Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 39

illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Opinjoni 20 N har is-Sibt li ġej il-poplu għandu għażla ċara quddiemu: jekk iridx li pajjiżna jkompli joħloq il-ġid li minnu jgawdi kulħadd, jew inkella jrid li jieqaf ħesrem dan il-ġid kollu li nħoloq bir-riskju li nitilfu kulma ksibna. Nhar is-Sibt li ġej jekk il-poplu jagħżel lil Joseph Muscat se jkun qed jagħtih mandat ieħor b'saħħtu bi tmexxija soda biex ikompli jwettaq il-ġid sabiex iqassmu b'ġustizzja. Se jkun qed jikkonferma l-ħafna tajjeb li wettaq fi żmien daqstant qasir u jagħtih il-fiduċja għal ħames snin oħra biex inkomplu ntejbu lil pajjiżna għal livelli li qatt ma rajna bħalhom qabel. Fit-tieni mandat tiegħu Joseph Muscat se jkollu iktar enerġija minn qatt qabel bid-differenza li se jkollu l-esperjenza ta' 4 snin ta' tmexxija ta' pajjiż. Ingredjenti li jiggarantixxu ħidma bla preċedent għall-aqwa żmien ta' pajjiżna. Mill-banda jekk il-poplu jagħżel lil Simon Busuttil ikun qed jieħu riskju kbir. Qabża fid-dlam. Se jkun qed jirriskja li jitlef dan kollu li nkiseb. Dan għal tliet raġunijiet: l-ewwel nett Simon Busuttil wera li m'għandux il-kwalitajiet ta' Mexxej ta' partit, aħseb u ara ta' Mexxej ta' pajjiż. It-tieni nett Simon Busuttil se jkun qed imexxi koalizzjoni instabbli b'karattri li ma tistax torbot fuqhom bħal Marlene Farrugia u Salvu Mallia. It-tielet nett lil Simon Busuttil doqnieh diġà u bħala sieħeb politiku ta' Lawrence Gonzi kien mexxa Gvern li għolla t-taxxi, għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u ġġammja l-ekonomija. Miraklu ekonomiku Niddubita jekk qattx fl-Ewropa kontemporanja kienx hawn Prim Ministru bħal Joseph Muscat li rnexxilu jdawwar is-sitwazzjoni ekonomika bil-mod kif għamel hu. Minn sitwazzjoni ta' ekonomija stagnata, qagħad dejjem tiela' u piżijiet fuq il-familji, ġejna f 'sitwazzjoni ta' surplus, ekonomija ħajja u xogħol bl- għama. Dan kollu mingħajr ma żied it-taxxi u b'mod li attira r-rispett u l-appoġġ tal- Kummissjoni Ewropea. L-istorja ta' Malta taħt Joseph Muscat hija storja ta' suċċess ekonomiku bla preċedent. Dan is-suċċess ekonomiku niltaqa' miegħu meta nżur id-djar tal-familji Maltin u Għawdxin. Il-pensjonanti jgħiduli biex nirringrazzja lil Joseph Muscat f 'isimhom għax għollielhom il-pensjoni. Il-ħaddiema jgħiduli li taħt dan il-Gvern raw titjib fil- kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Iż-żgħażagħ ifaħħru l-fatt li żdiedu l-istipendji. In-nisa tad-dar jgħidulek li bis- saħħa ta' kontijiet orħos ħadu r-ruħ. Fi ftit kliem, Joseph Muscat għamel differenza ekonomika li minnha gawdew il-familji Maltin u Għawdxin kollha. Gvern li jaħdem Għadni ma ltqajtx ma' familja waħda li hi waħda li qaltli li l-Gvern ma ħadimx jew li ma għamilx il-ġid. Nies simpatizzanti mal-Partit Nazzjonalista stess jammettu li l-ekonomija f 'dawn l-aħħar erba' snin kienet xi ħaġa ta' meravilja u