Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 39

Elezzjoni2017 15 Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum 2017 jgħixu ħajja aħjar. Filwaqt li forsi nifhem it-tonalità tiegħek, ma tħossx li l-mod kif qed titkellem mhix riflessjoni tal-għajta tal-PL fl-2013, ta' Malta Tagħna Lkoll. Ma tħossx illi kliemek huwa konferma li l-kunċett ta' Malta Tagħna Lkoll ma jeżistix u ma jistax jeżisti? Dażgur li jeżisti. F'dawn is-snin kull min ried jaħdem magħna, ħadem magħna kemm jekk kien Nazzjonalist, jekk kien Laburist jew anke floater. Kull min resaq lejna ghal ħaġa jew oħra qatt ma staqsejna, min hu u mhux. Ħdimna u nibqgħu naħdmu ma' kull min hu ta' rieda tajba. Imma hemm grupp żgħir ta' nies, grupp ta' nies li tilfu ħafna jekk ma jkunx hemm il-PN fil-Gvern, li jħossu li huma biss jistgħu jmexxu. Mhux qed ngħid għall-PN kollu għax hemm min fil- PN li ma jaqbilx mal-mod kif qed jitmexxa l-partit. Naf Nazzjonalisti li huma ddiżgustati b'dan il-livell mill-aktar baxx li qed iwaqqgħu lill- partit fih. Mela child care mhux għal kulħadd għamilnieh? Mela l-kontijiet mhux għal kulħadd raħsu? Mela jekk tmur u ssib il-mediċini li teħtieġ mhux xorta ssibhom, int min int? Aħna m'għandniex Ministri li jċemplu lil tad-distrett għal xi operazzjoni imma l-operazzjonijiet għamilhom lil kulħadd b'hekk tniżżlu l-waiting lists. Aħna qatt ma ġie quddiemna xi ħadd u ġġudikajnieh skont il- kulur politiku tiegħu. Għalhekk dan l-attakk viljakk fuqi u fuq żewġi. Għalhekk l-attakk minn dawk in-nies li jinħbew wara paraventi, u jippontifikaw dwar il-media. L-istess nies li kienu jiddominaw qabel u jridu jerġgħu jiddominaw. Fil-pjazza tal-Mosta, fuq il- gallarija tal-każin tal-PN hemm wiċċek u wiċċ żewġek wara ħadid tal-ħabs bil-kelma 'Ġewwa'. Taħseb li dan huwa kollu bluff? Jew vera se jitfgħuk il-ħabs jekk il-PN jirbaħ? Lili ma jistgħu qatt jitfgħuni l-ħabs għax jien m'għamilt xejn ħażin ... Imma dak x'qed tgħid inti... Le, naċċertak li aħna se nkomplu naħdmu biex isimna jkun nadif u biex naraw min hemm wara dan l-attakk miskin. L-istorja għad trid tinkiteb u t-tajjeb għad irid jirbaħ fuq il-ħażin u l-kattiverija. Min għamel dak il-poster u min fuq Facebook qal li proġett li sar mal-ħabsin sar biex nipprepara ċ-ċella tiegħi stess ngħidlu aħjar jara għemilu qabel jitkellem ... Inti ġejt akkużata li int korrotta u ħalliela. Din l-allegazzjoni hija gravissima fuq kull front, kieku tkun minnha intom qiskom qbadtu spaga u niżżiltu l-PL magħkom... dawn l-aħħar ġimgħat u mumenti x'fissru għalik? Jidħqu bina għax nużaw il- kelma serenità. Serenità hija dik li tħoss meta anke fid-dawl ta' attakk bħal dan, tpoġġi rasek fuq l-imħadda għax taf li dak li ntqal mhux minnu. Dak li sar, isir minn min huwa dahru mal-ħajt biex titneħħa l-attenzjoni mill-ġid kollu li nħoloq f 'dawn l-aħħar erba' snin u biex il-kampanja tkun negattiva u jippruvaw jgħattu l-fatt li huma partit bla ideat, immexxi minn żewġ kaptani. Dak li ntqal dwari huwa kollu perċezzjoni ta' Michelle Muscat, mhux il-vera Michelle Muscat. Jiena min ikellimni, inkellmu lura, min jitlobni l-għajnuna nara kif nagħmel u ngħinu. Dik hija l-vera Michelle Muscat. Kieku kellek tħares lejn l-aħħar erba' snin, liema tgħid li hija l-aktar miżura pożittiva li introduċa Gvern Laburista? Is-servizz ta' child care bla ħlas. Iltqajt ma' koppja ftit jiem ilu li jaħdmu t-tnejn u li qed jibagħtu lil uliedhom f 'ċentru simili. Qaluli li t-tfal diġà qed jitkellmu Ingliż aħjar minnhom. Din kienet u tibqa' miżura li tagħti empowerment lin- nisa, biex in-nisa jkampaw aħjar, biex ikunu jifilħu jħallsu, ikunu indipendenti, biex l-aspettattivi tagħhom jintlaħqu. U issa qed naraw kif se ntejbuha wkoll billi nifirxuha għal dawk li jaħdmu matul il-lejl. Naf tobba u infermiera, piloti u nies fil-fabbriki li malli jkollhom it-itfal ma jkunux jistgħu jaħdmu aktar bil-lejl. Aħna ltqajna ma' dawn in-nies, smajniehom u rridu nagħmlulhom ħajjithom aħjar, irridu li jkunu jistgħu jibqgħu għaddejjin bil- karrieri tagħhom filwaqt li xorta jibnu familja. U jekk minkejja dak li qed tgħid il-poplu xorta jagħżel lil Simon Busuttil u l-PN? Aħna naċċettaw l-għażla li jagħmel il-poplu. Aħna qed ngħixu f 'demokrazija. Jekk il-poplu jrid jimxi fuq is-suċċess għandu l-għażla ta' Joseph Muscat. Jekk irid imur lura jista' jagħżel lil Simon Busuttil u l-kukkanja ta' madwaru. Il-politika ta' Joseph Muscat hija pożittiva u tat ir-riżultati, riżultati ta' nies li qed jgħixu aħjar, pensjonanti li raw titjib fil-pensjoni, power station li taħdem bil-gass u tagħtina arja nadifa. Nieħu pjaċir meta jiġu fuqi u jgħiduli grazzi għax ibni li hu gay llum jista' jkun open u aċċettat, kemm nieħu pjaċir nisma' li għandna 1,000 persuna iktar b'diżabbilità li qegħdin f 'impjieg u kemm għad fadal x'nagħmlu biex il- pajjiż ikun aħjar, biex in-nies jikbsu d-dinjità, biex fejn nista' ngħin u nkun ta' għajnuna lil dawk kollha li jkellmuni, ngħin. Din hija l-politika li nemmen fiha u dan huwa l-pajjiż li rrid ngħix fih. ta' din il-gidba li saret fuqi' Ritratt: Daniel Balzan Michelle Muscat, tisħaq li serena għax taf li qed tgħid il-verità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017