Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Elezzjoni2017 7 Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum 2017 l-Panama li taf tagħmlu Prim Ministru għollietu...imma għollietu biżżejjed? Il-każ tal-kontijiet fil- Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri, kien prattikament providenzjali għal Busuttil u anke jekk kien hemm żewġ każi oħrajn li qajmu diskussjoni madwar il-pajjiż, kien proprju dan il-każ li ta lil Busuttil impetu qawwi. Busuttil, naturalment uża dan il-każ biex bena immaġini ta' politiku b'saħħtu, xi ħaġa li kien nieqes minnha sew fl-ewwel sena tiegħu bħala Kap. Il-PN offra oppożizzjoni formidabbli fuq dan il-każ bi protesti, kampanja medjatika ma' taqta' assolutament xejn, mozzjonijiet fil-Parlament u billboards madwar il-pajjiż. Din il-kwistjoni kabbret l-immaġini ta' Busuttil għax 1) neħħiet minn fuqu l-idea jew il-perċezzjoni li ma jistax ikun elett (unelectable) , 2) Li huwa kap dgħajjef u li 3) Din l-elezzjoni l-PN kien se jitlifha żgur. Naturalment dan kollu ta lill-partitarji tal-PN l-injezzjoni li kellhom bżonn biex ineħħu l-apatija u l-qtigħ ta' qalb li kien iddomina fil-PN wara t-telfa kbira li kien qala' fl-2013. Minn punt strettament strateġiku l-każ tal-Panama kien providenzjali għax reġa' qanqal mill-ġdid l-għeruq tal-partit. Minn punt strettament politiku l-każ Panama ta' raġuni għall- eżistenza kurrenti tal-partit, wara li l-PN kien ilu li tilef din ir-raġuni minn meta pajjiżna sar membru tal- Unjoni Ewropea fl-2003. Naturalment il-gwadann mill-battalja kontra Muscat fuq din il-kwistjoni partikolari fissret li l-attenzjoni kważi kollha lejn il-PN kienet esklussiva għal dan is-suġġett, biex b'hekk il-PN laħaq quċċata, għalkemm xorta taħt il-PL, u niżel minn dik il-quċċata skont l-aptit tan-nies li jisimgħu fuq dan is-suġġett. Dan mhux qed ngħiduh aħna, jgħidu kull stħarriġ li sar mill- Mediatoday. Fil-fatt ix-xejra komuni u konsistenti kienet illi kull meta qabad imut il-hype dwar is- suġġett, l-appoġġ għall-PN u għal Busuttil jibda nieżel. Din l-istrateġija fiha periklu ovvju li qed jinħass illum. Dan huwa li x-xogħol l-ieħor daqstant kruċjali biex il-PN jirbaħ kien mitfugħ taħt dell. Id- dokumenti li saru mill-PN dwar gvernanza, l-ambjent u t-trasport fost l-oħrajn ma waslux biżżejjed għand in-nies. Ħafna lanqas biss qatt semgħu l-istess proposti, aħseb u ara kemm iddiskutewhom. Għalhekk illum hemm perċezzjoni b'saħħitha, anke jekk tibqa' perċezzjoni, li Busuttil 'mhux lest biex imexxi', 'm'għandux x'joffri' u li 'ma jitkellem fuq xejn ħlief Panama tiela' u nieżla.' Dan mhux neċessarjament minnu imma għal sena sħiħa mingħajr waqfien u speċjalment matul dawn l-aħħar erba' ġimgħat, dak biss wasal għand il-familji mingħand il-PN. Il-każ Panama għollieh lil Busuttil, imma għollieh biżżejjed biex jagħmlu l-Prim Ministru li jmiss ta' pajjiżna? Egrant: Il-kwistjoni li tista' tkissru Il-Kap tal-PN tant rabat il-futur politiku tiegħu mal-każ Panama u dak kollu relatat li mhux biss qed jittama li jirbaħ elezzjoni fuqu talli kapaċi jispiċċa f 'taġen ilma jagħli minħabba fih. L-istorja kulħadd