Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 ILBASTJUN ikoniku tal-Isla, magħruf bħala l-Maċina, qed ikun restawrat u rrinnovat biex jieħu l-ħajja mill-ġdid u jerġa' jikseb il-passat glorjuż li kellu tul is-sekli ħalli jilqa' fih lukanda esklussiva Cugó Gran. Din se tkun qed toffri ambjent ta' lussu modern b'veduti uniċi tal-Port il-Kbir. Għal sekli sħaħ, minn meta nbena fl-1554 fi żmien il-Gran Mastru Claude de la Sengle, dan ix-Sheer Bastion, kif kien jissejjaħ fi żmien l-Ingliżi, kien wieħed mill-aktar postijiet emblematiċi fil-Port il-Kbir. L-isem "Maċina" ħareġ mill-kelma "macchina", kif dan il-bastjun kien jissejjaħ fi żmien il-Kavallieri, peress li fuqu kien hemm krejn li kien jintuża biex jitwaħħlu u jinqalgħu l-arbli twal tal-bastimenti, kif ukoll biex tinħatt u titgħabba merkanzija tqila. Dan l-apparat kien inħatt darba għal dejjem fl-1864 Issa hu mistenni li, għal darb'oħra, il-Maċina terġa' ssir post ikoniku, iżda b'użu differenti hekk kif qed tinbidel f 'lukanda lussuża li se tkompli ssebbaħ iż-żona tal-waterfront tal-Kottonera. Il-Gran Cugó - Macina, Grand Harbour se tiftaħ il- bibien tagħha fis-sajf tal-2017, u se titmexxa bl-esperjenza professjonali tal-IBB Hotel Collection. Il-kumpanija IBB, li topera għaxar lukandi madwar l-Ewropa, tifforma parti mill- Von der Heyden Group, li għandu aktar minn 25 sena ta' kompetenza f 'diversi proġetti għal vaganzi u ta' proprjetà immobbli. Bi sfond ta' fortizza bi swar storiċi mħallat ma' interior design b'karatteristiċi raffinati u ta' lussu, il- Cugó Gran se tkun tassew lukanda b'differenza. Se toffri 21 suite li jvarjaw minn 40 metru kwadru sa daqs impressjonanti ta' 130 metru kwadru, kollha kemm huma bil-veduti tal-marina u tal-Port il-Kbir. Is-suites huma mfassla bil- ħsieb li jilqgħu lill-vjaġġatur esiġenti, u għalhekk huma mgħammra bil-kumditajiet kollha, fosthom b'banjijiet wiesgħin u walk-in showers, li jagħmlu btala mill-aktar aktar pjaċevoli f 'post storiku b'ambjent lussuż. Id-disinn jibbilanċja b'mod sabiħ dak li hu tassew antik u ta' valur storiku ma' materjali ġodda, naturali u tradizzjonali fuq linji moderni. B' żoni komunali spazjużi, soqfa għoljin u bl-arkati, u b'abbundanza ta' dawl naturali, id-disinn bi stil minimalist kien biżżejjed biex jinħoloq ambjent lussuż. Il-lukanda se toffri wkoll lill-mistednin pixxina li tinsab ppożizzjonata bl-aktar mod diskret fuq il-bejt tal-bini anness, u kompluta b' terrazzin li joffri veduti mill-isbaħ tal- Birgu u Bormla. Il-lukanda se toffri wkoll bistro, bar u kafetterija, kif ukoll boardroom għal 15-il persuna għall-konferenzi żgħar. It-terrazzin fuq l-ogħla bejt tal- lukanda qed ikun konvertit għal avvenimenti li jilqgħu sa 1,000 persuna. B'veduta li testendi mit-Tlett Ibliet sal-Belt Valletta, dan it-terrazzin se jkun ideali għal tiġijiet u avvenimenti ta' kumpaniji. Mistoqsi dwar il-potenzjal tal-proprjetà, il-kap eżekuttiv tal-IBB Hotel, Vladimir Saal, qal: "Il-lukanda Cugó Gran f 'Malta se tkun qed tgawdi minn post storiku mill-aqwa. Qed tkun restawrata u armata b'mod li tmur saħansitra lil hinn mill-ħtiġijiet tal-vjaġġatur esiġenti biex b'hekk toffri esperjenza tassew memorabbli. Dan jaqbel perfettament mal- viżjoni li għandha l-kumpanija tagħna hekk kif qed nikbru billi niffokaw sew u bil-għaqal fuq kull suq