manchester City u PSG daħlu f 'taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw lid-difensur ta' Real Madrid, Pepe matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer internazzjonali Portugiż jintemmlu l-kuntratt mal- Galacticos matul is-sajf li ġej u diġà rrfifjuta offerti minn klabbs li jimmilitaw fiċ-Chinese Super Leaaue hekk kif ix-xewqa tiegħu hija dik li jkompli bil-karriera tiegħu fl-Ewropa. ZLATAN IBRAHIMOVIC - Jidher li Zlatan Ibrahimovic laħaq ftehim biex jingħaqad ma' LA Galaxy fl-MLS fl-Istati Uniti. Manchester United għadhom iridu jilħqu ftehim ma' dan il-plejer ta' 35 sena biex iġeddu l-kuntratt tiegħu mar-Red Devils li jiskadi f 'Ġunju li ġej, b'sorsi qed jgħidu li jekk it-trasferiment tiegħu ma' LA Galaxy jiġi mmaterjalizzat huwa jkollu salarju aħjar minn dak li kellu David Beckham meta kien jilgħab magħhom. CEDRIC SOARES - Chelsea żiedu lid-difensur ta' Sothampton Cedric Soares fil-lista tat- tragwardi biex isaħħu d-difiża tagħhom. Il-Blues diġà qed isegwu l-progress tal-istilel tas-Saints Virgil van Dijk u Ryan Bertrand u jinsabu lesti li jisfidaw lil Barcelona għall-akkwist tal- internazzjonali Portugiż, Cedric Soares. KIERAN TIERNEY - Manchester United jidhru li se jkunu qed jippruvaw jegħlbu l-isfida ta' Arsenal biex jiffirmaw lid-difensur left-back ta' Celtic, Kieran Tierney. B'Luke Shaw jidher li se jkun qed iħalli lill- club minn Old Trafford fi tmiem l-istaġun, ir-Red Devils se jkunu qed iduru għal dan il-plejer żagħżugħ internazzjonali Skoċċiż biex jimla l-vojt li mistenni jħalli Luke Shaw. LUKE SHAW - Qed jiġi rrapurtat li d-difensur ta' Manchester United Luke Shaw irid jingħaqad ma' Tottenham Hotspur matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż mhux qed jiġi inkluż b'mod regolari mar-Red Devils minn Jose Mourinho wara li xejn ma mpressjona magħhom. U jidher li Shaw jinsab ferm ħerqan li jerġa' jingħaqad mal-coach Arġentin tal-Ispurs Mauricio Pochetino wara li diġà ħadem miegħu ma' Southampton. ALEXIS SANCHEZ - Alexis Sanchez jixtieq jingħaqad ma' Chelsea iżda qed jaffaċċja telgħa minħabba l-fatt li Arsenal ma jridux ineħħuh. Dan l-attakkant internazzjonali miċ-Ċili jinsab imdejjaq bl-andament tal-Gunners matul dan l-istaġun u jrid jilgħab ma' team li jikkompeti għall-unuri. ANDREA CONTI - Chelsea jinsabu ħerqana li jżidu l-għażliet ta' plejers fil-pożizzjoni ta' right-back wara li weġġa' għalihom il-plejer Victor Moses kontra Crystal Palace u jidher li Antonio Conte għandu stima kbira lejn il-plejer ta' Atalanta Andrea Conti u jixtieq li jakkwistah akkost ta' kollox. Barra minnhekk Chelsea qed isegwu wkoll il- progress taż-żagħżugħ ta' Hoffenheim, Jeremy Toljan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017