Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 39

Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Opinjoni 25 S tqa rrija dommatika li spiss issir hi li dejjem u akkost ta' kollox wieħed għandu dmir jivvota. In-nuqqas ta' vot jiġi spiss meqjus bħala għażla ta' xi ħadd li la jrid ifuħ u lanqas jinten; ħasil tal-idejn quddiem id-dmir li wieħed jieħu deċiżjoni dwar il-futur. Meta xi ħadd jilmenta li l-partiti ewlenin it-tnejn għandhom salt affarijiet negattivi r-risposta li tingħata hi li wieħed għandu jagħżel l-anqas ħażin; il-lesser evil. (Spiss ukoll, min jgћati din ir-risposta jassumi b'mod ċar u ovvju li l-lesser evil hu l-partit li miegћu jissimpatizza hu.) Ovvjament, hemm każi fejn dan jgћodd. Mandankollu, din ir- raġuni ma tgћoddx dejjem u kullimkien. Barra minn hekk, din tal-lesser evil qed iddaћћal kultura u mentalità fost l-elettorat u anke fost il-politiċi li hi ћażina gћad- demokrazija u s-soċjetà. Relattività Hemm każi fejn hu loġiku li bejn żewġ ћżiena wieћed jagћżel l-anqas ћażin; fejn il-ћażin li wieћed jevita jkun wisq agћar minn dak li jitqanna bih jekk jagћżel il-ћażin iż-żgћir. Hemm sitwazzjonijiet oћra fejn madankollu, anke jekk gћażla hi anqas ћażina minn oћra, liema gћażla wieћed jagћmel mhix fil-verità ser tagћmel differenza. Ejja nieћdu żewġ eżempji mill-ћajja ta' kulljum. Jekk wieћed gћandu gћażla bejn operazzjoni fejn jitlef subgћajh, imma jsalva ћajtu, inkella ma jagћmilx din l-operazzjoni, ma jitlifx subgħajh imma jimrad serjament u jbati u jmut, jagћmel sens li wieћed jagћmel l-ewwel gћażla. Li titlef subgћajk hi wisq anqas ћażina mill-konsegwenzi li wieћed jevita. Il-loġika tal-lesser evil hawn tagћmel sens. Ejja nieћdu issa l-każ ta' wieћed li ġie sfurzat jixrob bejn żewġ veleni; wieћed li joqtlok wara tmien sekondi u ieћor wara gћaxra. It-tieni velenu hu l-anqas ћażin. Biss liema minnhom jagћżel li jixrob fl-aћћar mill- aћћar mhux ser tagћmel differenza. Fiż-żewġ qagћdiet wieћed ser imut malajr, u mhux ser ikollu ċans ifittex u jieћu duwa. Il-loġika tal-lesser evil hawn ma tagћmilx sens. Bћalma l-loġika tal-anqas ћażin allura, ma tagћmilx sens dejjem fil-ћajja ta' kuljum; hemm każi fejn wieћed jista' ma jagћżel xejn bejn ћażin u ieћor; hekk ukoll din l-gћażla mhux dejjem tagћmel sens fil-politika. Jekk ngћidu aћna wieћed gћandu ċertu valuri u viżjoni dwar is- soċjetà li l-ebda partit li qed jikkontesta elezzjoni m'gћandu, tista' tagћmel sens li wieћed ma jivvutax, minkejja li partit hu farka anqas korrot minn ieћor jew partit minnhom kapaċi jћaddem aћjar mill-ieћor politika li mal-valuri tagћha dan il-votant ma jaqbilx. F'każi bћal dawn li wieћed ma jivvutax tista' tkun gћażla loġika, raġunata u kuraġġuża. (Hi gћażla kuraġġuża gћax hawn Malta tant hawn libertà li l-pariti l-kbar iżommu listi fejn jittimbraw lil kull wieћed minna bћala