Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 39

8 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Aċċess aħjar għal Għawdex Dwar il-konnettività bejn Malta u Għawdex, iż-żewġ partiti qablu li għandu jkun hemm mina, bix-xogħol jibda immedjatament. Fil-manifest, il-PL qal kif l-istudji ġeoloġiċi se jkunu qed jitkomplew, filwaqt li qal li l-pass li jmiss huwa li jinħareġ expression of interest. Is-servizz tal-fast ferry hu wkoll imwiegħed fiż-żewġ programmi elettorali, bil-PN jgħid li din tkun lesta wara l-ewwel sena ta' Gvern Nazzjonalista. Il-PL qal li diġà ħarġet sejħa pubblika għal dan, u spjega kif vjaġġ bejn Għawdex u l-Belt, għandu jieħu inqas minn 45 minuta. Taxxa inqas għall-part-time Iż-żewġ manifesti inkludew proposta li kull min jaħdem xogħol part-time, se jkun qed jara t-taxxa tiegħu tonqos minn 15% għal 10%, anke jekk il- ħaddiem ikun self-employed. Titkompla l-iskema tal-ewwel proprjetà Il-manifest Laburista jwiegħed li jżomm l-iskemi diġà eżistenti għal min irid isir sid ta' daru għall-ewwel darba. Il-PN min-naħa tiegħu, minbarra li jżomm tali skema, ikun qed iżid ukoll mal-persuni eleġibbli, dawk li fuq isimhom ikollhom diġà xi proprjetà li iżda mhix residenzjali, bħal xi garaxx jew qabar. Sptar għas-saħħa mentali qrib Mater Dei Iż-żewġ manifesti wrew l-impenn tagħhom biex ineħħu l-istigma minn fuq il-kura tas-saħħa mentali, billi jinbena sptar speċjalizzat fil-kura psikjatrika qrib Mater Dei, biex ma jibqax jintuża l-Isptar Monte Carmeli għal dan il- għan. Trasport tal-iskola b'xejn għall-istudenti kollha Iż-żewġ partiti rrikonoxxew il-problema tat-traffiku fit-toroq, partikolarment fil-ħinijiet ta' filgħodu, u għal dan il-għan, it-tnejn li huma qed iwiegħdu li jibdew joffru trasport lejn l-iskola mingħajr ħlas lill-istudenti kollha, irrelevanti jekk humiex ġejjin minn skola tal-Gvern, tal-Knisja, jew Indipendenti. Din il-proposta kienet saret mill-PN xhur ilu fid-dokument dwar it-traffiku. Il-manifest Laburista qed jipproponi li minbarra dan is- servizz, ikun hemm superviżjoni tul il-vjaġġ. Estensjonijiet fis-servizz taċ-childcare Iż-żewġ partiti qalu li l-iskema taċ-childcare b'xejn kienet waħda ta' suċċess f 'dawn l-aħħar erba' snin. Għaldaqstant, it-tnejn li huma ħarġu bi proposti biex jibnu fuq is-servizz diġà eżistenti. Il-Partit Nazzjonalista fil-programm elettorali qed iwiegħed li s-servizz b'xejn jiġi estiż anke għal dawk it-tfal li l-ġenituri tagħhom ma joħorġux jaħdmu. Il-manifest Laburista jipproponi li jinfetħu ċentri għall-ħiniijet ta' filgħaxija meta l-ġenituri jkunu jaħdmu fuq bażi ta' xifts, filwaqt li jiżdied in-numru ta' ċentri biex ikunu iktar faċilment milħuqa. Trasport pubbliku b'xejn Kull manifest fih għadd ta' inċentivi dwar it-trasport pubbliku, sabiex ikun hemm iktar nies li jagħmlu użu minnu. Fil-fatt, iż-żewġ programmi elettorali qed iwiegħdu trasport pubbliku b'xejn lill-istudenti u l-anzjani. Minbarra dan, il-PL qed iwiegħed ukoll li minbarra l-istudenti u l-pensjonanti, jibbenefikaw ukoll it-tfal u l-persuni b'diżabbiltà. Ugwaljanza fiż-żwieġ Wara d-dħul tal-Unjoni Ċivili lura fl-2014, iż-żewġ partiti qed jipproponu bidla fl-isem, biex finalment ikun hemm ugwaljanza wkoll fiż-żwieġ, bil-possibbiltà ta' żwieġ ukoll għall-persuni tal-istess sess. ISSA li l-kampanja elettorali fadlilha biss ftit jiem sabiex tintemm, u ż-żewġ partiti ppreżentaw il-manifesti tagħhom lill- elettorat, fadal biss li wieħed janalizzahom, jixtarrhom u jara x'qegħdin joffru. Bejniethom, iż-żewġ partiti l-kbar qegħdin jippreżentaw iktar minn 1,000 proposta, preċiżament 1,245 fuq numru ta' oqsma differenti, fost l-oħrajn is-soltu oqsma bħall-ekonomija, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u t-trasport. Għall-ewwel darba, il-Partit Nazzjonalista ħareġ b'żewġ programmi elettorali mmirati speċifikament għal taqsimiet partikolari tas-soċjetà, b'100 proposta kull wieħed, u dan lil hinn mill-521 proposta tal- programm elettorali ewlieni. Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista nieda l-manifest elettorali tiegħu l-ġimgħa li għaddiet, bi 18-il taqsima differenti, b'total ta' 724 proposta. Uħud minn dawn il-mijiet ta' proposti, sabu posthom bi prominenza saħansitra fuq it- toroq fil-billboards, fuq it-TV, jew fuljetti d-dar, b'oħrajn mill- banda l-oħra, baqgħu moħbija f 'xi kantuniera tal-manifesti rispettivi. Numru mill-proposti, wieħed seta' jinnota li kienu simili jekk mhux identiċi għal dawk tal-partit l-ieħor, bl-akkużi li l-proposti ġew ikkuppjati jew ġew ispirati minn xi proposti jew dokumenti oħrajn. Għaldaqstant, l-elettorat prattikament għandu ċ-ċertezza li fejn jidħlu numru ta' proposti, jitla' min jitla' fil-Gvern, dawn il-proposti għandhom jitwettqu. Fil-fatt, l-ILLUM tat ħarsa lejn numru ta' proposti f 'diversi oqsma li huma identiċi jew simili fil- manifesti taż-żewġ partiti. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Jitla' min jitla', teħodhom 1,245 proposta bejn iż-żewġ manifesti, imma x'inhuma l-proposti komuni bejniethom?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017