jafha. Daphne Caruana Galizia għamlet allegazzjoni gravissima illi mart il- PM kellha kumpanija fil-Panama li minnha għaddew mal-$1 miljun mill-Ażerbaiġan. Il-PN beda kampanja medjatika instantanjament, kampanja li laħqet il-qofol tagħha ftit sigħat biss wara bi protesta fil-Belt Valletta fejn Busuttil saħansitra appella biex il-forzi tal- ordni, is-servizzi sigrieti u saħansitra l-President jagħmlu dak li jistgħu biex ineħħu lil Muscat minn PM. Dan apparti l-kurrenti ta' 'nibagħtuhom il-ħabs' u l-kampanja fuq il-media soċjali li tinstiga l-arrest tal-familja Muscat. Dan kollu mhux biss żied it-temperatura politika iżda ħoloq sensazzjoni ta' instabilità u biża' li s-sitwazzjoni tista' tiggrava minn mument għall- ieħor. Biża' li s-sitwazzjoni politika, b'diskors li seta' ħoloq allarm, se tiggrava sew. Huwa hawnhekk li Busuttil seta' ħa l-akbar żball politiku, li qatt seta' jieħu Kap ta' partit u li tista' tkun politikament devastanti fuqu u fuq il-PN. Tant għolla t-temperatura u tant seta', anke jekk mhux konxjament, għen biex jissaħħnu l-irjus, li ħoloq stennija biex din il-kwistjoni tkun konkluża b'ċertezza. Minkejja li allegazzjonijiet serji ta' ħasil ta' flus miċ- Chief of Staff ta' Muscat huma daqstant serji, il-gravità tas-sitwazzjoni li pajjiżna spiċċa fiha fl- ewwel sigħat u jiem wara l-allegazzjoni Egrant, fissret li kull attentat biex ikun iddevjat l-attenzjoni minn fuq din l-allegazzjoni falla. Meta Busuttil aċċetta li jorbot il-fortuni politiċi tiegħu, tant intrisikament ma' dan il-każ partikolari kien qed jieħu riskju serju. Issa jew dak ir-riskju se jfisser frott għalih u għal min għamel l-allegazzjoni, jew inkella se jfisser prospett terribbli ta' riżenja fil-każ li ma jirbaħx l-elezzjoni jew prospett aktar terribbli jekk jirbaħ u jsir PM hu. Kien ikun aktar għaqli kieku Busuttil tkellem fuq il-gravità tal-allegazzjoni Egrant imma żamm kawt, filwaqt li mbagħad fetaħ il- kanuni fuq l-allegazzjonijiet tiegħu dwar Keith Schembri. B'hekk kien jorbot il-karru politiku tiegħu ma' xi ħaġa inqas spettakolari, imma ħafna iktar fis-sod għax għandu l-provi. Ir-riskju ta' Busuttil huwa kbir u bħal kull riskju kbir, ir-ritorn għal dak ir- riskju jew se jgħollih jew se jsabbtu. Fil-ħin ħażin? Din il-gazzetta matul dawn is-sentejn ippubblikat diversi analiżi, ħafna minnhom dwar il-mixja ta' Busuttil u d-diskorsi tiegħu. Iż-żmien jibqa' fattur ewlieni li jrid jittieħed meta fuq il-miżien titpoġġa l-karriera politika ta' Busuttil. Rebħa għall-PN u għal Simon Busuttil nhar il-Ħadd tkun tfisser li minkejja d-dejn, id-diżillużjoni u d-demoralizzazzjoni, Busuttil xorta jkun irnexxielu jegħleb il- mewġ. Din tagħtih status u saħħa kbira fil-Partit Nazzjonalista. Minn punt strettament strateġiku l-każ tal-Panama kien providenzjali għax reġa' qanqal mill- ġdid l-għeruq tal- par tit Minkejja li fl-idjoma politika Busuttil irnexxielu jressaq lill-PN l-eqreb li qatt kien lejn ix-xellug, il-fatt li waqaf fuq il-kritika u ma kienx innovattiv u proattiv biżżejjed, ifisser illi ma sfruttax biżżejjed il-vojt li ħalla Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017