Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 39

Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Sports 33 Christian 'iċ-Ċoqqos' Schembri jkompli jimpressjona l-Boxing FILLEJLA tal-20 ta' Mejju Christian 'iċ-Ċoqqos' Schembri reġa' rritorna fl- azzjoni hawn Malta f ' gala ta' boxing organizzata minn Prize Boxing Promotions – 'Night of Champions', fejn huwa ssielet kontra l-boxer Taljan Luigi Leonardi għat-Titlu Internazzjonali tal-Federazzjoni WBU America. Din it-taqtiegħa kienet importanti ħafna għal Schembri, fejn kienet l-ewwel waħda wara t-telfa kontroversjali ħafna li kellu f 'Marzu kontra Mattia Scaccia. B'hekk huwa kien determinat li jirritorna għar- rebħ, u ma kienx se jħalli ċ-ċans li jirbaħ l-ewwel titlu internazzjonali professjonali tiegħu jaħrablu għat- tieni darba. Huwa ppjana l-preparamenti tiegħu fid- dettall, fejn kien joħroġ jiġri jew jagħmel taħriġ fiżiku fil-ħamsa ta' filgħodu ġewwa l-gym Fort Fitness f 'Tigne, Sliema u filgħaxija jittrenja boxing ġewwa Fight Factory il-Marsa. It-taħriġ fiżiku tiegħu kien immexxi minn Clayton Gatt, u bħala boxing bħas-soltu kien immexxi minn 'Super' Steve Martin. Huwa rnexxielu wkoll isib ħin biex jitla' jqatta' ġimgħa jagħmel taħriġ u sparring ġewwa Londra, fil-West Ham Boys' Boxing Club taħt il-gwida ta' Barry Smith, fejn għamel sparring tal-aqwa kwalità ma' boxer li dalwaqt jissielet għat-titlu Ingliż, Philip 'Quicksilver' Bowes. It-taqtiegħa kontra Luigi Leonardi kienet waħda mill-isbaħ fejn iż-żewġ atleti għamlu għaxar rawnds jissieltu iżda ċ-Ċoqqos deher li kien fil-kontroll. Fl-ewwel rawnd huwa ħareġ kalm fejn tefa' ftit daqqiet, jistudja l-avversarju biex jara xi pjan kellu. Fit-tieni rawnd qabad jgħolli r-ritmu tiegħu u jitfa' l-pressjoni tipika tiegħu. Fit-tielet rawnd ħareġ u beda jippressa b' ritmu għoli u ma baxxiehx sa tmiem il-ġlieda. Leonardi beda jipprova jiġġieled lura iżda l-maġġoranza tad- daqqiet tiegħu, għalkemm b'saħħithom, kienu qed jiġu milqugħin jew skivati miċ- Ċoqqos. Min-naħa l-oħra, iċ-Ċoqqos beda jirrispondi kull daqqa li jitfa' Leonardi b'waħda minn tiegħu, u d-daqqiet tiegħu kienu iktar preċiżi u bdew iħallu effett fuq Leonardi, fejn il-prestazzjoni tiegħu bdiet tnaqqas iktar ma jmur il-ħin tal-ġlieda. Fi tmiem il-ġlieda, ir- riżultat kien ċar f 'għajnejn l-ispettaturi kollha li ċ-Ċoqqos kien rebaħ, u dan kien konfermat meta it-tliet ġudikaturi kollha qablu ma' xulxin u taw id-deċiżjoni unanima lilu bil-maġġoranza tal-punti favurih. Meta tkellimna maċ- Ċoqqos, huwa qalilna li kien sodisfatt bil-prestazzjoni tiegħu u wara ftit jiem ta' mistrieħ, se jerġa' jirritorna bit-taħriġ tiegħu biex ikompli jibni fuq dan ir-riżultat pożittiv, li tella' r-rekord tiegħu għal tmien rebħiet u tliet telfiet minn 11-il taqtiegħa professjonali. Huwa xtaq jirringrazja ħafna lill-kowċis tiegħu Steve Martin, Garth Galea u Clayton Gatt tat-taħriġ li jtuh, lill-familja tiegħu tas- sapport kontinwu fil-ħajja ta' kuljum u lill- partitarji tiegħu li kull taqtiegħa joħorġu jissapportjawh bi ħġarhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu tal- għajnuna finanznjarja li jtuh biex ikompli l-karriera tiegħu, li huma Fort Fitness, Eat Me I'm Famous, Remax