individwali, għaliex kull suq jistħoqq li jkollu tip partikulari u differenti ta' lukanda. Dan l-aħħar ħabbarna wkoll li IBB se tkun qed topera proprjetà fil-Belt Valletta, li flimkien mal-Cugó Gran se jkunu pass ieħor għat-tisħiħ tal- grupp f 'Malta, fejn qed naraw ħafna potenzjal." ''Nemmnu li l-proprjetà tal-Maċina għandha l-potenzjal li terġa' takkwista dik il-glorja li kellha fil-passat tul is-sekli u terġa' ssir parti storika integrali mill-Port il-Kbir ta' Malta. Kollox qed isir bil-għan li jintlaħaq il-livell ta' lussu li qed nimmiraw għalih. IBB se tkun qed tagħti aktar tagħrif fil- ġimgħat li ġejjin," qal Vladimir Saal. Il-Maċina titwieled mill-ġdid bħala lukanda esklussiva ta' Cugó Gran Dehra tal-marina minn waħda mis-suites lussużi tal-lukanda esklussiva Cugó Gran Macina – Grand Harbour Wirja spettakolari ta' qtates... ILMALTA Cat Club se jkun qed jorganizza wirja spettakolari ta' qtates, nhar is-Sibt 22 ta' April mis-14:00 sas-19:00 u bħall-lum ġimgħa nhar il-Hadd 23 ta' April mill 11:00 a.m. sal-17:00, ġewwa Sherries Garden Centre, f 'Burmarrad. Din il-wirja li għandha tpaxxi lil mijiet ta' nies li jħobbu l-qtates madwar il-pajjiż hija mtella that l-assoccazzjoni TICA, u bħala ġurija se jkun hemm panel ta' esperti Franċiżi. Brigitte Berthelon u Genevieve Basquine, għandom diversi snin ta' esperjenza f 'dan il qasam, għalekk fi stqarrija l-Malta Cat Club saħaq illi jħossuhom "fortunati ħafna li ser jkunu hawn Malta, jaqsmu din l-esperjenza magħna." F'din il-wirja se jkun hemm ammont sabiħ ta' qtates ta' diversi razez, fosthom dawk persjani, exotics, sphynx, donskoy, maine coon, selkirk rex, siamese u oħrajn. Flimkien mal-qtates puri, fil-wirja se jkun hemm ukoll ammont sabiħ immens ta' qtates li m'humiex puri, jew qtates li ġew addottati minn santwarji diversi madwar Malta. Dawn il-qtates se jkunu qegħdin jikkompetu fis- sezzjoni Household pet(HHP), fejn l-istess bħal qtates puri, l-ġurija tagħżel l-aqwa qattus fosthom. Importanti li jissemma wkoll li t-tema ta' din il-wirja hija 'Fun cats', għalhekk l-atmosfera bejn l-esebituri u qtates tkun waħda pjaċevoli, u saħansitra se jkun hemm ukoll kompetizzjonijiet oħra żgħar, fejn l-esebituri jlibbsu lill-qtates tagħhom b'kostumi skond it-tema. Dawn it-tip ta' kompetizzjonijiet żgħar jattiraw ħafna lill-pubbliku. Waqt il-ħinijiet tal-wirja, se jkun hemm ukoll preżenti Carmen Coleiro mill-animal guardians Malta, santwarju li jieħu ħsieb diversi qtates li huma inqas ixxurtjati minn oħrajn. Il-Malta Cat Club iħeġġeġ lill-pubbliku, biex iġibu magħhom xi kutri, sodod, ikel jew affarijiet oħra li jkunu jixtiequ joffru lil dan is-santwarju bħala att ta' soledarjetà. Din il-wirja ma setgħetx tittella mingħajr id-diversi sponsors, il-membri tal- kumitat tal-klabb, u diversi esebituri. Il-Malta Cat Club jinsabu ċerti li l-wirja ta' din is- sena se tkun waħda mill-aqwa, u edukattiva għall-pubbliku kollhu. Diversi esebituri, u breeders, se jkunu lesti jwieġbu għal diversi mistoqsijiet, filwaqt li min iżur il-wirja se kollhu l-opportunità li jiltaqa' ma' qtates ta' diversi razez. Għalhekk, Il-Malta Cat Club qiegħed iħeġġeġ lil kullħadd biex jattendi għal din il-wirja, li l-entratura għaliha hija mingħajr ebda ħlas. Ritratti: Angie Borda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017