Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 39

14 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Għad irrid nikteb l-istorja ta' I nti teskludi illi għandek jew kellek kont jew kumpanija reġistrata f 'ismek barra l-pajjiż? Jien m'għandi ebda kumpanija, la f 'Malta u lanqas barra l-pajjiż u dwar dan nitkellem b'serenità. Serena għax qed ngħid il-verità. Kieku kelli x'naħbi la kont inħossni komda nwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek u wisq anqas kont inħossni komda nippreżenta lili nnifsi quddiem il-poplu. Jiġifieri, biex inkunu ċari, int kompletament teskludi din il- possibilità? Jien neskludi l-insinwazzjonijiet u qlajjiet kollha ta' dawk li tant messew il-qiegħ li m'għandhomx triq oħra ħlief li jiffabbrikaw l-istejjer... L-allegazzjoni partikolari hija li int sidt ta' kumpanija reġistrata l-Panama (Egrant) u iktar minn hekk, jew agħar minn hekk, li għaddew mal-$1 miljun f 'din il-kumpanija li kienu ġejjin mill-Ażerbajġan. This is too big to be a lie. Kif jista' jkun li xi ħadd jivvinta gidba daqstant fantastika? Jista' jkun mela. Infakkrek li l-midja tista' tirrifletti realtà imma tista' tikkrea storja wkoll. In-nies li qed imexxu lill-Partit Nazzjonalista llum imxew mal- ħsieb illi jikkreaw storja. U ma kellhomx għażla oħra għax ma kinux kuntenti bil-ħidma tal- Gvern, ma kinux kuntenti bil-fatt illi Joseph wettaq il-wegħdi kollha li għamel, minkejja l-attakki kontinwi fuq il-ħidma tal-Gvern matul dawn l-erba' snin. Imma mhux xogħol l-oppożizzjoni li tattakka l-Gvern. Onestament, xi stennejt? Kritika kostruttiva iva. Imma mhux li tipprova tkisser bil- gideb. Għamilna snin ma nagħtux kas il-ħsara u l-assasinju tal-karattru fil-konfront tagħna, kemm matul dawn l-erba' snin u anke matul il-ħames snin ta' qabel. Qatt ma tajna kashom. Imma jien kont smajt li se jivvintaw xi storja fuqi... Jiġifieri qed tgħid li kont taf b'din ta' Egrant? Kont ili nismagħha din, kont ili nisma' li se joħorġu b'xi storja li t-tielet kumpanija hija tiegħi. Dan kollu ivvintawh għax il-Partit Nazzjonalista induna li b'Joseph Muscat bħala PM mhuma qatt se jirbħu għax dak li wiegħed, wettqu. Joseph Muscat ma qagħadx jistenna l-elezzjoni biex iwettaq dak li kien wiegħed, fil-fatt lesta ħafna mill-manifest sena qabel it-terminu sħiħ. Dan apparti li nies kollha li riedu jaħdmu ma' Joseph, ħadmu u baqgħu hemm. Nies li, anke jekk ġew mill-kampijiet opposti, ħadem magħhom ukoll. Min-naħa l-oħra Busuttil, minflok ra kif se jippjana li jkompli jibni fuq it-tajjeb li sar, għamel erba' snin ikisser, ikun negattiv u jintrabat ma' nies li ħlief għira, ħdura u kattiverija ma wrewx. Dawn l-istess nies li kkreaw din l-istorja. Insibha diffiċli nemmen li partit bi storja ta' 140 sena sempliċiment se jaqbad u jivvinta storja u kważi jorbot l-eżistenza tiegħu magħha... Din storja ffabbrikata, ħidma ta' min ried joħloq storja li ma tirriflettix il-verità. U l-PN għandu nies li jiltaqgħu u jiddeċiedu kull ġimgħa biex jaraw kif se jkissru lin- nies madwar Joseph Muscat, nies li jifhmu ħafna dwar kif taħdem il-media u kif tista' timmanipulaha. Jien mhux se noqgħod niddefendi lil Konrad Mizzi u Keith Schembri, dak jagħmluh huma u Joseph kien pjuttost ċar dwar il-futur tagħhom jekk jirriżulta li hemm xi ħaġa ħażina. Jiena se niddefendi lili nnifsi. Jiena, mhux ċerta imma ċertissima minn dak li qed ngħid u għad nikteb l-istorja dwar din il-fabbrikazzjoni. Jiena qatt ma ridt