Alliance, Eurosport, Browns Valletta Waterfront, CMQ Scaffolding, Worldplastering Ltd. U Dave's Boxing Foundation, li hija fondazzjoni li qed tgħin finanzjarjament lill-boxers promettenti Maltin biex twassalhom fejn joħolmu. ChristianSchembri-azzjoni Ritratt:www.maltasportsphotography.com L-MWA torganizza b'suċċess il-Kampjonati Open tal-Weightlifting LGĦAQDA Maltija tal- Weightlifting (MWA) organizzat b`suċċess il-kompetizzjoni miftuħa għal kull kategorija għal nisa u irġiel ta' età diversa. L-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata għal kategorija ta' dawk anqas minn 13-il sena ġiet mirbuħa minn Rylee Borg b'134 punt segwit minn Kyle Camilleri b'133 punt u Nikolai Muscat b'84 punt. Aktar atleti li pparteċipaw f 'din il-kategorija jitħarrġu fil-programm ta' Skola Sport organizzat min SportMalta. Fil-kategoriji għal żgħażagħ nisa Shelby Vassallo spiċċat fl-ewwel pożizzjoni għal atleti ta' anqas minn 15-il sena b`refgħa totali ta' 113kilo (137 punt). Shazel Gusman irnexxielha tikseb l-ewwel post fil-kategorija għal dawk anqas minn 17-il sena b`refgħa ta' 128 kilo (155punt). Hija rnexxielha wkoll tikseb l-ewwel pożizzjoni fil-kategorija ta' anqas minn 20 sena kontra Rebecca Fitz li kisbet 151 punti. Gusman irnexxielha wkoll tikser żewġ rekords nazzjonali. Fil-kategoriji għal żgħażagħ subien l-ewwel post intrebaħ minn Kieran Mifsud li rnexxielu jerfa' l-itqal piż tal-ġurnata. Huwa refa' t-total ta' 283kilo (310 punti). Fir-refgħa snatch huwa għalaq il-kompetizzjoni tal-125 kilo fejn ipprova attentat ta' refgħa ta' 130 kilo li kienet suċċess ukoll però ma setgħetx tgħodd għall-klassifika finali minħabba li saret fuq ir-raba' attentat. Fil-Clean & Jerk refa' 158 kilo però kellu jirtira mill- kompetizzjoni minħabba li ma kienx qed iħossu tajjeb. Huwa rnexxielu jikser xejn anqas minn erba' rekords nazzjonali. Huwa kien segwit minn Andy Grech li kellu kompetizzjoni mill-aqwa. Huwa refa' t-total ta' 210kilo (265punt). B'dan ir-riżultat Grech irnexxielu jitla' fil-livell nazzjonali tar-rankings. Għadd ta' aktar żgħażagħ ukoll kisbu riżultati sodisfaċenti fejn ukoll għal ħafna minn dawn kienet l-ewwel esperjenza ta' kompetizzjoni. Fil-kategorija għal nisa kbar l-ewwel post intrebaħ minn Yazmin Zammit Stevens fejn refgħet it-total ta' 171 kilo (215-il punt). Hija rebħet il-kompetizzjoni b'faċilità kbira. Għadd ta' nisa oħra li pparteċipaw kellhom riżultati sodisfaċenti u nkoraġġanti però fl-istess ħin kienu ferm 'il bogħod biex joffru oppożizzjoni denja lil Zammit Stevens. Fil-kategorija għall-kbar l-ewwel post intrebaħ minn Kyle Micallef b'refgħa totali ta' 275kilo (320 punt). Fit-tieni post għall-kbar reġa' temm Kieran Mifsud segwit minn Vlad Baldacchino b'237 kilo u 272 punt. Ir-raba' post intrebaħ minn Rodmar Pulis b'222 kilo (269 punt). Fil- ħames post spiċċa atleta li rnexxielu wkoll jikser rekord nazzjonali fil-kategorija tad-69kilo - Andrea Buhagiar. Huwa rnexxielu jerfa' t-total ta' 201 kilo (268 punt). Numbru ferm kbir ieħor ta' rġiel ipparteċipaw u lkoll taw sfida tajba lill-avversarji tagħhom. L-atleti rġiel li ħadu sehem l-Kampjonati Open tal-Weightlifting

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017