Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 39

12 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Waslet l-elezzjoni 148 wegħda 'riċiklata' għall-Għawdxin FILKAMRA kwieta fl- appartament tiegħi fi Brussell għażilt li noqgħod indur il- 148 proposta li qed jwiegħdu ż-żewġ partiti għal Għawdex (100 n-Nazzjonalisti u 48 il- Laburisti). M'iniex Għawdxi iżda issa diġà għext madwar 7 snin Għawdex u barra li ngħix ma' Għawdxija nqatta' l-ħin kollu tiegħi mal-Għawdxin u nħoss li dħalt sew fis-sistema Għawdxija. Għalkemm xorta ma rridx inkun prużuntuż u nipprova biss ngħid li jien Għawdxi għax trid tkun twelidt, u trabbejt minn ġenituri Għawdxin bil- mentalità Għawdxija biex verament tista' tgħid li int Għawdxi. Li ma jistgħux jifhmu l-amministraturi politiċi Maltin hu li inutli tipprova tbella' r-ross bil-labra lill-Għawdxin. Inutli twiegħed ħmerijiet li mbagħad ma twettaqhomx, jew għax ma jistgħux isiru, inkella għax il-baġit għal Għawdex dejjem jittiekel u jonqos, jew għax ma jreġġux. Fast Ferry Iż-żewġ partiti qed iwiegħdu l-fast ferry...ma nafx fejn kienu dawn l-istess partiti f 'dawn l-aħħar 30 sena. Mela dak li n-Nazzjonalisti m'għamlux f '25 sena, issa qed iwegħduha f 'sena. Il-Laburisti sabuha diffiċli jlestuha f 'erba' snin u issa qalulna li ħarġu l-offerti. Kemm hi diffiċli biex tibda titħaddem il-fast ferry? Aħseb u ara biex tinbena l-mina taħt il-baħar fejn erġajna t-tnejn li huma qed isemmuha. Taf x'ma ssemmiex minn 150 proposta...l-airfield... Din kienet prijorità fil-manifest elettorali tal-Labour u bdiet tisparixxi b'xi skuża jew oħra ftit wara li tela' fil-gvern...Il-PN permezz ta' Chris Said baqa' jfaqqa' fuqha b'mistoqsijiet parlamentari ma jieqfu qatt dwar l-airfiled...F'daqqa waħda Chris Said waqaf jitkellem fuqha u minn 100 proposta din sparixxiet. Fibre Optic Il-fibre optic cable, idea tajba u jkun sew li ssir u hemm bżonnha. Il-PN issa qed jgħid li se jlestiha f 'sena. Nistaqsi biss għaliex ma saritx f '25 sena? Forsi għax ma kienx hemm Simon Busuttil Kap? Forsi għax kien hemm Giovanna Debono l-Ministru ta' Għawdex u ma kienx prijorità għaliha? Ma nafx imma żgur li hi proposta tajba iżda wieħed irid jgħid li anke l-Gvern Laburista qalilna li qed jaħdem fuqha u bħal ħafna proġetti oħra jew għadu qed isir studju fuqhom inkella qegħdin fil-fażi li jingħataw l-offerti. Il-Gozo Channel fil-Port il-Kbir Il-PN qed jipproponi li jerġa' jagħmel il-vjaġġ tal-merkanzija lejn l-inħawi tal-port il-Kbir. Prosit idea sublimi, iżda naħseb irid jispjega iżjed fejn se jitrakka l-vapur fin-naħat tal-Port il-Kbir. Għax il-gvern Laburista ħaseb f 'dan iżda induna li dan mhux possibbli minħabba t-traġitti fil-port. Għax forsi li wieħed irid ikun jaf hu li ħafna mit-trakkijiet fuq il-vapur irid joħroġhom xufier wieħed ġej u sejjer joħroġ trakk wara l-ieħor u dan jieħu ħafna ħin li ma jistax ikun li l-vapur jibqa' trakkat fil-post għal ħin daqshekk twil. Nispera li l-membri Għawdxin Nazzjonalisti qalulu b'dan lill- Kap tagħhom, speċjalment ix- shadow minister għal Għawdex Chris Said, li jaf sew fuq dan il-kunċett ta' xufier wieħed għal ħafna. Għalhekk il-partiti meta jwiegħdu għandhom ikunu jafu sew l-affarijiet kif isiru u mhux biex nidhru li qed nagħtu każ l-Għawdxin inkunu qed nitmellħu bihom. Trasport Pubbliku Dwar it-trasport pubbliku fuq iż-żewġ gżejjer li jkun jaqbel mal-ħinijiet tal-vapur it-tnejn jaqblu. Allura tistgħu tgħiduli għaliex it-tnejn li intom qgħadtu tistennew l-elezzjoni jew biex tniżżluha bħala numru fil-proposti? U għaliex meta l-kaptan jara l-karrozza tal-linja 3 minuti bogħod mill-vapur jagħlaq u jitlaq u ma jistennihiex speċjalment li fuqha jkun hemm diversi ħaddiema Għawdxin li jridu jirritornaw f 'darhom? U din l-ebda partit ma semmieha għax kultant tal-linja teħel fil-ftit traffiku li ssib f 'Malta kumbinazzjoni. Xogħol Iż-żewġ naħat jidhru wkoll li jaqblu fejn jidħol ix-xogħol għall-Għawdxin f 'Għawdex. Però anke hawn trid tkun ħafna aktar minn slogan, miż-żewġ naħat. Naf biċ-ċert li hu minnu li ż-żewġ partiti se jagħmlu minn kollox biex dan isir. Iżda kemm hu fattibbli ma nafx. Għax kif tista' lil-LSA's, għalliema, pustiera, pulizija, infermiera, tobba, nies li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji u tal-Igaming, inġiniera u avukati tagħtihom xogħol f 'Għawdex. Meta m'hemmx xogħol għalihom, meta t-tfal dejjem qed jonqsu u hemm klassijiet bi tlett itfal fihom, meta għadna ma ġbidniex lejn Għawdex kumpaniji kbar fis-servizzi finanzjarji u tal-Igaming. Ix-xogħol allura qed jaqa' għal dawk jew li jaħdmu mal-gvern u spiċċaw bit-teleworking, inkella jaħdmu f 'Għawdex fejn se jsibu ma' wiċċhom nuqqas ta' opportunitajiet li jieħdu promozzjonijiet, jew għal dawk li nħolqulhom l-iskema billi jaqilgħu ftit ewro u jaħdmu ftit ħin ukoll. Mhux tort tal- ebda gvern għal kollox għax żgur li ż-żewġ partiti jagħmlu minn kollox biex iressqu kumpaniji kbar jaħdmu minn Għawdex. Għalhekk nemmen li l-inċentivi li qed joffru ż-żewġ partiti għall-kumpaniji li jaħdmu f 'Għawdex u jħaddmu l-Għawdxin f 'diversi setturi huma ferm pożittivi u nemmen li jistgħu jsiru realtà miż-żewġ naħat. Saħħa u sptarijiet Dwar is-saħħa naħseb li l-PN qed jiżbaljaw meta jgħidu li l-isptar t'Għawdex jista' jsir bi ħlas jekk jibqa' tal-privat u żgur li l-ebda Għawdxi mhu qed jemminhom. Bla dubju li s-saħħa f 'Għawdex u l-isptar Ġenerali ħa r-ruħ taħt din l-amministrazzjoni. U jkun żball jekk l-isptar jerġa' jittieħed mill-proprjetarji barranin li John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017