Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
6 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Simon Busuttil: Kumpanija l-Panama Mill-kalma tal-bidu Busuttil inbidel f 'mexxej ta' kruċjata politika biex jitneħħa Joseph Muscat... imma l-poplu se jagħżel lilu Prim Ministru? SIMON Busuttil ma kienx wiċċ ġdid erba' snin ilu. Kien ilu Membru Parlamentari Ewropew u kien inħatar Viċi Kap tal- Partit Nazzjonalista ftit qabel l-aħħar elezzjoni. Kien ukoll involut fit- tfassil tal-manifest elettorali tal-PN fl-2008 kif ukoll fl-2013. Minkejja dan, ħlief għall-aħħar ftit xhur qabel l-elezzjoni, ftit kienu jafu lil Busuttil u l-modi tiegħu fil-politika lokali. Fl-aħħar erba' snin it- trasformazzjoni ta' Simon Busuttil kienet waħda pjuttost kbira, kif fil-fatt innotat din il-gazzetta diversi drabi f 'analiżijiet li saru matul dawn l-aħħar sentejn. Imma x'inhuma l-preġji ta' Busuttil? Fejn qiegħed jipproġetta lilu nnifsu bħala Prim Ministru? U fejn falla? Fejn ħa riskji li jistgħu jkissruh u li dwarhom il- ġudizzju għad irid isir? F'din it-tieni parti tal- analiżi se nħarsu lejn Simon Busuttil, ir-raġel li jew jista' jieħu post Joseph Muscat bħal-lum ġimgħa jew inkella li jkun fil-periklu li jitneħħa u jitniżżel bħala l-ewwel Kap tal-PN li qatt ma sar PM. Ix-xellug li Busuttil għaraf ... Bl-Ingliż jgħidu illi 'the proof of the pudding is in the eating' u hekk hu. Allura nistgħu ngħidu biss li Simon Busuttil huwa verament politiku li jagħraf u li jaħdem fuq twemmin ċentru-xellugi meta u jekk ikun qed imexxi. Lil hinn minn dan imma l-attentat ta' Busuttil li jimla l-vojt li seta' tħalla minn Muscat fuq ix-xellug huwa pass pożittiv. Fil-fatt f 'diversi diskorsi li ta matul iż-żmien tiegħu bħala Kap tal-PN, Busuttil kemm-il darba tkellem dwar il- ħaddiem, dwar esperjenzi ta' nies reali, qabel mal- proposta tal-Kampanja paga Minima Diċenti u għamel ukoll proposti li jistgħu jitqiesu bħala xellugin finnatra tagħhom. L-iżvantaġġ, ta' Busuttil jibqa' illi minkejja li kien sinkronizzat tajjeb ma' diversi problemi li kienu hemm jew amplifikaw ruħhom f 'dawn l-aħħar erba' snin, iktar iva milli le m'offriex jew ma ppreżentax lilu nnifsu biżżejjed bħala l-persuna li tista' toffri s-soluzzjonijiet. Nieħdu l-eżempju ta' dawk li jinsabu f 'kirjiet privati, li matul dawn is-snin u minħabba qabża kbira fid- domanda għall-kiri, raw il- kirja tagħhom tisplodi. F'xi każi b'100% u iktar. Uħud kellhom jitilqu mill-kirja, imorru jgħixu mal-ġenituri u wħud minn dawn lanqas jistgħu jitfgħu depożitu biex jixtru post. Dik il-problema. U s-soluzzjoni? Filwaqt li Busuttil iktar deher li kien qed jifhem din il-problema, naqas milli jidher illi qed joffri s-soluzzjoni. Ħalla lil Muscat jidħol u jagħmel kapital minn dan il-vojt, juża lingwaġġ qawwi fil- konfront tas-sitwazzjoni fis-suq tal-kera, iżid is- sussidji tal-kirjiet privati u jiffirma ftehim ma' bank lokali biex jgħin lil dawk li jridu jixtru post. Minkejja li fl-idjoma politika Busuttil irnexxielu jressaq lill-PN l-eqreb li qatt kien lejn ix-xellug, il-fatt li waqaf fuq il-kritika u ma kienx innovattiv u proattiv biżżejjed, ifisser illi ma sfruttax biżżejjed il-vojt li ħalla Muscat. Il-Panama li KANDIDAT 9 U 10 DISTRETT agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Dan huwa avviż bi ħlas