Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Sports 39 X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it-tim nazzjonali Taljan tal-lum il-ġurnata? Ifhem illum il-ġurnata b'xorti ħażina ma tantx għandna plejers Taljani illi qed ikollhom esperjenza internazzjonali minħabba diversi fatturi. Bejn in-numru ta' plejers barranin fl-Italja sploda mhux ħażin u għalhekk ftit qed isibu spazju mal- ewwel tim u bejn anke fl-Ewropa, bl-eċċezzjoni ta' Juventus ftit huma l-klabbs Taljan illi javvanzaw 'il quddiem fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Dan qed jagħmel il-ħajja tal-kowċ Ventura waħda diffiċli għax għandu wġigħ ta' ras lil min jaqbad jagħżel. It-tama ta' kull dilettant tal-futbol Taljan huwa fiż-żgħażagħ ta' talent illi telgħin mill-Under 21 u li forsi għad jistgħu jagħmlu isem dejjem jekk iżommu saqajhom mal-art. U x'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq it-tim attwali ta' Roma? Nemmen illi sar ċertu progress illi beda jidher taħt Rudi Garcia u kompla taħt Luciano Spalletti. Nafu illi Juventus huma fi klassi għalihom u mhux faċli li tikkompeti dejjem magħhom. Bħala tim nara lil Giallorossi bħala ferm aħjar miż-żewġ timijiet mill-belt ta' MilanoiġifieriInter u Milan. Fil-fatt qed ikun hemm ġlieda interessanti f 'dawn l-aħħar snin għat-tieni post fejn l-istess Roma u anke Napoli qed joffru sfida denja lil xulxin. Naħseb illi għad jonqos xi ħaġa sabiex Roma jkunu jistgħu jikkompetu ma' Juventus però fiduċjuż illi xi darba dan il-mument għad jasal. X'inhuwa r-rwol tiegħek illum il- ġurnata? Attwalment ninsab nokkupa l-kariga ta' president fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-plejers Taljani fejn nara illi l-plejers jiġu mħarsa u jingħatawlhom id-drittijiet illi jistħoqqilhom. Hija kariga illi tiġbor responsabbiltà kbira sabiex nara illi l-membri ta' din l-għaqda jkunu għal qalbhom fix-xogħol sportiv illi qegħdin jagħmlu. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom bħala assoċjazzjoni mal-president tal- FIGC (Federazzjoni Taljana tal- Futbol) Carlo Tavecchio? M'għandniex relazzjoni daqshekk ħażina ma' Tavecchio minkejja li forsi għandu karattru xi ftit partikolari. Nafu wkoll dwar ċerti ideat illi jħaddan u li mhux dejjem naqblu magħhom. Aħna bħala assoċjazzjoni l-ewwel interess tagħna huma l-plejers sabiex ikunu stmati mill- awtoritajiet sportivi konċernati. Aħna dejjem inressqu l-ideat tagħna u nippruvaw insibu t-triq tan-nofs sabiex ikun hemm qbil fuq ċerti suġġetti illi xi kultant ikunu ferm importanti illi jiġu indirizzati. Nitkellmu ftit dwar il-problema kbira tal-betting. Kif taħseb illi wieħed jista' jagħmel sabiex jeqred dan il-fenomenu illi qed joħnoq il- logħba tal-futbol? Dan il-fenomenu nfirex wisq u saret problema internazzjonali fejn diversi riżultati b'xorti ħażina qed jiġu kkundizzjonati mill-betting. Huwa diffiċli iżda mhux impossibbli illi ssib rimedju sabiex il-betting jinqered għal kollox mid- dinja sportiva. Jekk jittieħdu l-miżuri neċessarji, ikun hemm dixxiplina stretta fejn min jiżbalja jiġi kkastigat u dawk kollha involuti jikkoperaw, nemmen illi nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni. Ftit tal-ġranet ilu kont Malta minħabba laqgħa illi kellkom mal-MFPA (Malta FootballersPlayersAssociation). Xi żviluppi ġraw f 'dan ir-rigward? Peress li ġeografikament Malta u l-Italja huma viċin xulxin kellna dan iċ-ċans bħala assoċjazzjoni illi niġu hawnhekk u niddiskuti flimkien ma' Carlo Mamo u sħabu diversi proposti sabiex intejbu l-ħajja tal- plejers li jilagħbu l-futbol. Kienet laqgħa kordjali fejn tkellimna fit-tul dwar xi punti importanti u kulħadd kien tal- fehma illi kollha flimkien inħaddnu l-istess għan illi jwassal għal għaqda sħiħa u benefiċċji kbar li jgawdu minnhom l-atturi nfushom tal- logħba jiġifieri l-plejers. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista u li jixtiequ jipprattikaw il-futbol. Lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom illi l-ewwel u qabel kollox iżommu l-pożittività f 'dak li jagħmlu mingħajr pressjoni u akkaniżmu żejjed. B'xorti ħażina qed naraw ħafna tfal illi minħabba pressjoni żejda li ssir mill-kbar tilfu din il-pożittività u ftit qed jitħallew juru l-kreattività tagħhom kif jixtiequ. Għalhekk jekk wieħed iżomm it-tbissima u jkun pożittiv fil-ħajja jirnexxi f 'dak li jagħmel. tat-Tim Nazzjonali Taljan Twieled -10 ta' Ottubru 1996 u kburi jgħid li huwa Bormliż. Twieled l-belt ta' Verona -Italja s-17 ta' Mejju 1974. Qatta' l-aqwa snin tal-karriera tiegħu mal- klabb ta' AS Roma. Kien jilgħab l-pożizzjoni ta' plejer f 'nofs il-grawnd irtirat u beda l-karriera tiegħu ma' Verona l-Kampjonat tas-Serie B. Lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Taljan għal 25 darba fejn skorja żewġ gowls. Attwalment jinsab jokkupa l-kariga ta' president ħdan l-Assoċjazzjoni tal-plejers Taljani. DAMIANO TOMMASI "Naħseb illi għad jonqos xi ħaġa sabiex Roma jkunu jistgħu jikkompetu ma' Juventus però fiduċjuż illi xi darba dan il- mument għad jasal."