Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Joseph Muscat: Dak li baxxieh u dak li jista' Bħal-lum ġimgħa Joseph Muscat se jkun fl -'antiporta'... jew dieħel jew ħiereġ. GĦADDEW erba' snin minn meta l-Malta Tagħna Lkoll kienet l-għajta tal- maġġoranza kbira tal-poplu. Għaddew erba' snin minn meta Joseph Muscat ħa l-ġurament u sar PM ta' pajjiżna. Donnu għaddew deċenji, donnu għaddew ħafna iktar minn hekk. Bħal-lum ġimgħa Muscat se jpoġġi għall-akbar test politiku tiegħu s'issa, saħansitra ikbar minn dak tal-2013, għax dakinhar il-poplu 'pruvah', illum il-poplu qed jintalab jerġa' 'jikkonfermah'. Ir-riżultat tal-elezzjoni ta' nhar is-Sibt se jkun ġudizzju demokratiku mhux ta' dak li l-poplu jaħseb li se jkun Muscat, imma ta' dak li fil-fatt kien meta kellu l-poter f 'idejh. F'din l-ewwel parti tal- analiżi taż-żewġ mexxejja politiċi li qed jaspiraw li jmexxu lil Malta se nħarsu lejn dak li għolla lil Muscat, lejn dak li baxxieh u lejn dak li jista' potenzjalment ikissru. L-enerġija li għollietu ... Muscat, mingħajr dubju kellu u għad għandu ċerta enerġija evidenti. Enerġija li xprunatu biex jattwa u jwettaq f 'setturi fejn forsi ma twettaqx biżżejjed. Wieħed mill-fatturi li jistgħu jwasslu lil Muscat f 'Kastilja hija l-idea 'can do...will do'. Jidher illi l-enerġija ta' Muscat wasslet biex inxterdet sew l-idea illi ma' Muscat tasal xi darba, hemm enerġija biex isiru l-affarijiet mhux jibqgħu għal dejjem fuq l-ixkaffa. Hemm lista sħiħa u twila ta' liġijiet u miżuri li kienu ilhom ikunu diskussi u posposti li l-Gvern ta' Muscat attwa. L-Att tal-Whistleblower, Liġi tal-Finanzjament tal-Partit, Liġi tal-Ġeneru, L-Unjoni Ċivili, Liġi dwar Koabitazzjoni, żieda fil-paga minima, il-bidliet fil-Liġi kontra l-Vilifikazzjoni u dwar iċ-ċensura. Dan il-Gvern introduċa l-użu tal-IVF u introduċa l-Morning After Pill, żewġ kwistjonijiet marbutin mar-riproduzzjoni, li kienu weħlu xi mkien taħt ħafna trab. Din l-idea hija popolari ferm, għax ħafna jħossu li t-talbiet leġittimi tagħhom (u forsi anke illeġġittimi) jistgħu jinstemgħu u jintlaqgħu aktar minn Muscat. Din l-idea tmur oltre minn dak li huwa ta' interess nazzjonali u jipperikola wkoll f 'dak li huwa interess personali. Dawk li qed jistennew permess biex jiżviluppaw, dawk li għandhom interessi kummerċjali u oħrajn. Dawn mhux biss se jistaqsu kif sejrin illum imma wkoll taħt liema Gvern se jmorru aħjar jew għandhom l-aħjar prospett ta' progress u tkabbir. Dan jgħodd ukoll għal dawk il-faxex li taħt dan il-Gvern jew baqgħu l-istess jew saħansitra marru għall- agħar, fosthom dawk li jikru mingħand il-privat u li ffaċċjaw problema ta' żieda astronomika fil-kirjiet. Dawn jistgħu jħossu li bil-Labour fil-Gvern, il-kwistjoni hemm iktar ċans li tkun iffaċċjata milli bil-PN fil-Gvern. L-ekonomija li għamlitu popolari... Il-fatt li f 'dawn l-erba' snin l-ekonomija Maltija kienet b'saħħitha u bħala pajjiż lħaqna quċċati fil- listi Ewropej għamel lil Muscat 'par idejn sodi fuq it-tmun tal-pajjiż'. Il-qgħad huwa baxx, in-numru ta' nies f 'impjieg huwa għoli, il-finanzi tal-Gvern jinsabu f 'saħħa hekk kif pajjiżna rreġistra l-ewwel surplus fi snin twal, resqin lejn sena oħra rekord fit-turiżmu... insomma dan kollu ħoloq f 'dan il-pajjiż sensazzjoni pożittiva u ottimista, b'diversi setturi jikkonsolidaw u jirreġistraw tkabbir qawwi, fosthom il-kostruzzjoni, servizzi finanzjarji (anke jekk bħalissa taħt attakk minħabba l-Malta Files), is- settur tal-proprjetà, is-settur tal-lukandi u ristoranti, il-manifattura u s-settur kollu tal-ħaddiema tal-idejn (kisi/ tibjid/gypsum/għamara). Dan kollu għamel lil Muscat PM popolari u probabilment huwa l-effett ta' dan is- sentiment mill-aktar pożittiv, flimkien mal-enerġija, li għadu qed jikkontribwixxi għall-fatt li Muscat għadu minn fuq kemm fil-fiduċja u anke b'distakk fuq il-PN. L-inazzjoni li benġlitu... Joseph Muscat, minkejja kull suċċess baqa' ma tgħallimx lezzjoni importanti li kkontribwiet biex il-PN tilef kif tilef fl-2013. Dik is-sena il-poplu kien qal lill- Gvern tal-PN illi d-duħħan kien biżżejjed biex jemmnu li hemm in-nar, u allura kienu ġġudikawh b'mod negattiv. Muscat jidher illi żamm ma' ċerta tip ta' strateġija li anke jekk weġġgħatu baqa' jżomm DIPARTIMENT TAL-PULIZIJA EXPRESSION OF INTEREST 7/2017 Il-Kummissarju tal-Pulizija javża li:- Proposti se jintlaqaw permezz tal-Email fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt sa mhux aktar tard mill- 11:00 am tal-Ġimgħa 9 ta' Ġunju 2017 għall- EOI No: 7 /2017 - SERVIZZ TA' MEDICAL GENERAL PRACTITIONER FID- DIPARTIMENT TAL-PULIZIJA Dettalji jistgħu jinkisbu billi tintbagħat talba permezz ta' email bit-titlu "Request Form – MEDICAL GENERAL PRACTITIONER" fuq Email address: tenderspolice.mhas@gov.mt (Tel: 22942355) Proposti jridu jiġu mibgħuta, kif deskritt hawn fuq f'paragrafu 1, bit-titlu: "EOI Proposal – Medical General Practitioner" agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017