li qatt ma raw bħalha. Nies Laburisti li forsi jħossuhom imweġġgħin għaliex kellhom grievance personali li ma ġietx indirizzata kif xtaqu huma wkoll jagħmluhielek ċara li daqs kemm inħoloq ġid taħt dan il-Gvern ta' Joseph Muscat qatt ma nħoloq fi żmien daqshekk qasir. Lil dawn ngħidilhom: inti lest tirriskja li dan il-ġid kollu jintilef b'deċiżjoni waħda ħażina nhar is-Sibt li ġej? Ejja nagħtu s-sapport lil Joseph Muscat sabiex ngħixu l-aqwa żmien għal pajjiżna. L-esperjenza Diffiċli tispjega kemm hi important l-esperjenza. Il-Prim Ministru Joseph Muscat stess irrikonoxxa li hemm aspetti tal-ħidma tal-Gvern li setgħu saru aħjar. Sar ħafna tajjeb u t-tajjeb li sar jiżboq bil-bosta d-deċiżjonijiet li forsi setgħu ttieħdu b'mod aħjar u l-Prim Ministru diġà ħabbar proposti għal mekkaniżmi ġodda fil-kamp tal-governanza għal governanza aħjar. Jien ukoll nemmen li għamilt ħafna affarijiet tajbin, però hemm affarijiet oħra li bl- esperjenza li għandi llum kont nagħmilhom aħjar speċjalment fejn jidħlu kwistjonijiet li jolqtu grievances personali ta' kostitwenti u familji fid- distretti elettorali li nikkontesta dwarhom għall-Parlament. Beħsiebni nissokta nwettaq il-ġid li minnu jgawdi kulħadd f 'leġiżlatura li jmiss waqt li ntejjeb dejjem iktar il-ħidma tiegħi qrib il-familji li fl-aħħar tal-ġurnata jkunu tawna l-fiduċja tagħhom. Distretti elettorali Jiena fl-elezzjoni li ġejja se nikkontesta fuq it-tielet distrett elettorali (Ħal Għaxaq, Marsaskala, Marsaxlokk u ż-Żejtun) u l-ħames distrett elettorali (Birżebbuġa, Ħal Farruġ, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq). Grazzi minn qalbi tal-merħba sabiħa li ngħatajt f 'dawn iż-żewġ distretti tant sbieħ u mimlija familji b'qalbhom tajba. Beħsiebni nkun qrib il-familji ta' dawn iż-żewġ distretti wara t-3 ta' Ġunju li ġej. Għalhekk, bl-istess mod li fil-qalba tat- tielet distrett ftaħt Uffiċċju Distrettwali fi Triq il-Madonna tal-Ħniena, iż-Żejtun, hekk ukoll ftaħt Uffiċċju Distrettwali ġdid fil-qalba tal-ħames distrett elettorali fi Triq il-Karmnu, iż- Żurrieq. B'hekk inkunu nistgħu nkunu iktar qrib l-eletturi tagħna matul il-perjodu kollu tal-leġiżlatura. Grazzi Dan huwa l-aħħar artiklu qabel l-appuntament elettorali tas-Sibt li ġej. F'ismi u f 'isem Janice nirringrazzja minn qalbi lill-istaff, familji u ħbieb li tant tawni appoġġ matul il-kampanja elettorali u x-xhur u s-snin ta' qabel. Grazzi mill-qalb. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u Kandidat fuq it-3 u l-5 distrett OWEN BONNICI "Jekk il-poplu jagħżel lil Simon Busuttil ikun qed jieħu riskju kbir. Qabża fid-dlam. Se jkun qed jirriskja li jitlef dak kollu li nkiseb" "Nies simpatizzanti mal-Partit Nazzjonalista stess jammettu li l-ekonomija f 'dawn l-aħħar erba' snin kienet xi ħaġa ta' meravilja u li qatt ma raw bħalha" Nhar is-Sibt li ġej agħti mandat ieħor favur il-ħolqien tal-ġid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017