Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Aħbarijiet 10 Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Minn Ġuda maħruq sa tajr Tradizzjonijiet tal-Għid minn madwar il-globu, lil hinn mill-fi golli u l-karamelli LGĦID il-Kbir f 'pajjiżna huwa żmien maħbub u mistenni ferm, kemm għad-devozzjoni reliġjuża li din il-festa u ż-żmien tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa jġibu magħhom, iżda wkoll għall-għadd ta' tradizzjonijiet marbutin miegħu. Hekk kif toqrob il- Ġimgħa l-Kbira, ara bosta swali, każini, garaxxijiet u saħansitra djar, jiġu trasformati f 'wirjiet ta' kull tip, kollha b'rabta mal- passjoni ta' Ġesú. Min b'wirja ta' vari, oħrajn bi platti ta' ross jew melħ ikkulurit u mżewwaq f 'forom li jħabbatha mal-aqwa xogħlijiet ta' arti, oħrajn b'xeni miċ-ċenaklu bi statwi life size ta' Ġesú u l-appostli, u anke rappreżentazzjonijiet, drammi u pageants, ġewwa jew fit-toroq. Wieħed ma jistax jinsa wkoll it- tradizzjoni tas-seba' viżti ta' talb f 'jum il-Ġimgħa l-Kbira, jew Ħamis ix-Xirka, hekk kif familji u gruppi ta' nies iduru seba' knejjes differenti sabiex jagħmlu t-talbiet tagħhom u jfakkru l-mixja ta' Ġesú Kristu fl-aħħar ħinijiet qabel ġie msallab. Dan kollu minbarra l-għadd ta' purċissjonijiet tad-Duluri u l-Ġimgħa l-Kbira, li finalment iwasslu għal dik tal-Ħadd bi Kristu Rxoxt, b'uħud mill- Knejjes, għadhom jonoraw it- tradizzjoni tal-ġirja bl-istatwa lura lejn il-knisja. Minbarra dawn it-tradizzjonijiet reliġjużi, wieħed ma jistax jinsa lanqas it-tradizzjoni qawwija ta' ikel li għandna f 'pajjiżna, b'ispirazzjonijiet minn għadd ta' pajjiżi madwarna, bil-karamelli, kwareżimal, qagħaq tal- appostli, figolli u bajd tal- għid fost l-oħrajn. F'dan il-jum li jissimbolizza l-akbar festa għall-Insara, l-ILLUM tat ħarsa lil hinn minn xtutna lejn dawk it- tradizzjonijiet tal-Għid, fi rkejjen differenti madwar id-dinja. Tiġrijiet u tfittix għall-bajd fl- Amerika Ta' kull sena, fl-Għid fl-Amerika, issir dik li hi magħrufa bħala l-Easter Egg Hunt, b'għadd ta' bajd li jiġi kkulurit li jiġi mistoħbi fil-btieħi u fil-ġonna, bit-tfal jerħulha jfittxuh sabiex jingħataw iċ-ċikkulata bi premju. Din it-tradizzjoni, għalkemm hi popolari fl-Istati Uniti, bdiet tinfirex ma' għadd ta' pajjiżi, fosthom anke Malta, fejn jiġu organizzati diversi attivitajiet simili. Il-White House ukoll tingħaqad fiċ- ċelebrazzjonijiet tal-Għid hekk kif għal snin sħaħ, fil-ġonna ta' mad-dar presidenzjali tiġi organizzata l-Easter Egg Roll. F'dan l-avveniment, li hu speċi ta' tellieqa, jieħdu sehem tfal ta' inqas minn 13-il sena u l-ġenituri tagħhom, bit-tfal jimbuttaw bajda qalb il-ħaxix b'magħrfa twila. Fl-Amerika u għadd kbir ta' pajjiżi, wieħed mis-simboli ewlenin ta' żmien l-Għid huwa l-fenek li huwa magħruf bħala dak li jwassal il-ħelu u ċ-ċikkulata lit-tfal iż-żgħar. Il-Ħruq ta' Ġuda fil-Brażil Tradizzjoni li ttieħdet lejn il-Brażil u partijiet differenti mill-Amerika t'Isfel hi dik tal-ħruq ta' Ġuda. Fil-ġranet ta' qabel l-Għid il-Kbir, il-Brażiljani jiffurmaw pupi kbar biċ-ċraret u t-tiben, forma ta' bniedem li jissimbolizzaw lil Ġuda. Dawn imbagħad jiddendlu mill-għoli, ġeneralment minn xi siġra jew xi fanal ta' triq, u jitħalla mgħallaq. F'xi każi, l-pupuazz jiġi msawwat u mqatta' minn xi bnadi, biex imbagħad jingħata n-nar. Fl-antik kienu saħansitra jitfħgu xi logħob tan-nar fih sabiex meta jinħarqu, jagħtu wkoll spettaklu ta' kuluri. Għal ħafna, din tfisser il-ħruq tal-elementi tal-ħażen. Illum il-ġurnata, il-pupazz jingħata x-xbieha ta' xi personalità mix-xena politika, soċjali, sportiva fost l-oħrajn li ma tkunx wisq maħbuba mill-pubbliku jew li saħansitra tkun involuta f 'xi skandlu. Attent minn xi borma f 'Korfu Fil-gżira ta' Korfu fil-Greċja, għall-Għid, wieħed jaqbillu joqgħod attent ħafna jekk ikun se jgħaddi minn taħt xi gallarija. Dan għaliex it-tradizzjoni f 'din il-gżira titlob li n-nies igaraw 'il barra borom, taġnijiet u kull tip ta' oġġett minn ġot twieqi u l-gallariji tagħhom, għal ġot triq. Uħud isostnu li din it-tradizzjoni ġejja mis-simboliżmu tal- merħba lir-rebbiegħa u li l-frott u l-ħxejjex il-ġodda se jkunu qed jinġabru f 'borom u oġġetti ġodda.