Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Opinjoni 21 I llum l-ambjent sar parti essenzjali mil-lingwaġġ politiku li jużaw il-partiti politiċi ta' kuljum. Imma jekk dan hux każ ta' konvinzjoni jew konvenjenza, hu storja oħra. L-ippjanar bl-addoċċ tal-użu tal-art tul is-snin flimkien mal-kaċċa irresponsabbli u insostenibbli kienu fuq quddiem fl-aġenda ambjentali għal ftit taż-żmien mhux ħażin. Ġa ktibt b'mod estensiv dwar dan. Il-ħarsien tal- ambjent iżda, ifisser ħafna iktar minn hekk, avolja fiċ-ċirkustanzi partikolari ta' pajjiżna kemm l-ippjanar għall-użu tal-art kif ukoll il-kaċċa ser jibqgħu fuq nett fl-aġenda ambjentali. Żewġ oqsma li bla dubju ser ikunu fuq quddiem nett fl-aġenda ambjentali tal-pajjiż fix-xhur u s-snin li ġejjin huma l-kwalità tal-arja u l-iskart li niġġeneraw. Materji li ilna nitkellmu dwarhom is-snin bħala oqsma kruċjali li għandhom impatt fuq il- kwalità tal-ħajja. Il-kwalità tal-arja f 'pajjiżna hi effettwata prinċipalment mill-emmissjonijiet tal- karozzi. Teħtieġ li tkun indirizzata permezz ta' strateġija nazzjonali dwar it-trasport li tinkoraġixxi forom alternattivi ta' aċċess sostenibbli bejn l-ibliet u l-irħula tagħna. Il-metro li qed tiġi proposta ta' min jikkunsidraha minkejja li s'issa għad ma hemmx dettalji biżżejjed dwar il-proposta nnifisha. Din il- proposta tal-metro, għandu jkun sottolineat, tista' tagħmel sens biss jekk tkun marbuta ma' azzjoni simultanja li l-ewwel tnaqqas il-karozzi mit-toroq b'mod sostanzjali u li sussegwentement tassigura li fit-toroq tagħna jkun hemm biss karozzi li jaħdmu bl- elettriku. Ma jagħmilx sens li tipproponi l-introduzzjoni ta' metro u fl-istess ħin tibqa' għaddej bi programm ta' ta' bini ta' flyovers jew twessigħ ta' toroq għax programm ta' din ix-xorta filwaqt li jnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku b'mod temporanju jżid il- kapaċità tal-istess toroq li jieħdu iktar traffiku u dan minnu nnifsu jwassal għal iktar konġestjoni tat-traffiku. L-użu ikbar tar-rota tradizzjonali kif ukoll tal- pedelecs ukoll jagħti kontribut sostanzjali għal iktar mobilità u anke għal kwalità ta' ħajja aħjar. Imma dan jeħtieġ investiment sostanzjali fl- infrastruttura. Dan jinkludi mhux biss toroq aħjar għal dawk li jużaw ir-rota imma wkoll faċilitajiet ta' showers fil-post tax-xogħol flimkien ma' postijiet addattati fejn titqiegħed ir-rota fiż-żoni riservati għall-parkeġġ. Il-mezzi differenti ta' trasport pubbliku għandhom ikunu mħeġġa biex jagħmlu użu minn sorsi nodfa ta' enerġija. Dan jista' jsir billi, pereżempju l-karozzi tal-linja eżistenti jkunu konvertiti biex jaħdmu bil-metan (forms of public transport using clean energy should also be encouraged. This would signify, for example, converting exisiting public buses to using methane as their primary fuel). L-iskart li niġġeneraw huwa wġiġħ ta' ras ambjentali kbira li fl-aħħar qed jingħata iktar attenzjoni. Preżentament qed ikun indirizzat l-iskart organiku ġġenerat mill- qasam domestiku. Jekk dan l-iskop jintlaħaq dan jista' jagħti riżultati tajbin għax l-iskart organiku jammonta għal madwar nofs l-iskart li niġġeneraw mid-djar tagħna. Imma hemm ħtieġa urġenti wkoll li l-awtoritajiet tat-turiżmu jiffukaw ftit attenzjoni fuq l-iskart organiku li jiġġeneraw ir-restoranti u faċilitajiet simili għax dan il-qasam kien traskurat għal ftit taż-żmien mhux ħażin. Il-qasam tal-iskart jista' jiġġenera ħafna impjiegi ambjentali (green jobs) f 'industrija tar-riċiklaġġ li għad tista' tikber għax għandha potenzjal kbir. Din hi problema li kibret magħna tul is-snin minħabba traskuraġni: nistgħu bi ftit attenzjoni nittrasformawha f 'opportunità li mhux biss tissarraf fi kwalità tal-ħajja aħjar imma wkoll f 'ġid ekonomiku. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com , http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... Lil hinn mill-ġebla u l-kaċċa "Il-metro li qed tiġi proposta ta' min jikkunsidraha minkejja li s'issa għad m'hemmx dettalji biżżejjed dwar il- proposta nnifisha" "Ma jagħmilx sens li tipproponi metro u f l-istess ħin tibqa' għaddej bil-bini ta' f lyovers jew twessiegħ ta' toroq" CARMEL CACOPARDO