magћhom jew le, u dakinhar tal- votazzjoni juruna li qed iqisulna passejna gћax jekk wieћed idum ma jivvota joqogћdu jċemplulu biex jaraw 'gћandux bżonn xi gћajnuna' biex jagћmel hekk. U s-suppost ћassieba liberali, ћielsa u qalbhom perżuta gћad-demokrazija u l-libertajiet li hawn f 'pajjiżna, ftit donnha taћraqhom qalbhom dwar dan il-mod faxxist li bih il- partiti jikkontrollaw in-nies. Faqar tal-ћsieb Minbarra d-difetti loġiċi, din tal-anqas ћażin hi mentalità li qed twassal gћall-faqar fil-ћsieb u gћażż tal-moћћ f 'dak li gћandu x'jaqsam mal-politika u l-ћsieb politiku. Il-politika suppost hi, fost affarijiet oћra, eżerċizzju fejn nies jiddiskutu, jistaqsu, joћolmu dwar u gћal soċjetà aћjar u aqwa, dejjem skont l-ideoloġija u l-valuri ta' dak li jkun. U dan gћandu jseћћ kemm bejn partit u ieћor, u kemm ġol-istess partit minn ġewwa. Bejn il-partiti tistenna li jkun hemm kompetizzjoni ideoloġika (liema ideoloġija tagћmel l-aktar sens) u kemm dwar t-tmexxija (min imexxi l-aћjar, mhux min imexxi l-anqas ћażin). Ġol-istess partit tistenna dibatti u tilwim dwar x'timplika l-ideoloġija li partit iћaddan, kif l-aћjar li din titwettaq fil-prattika u minn min. L-akbar protagonisti f 'dan kollu tistenna li jkunu ż-żgћażagћ. Meta l-ewwel pedament tat-tћammim politiku jkun 'fil-politika gћandek tfittex l-anqas ћażin' iżda, nispiċċaw nikkunslaw u nitqannew b'li hemm. Hi mentalità li tinkoraġixxi medjokrità fejn min gћandu s-setgћa ma jridx juri kemm ser imexxi 'l quddiem l-aspriazzjonijiet leġittimi, il-ћolm u l-ideali; dak kollu li jrid jagћmel hu juri li l-'ieћor' hu agћar minnu. Id-dnub, it-tajn u l-medjokrità tal-'ieћor' tqaddes, tgћolli jew tnaddaf lili. U din il-mentalità medjokri ma tinsabx biss fi xtutna. Hi l-mentalità ewlenija fost dawk li jmexxu l-EU, fil-politka mainstream ir-Renju Unit (Corbyn nisperaw jibdel ftit l-affarijiet) u l-Amerika ta' Fuq. Li jkiddek l-aktar madankollu, hi li l-aktar li donnhom maћkuma b'din il-mentalità medjokri huma (b'xi eċċezzjonijiet) iż-żgћażagћ; dawk li suppost mimlijin enerġija u li joћolmu u jridu jaqilbu kollox ta' taћt fuq. L-enerġija gћall-bidla ta' dawn donnha hi limitata biss imma gћal dawk transgender. Mhux gћax din hi ћaġa ћażina. Imma li fl-aqwa ta' ћajtek tieqaf f 'dawn hi tal-biki. Jekk wieћed imbagћad iћares lejn gћaqdiet bћal Pulse, SDM u, l-agћar li hemm, il-KSU, is-sittwazzjoni tiġi tad- disperazzjoni. Ħabibi Carmelo Aquilina jgћid li 'Dan pajjiż tax-xjuћ, u l-akbar xjuћ huma t-trabi.'. F'dik li hi politika, żgur gћandu raġun. "Mentalità li tinkoraġixxi medjokrità fejn min gandu s-setga ma jridx juri kemm ser imexxi 'l quddiem l-aspirazzjonijiet leġittimi, il-olm u l-ideali; dak kollu li jrid jagmel hu juri li l-'ieor' hu agar minnu" Il-farsa tal-lesser evil MICHAEL GRECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017