inkun f 'dan id-dawl. Ridt u għadni rrid inkompli naħdem bħalma għamlu n-nisa tal-Prim Ministri ta' qabel. Użajt l-isfond tiegħi biex inkompli b'xogħli fil-filantropija, ma' dawk kollha li tant jaħdmu ma' min għandu bżonn, ma' min qed ibati b' kundizzjonijiet jew mard serju, ma' min għandu wliedu morda jew bi sfidi speċjali. Imma dawn in-nies negattivi f 'kollox. Jgħajruni għax nilbes pulit bħallikieku meta niltaqgħu ma' dinjitarji mhux pulita trid tkun, bħallikieku jekk nilbes ilbies ta' disinjaturi Maltin ma nkunx qed nuri wkoll il-kapaċitajiet tagħhom. U nfakkar, jiena dejjem ħallast għall-ilbies tiegħi, qatt ma ħadt xejn b'xejn. Minkejja dan kollu, issa hemm id- dubju fuqek... Hekk hu u jien mhu se nieqaf qatt qabel ma nnaddaf ismi u isem żewġi minn attakki li qed isiru għax aħna nies li bqajna saqajna mal-art, qatt ma nqtajna minn man-nies. Ħasbu li se jsibuna dgħajfin, ħasbu li għax jattakkaw lil martu se jkissru lil Joseph Muscat ... imma r-relazzjoni tagħna mibnija fuq sisien sodi u qed jindunaw li mhux se jaqtgħulna qalbna. Qed tgħid li se tagħmel minn kollox biex tnaddaf ismek. Imma hemm l-inkjesta Maġisterjali. Jekk fabbrikazzjoni din l-inkjesta se tikxifha, mhux hekk? Jiena għandi fiduċja fl-inkjesta u l-Maġistrat għandu jieħu l-ħin tiegħu, nibdew minn hemm. Jien u żewġi nafu x'aħna u anke jekk waħedna, se nibqgħu nsostnu li dik li saret lilna hija gidba u kalunja. Jiena lanqas qatt ma kont għadni dħalt f 'awla f 'ħajti, ħlief din id- darba biex niddefendi ismi. Tibda tħossok qisek qiegħda tgħix f 'xi film... Int għandek impatt fuq id- deċiżjonijiet tal-PM. Ma taħsibx li kien ikun jagħmel aktar sens kieku Muscat stenna biex tkun konkluża l-inkjesta qabel sejjaħ elezzjoni? Din hija kollha gibda faħxija u kalunja u aħna m'għandniex minn xiex niddejqu nidhru quddiem il-poplu. Jien kont qed nittama li l-eżitu tal-inkjesta joħroġ qabel, imma ma nafx hux se jiġri hekk. Għalhekk il-poplu se jivvota fuq min id-dejn bidlu f 'surplus, fuq min qed jagħmel differenza fil-ħajja tan-nies, fuq min dak li wiegħed wettqu ... Vera, imma fi ftit jiem il-PL jista' jitlef elezzjoni minħabba din l-istorja Ma jimpurtax, jien u żewġi m'aħniex iddisprati biex nibqgħu mkaħħlin mas-siġġu bħalma huma ddisprati dawk li qed imexxu partit fallut. Aħna bnejna partit u issa qed nibnu pajjiż mill- ġdid. Nistennew l-eżitu tal-inkjesta, imma nibqa' ngħid li din kienet kollha gidba faħxija u jeħtieġ li nnaddfu dan il-pajjiż minn dawk in-nies li għamlu hijack tal-pajjiż. Nies li suppost jagħmlu xogħolhom qed jibżgħu li jispiċċaw fil-mira ta' dawn in-nies, li xi ħadd jivvinta fuqhom, jgħid kontrihom jew saħansitra jidħol fil-ħajja personali tagħhom, hekk spiċċajna f 'dan il-pajjiż. U minkejja dan kollu Malta baqgħet miexja 'l quddiem, l-investiment baqa' jiżdied, baqa' jiżdied ix-xogħol, u n-nies qed Serenità hija dik li tħoss meta anke d-dawl ta' attakk bħal dan, tpoġġi rasek fuq l-imħadda għax taf li dak li ntqal mhux minnu Nies li suppost jagħmlu xogħolhom qed jibżgħu li jispiċċaw l-mira ta' dawn in-nies, li xi ħadd jivvinta fuqhom, jgħid kontrihom jew saħansitra jidħol l-ħajja personali tagħhom, hekk spiċċajna f 'dan il- pajjiż " " " " Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Spiċċat f 'nofs urugan politiku b'allegazzjoni gravissima mdendla fuq rasha ... sitt ijiem qabel l-elezzjoni Michelle Muscat titkellem mal-ILLUM

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017