Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 37 of 39

illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Sports 38 DAMIANO Tommasi twieled fil- belt ta' Verona nhar is-17 ta' Mejju 1974 u kien plejer internazzjonali li qatta' l-aqwa snin tal-karriera tiegħu mal-klabb ta' AS Roma. Kien jilgħab fil-pożizzjoni ta' plejer f 'nofs il-grawnd irtirat u beda l-karriera tiegħu ma' Verona fil- Kampjonat tas-Serie B. Magħhom qatta' tliet staġuni (1993-1996) fejn lagħab 77 darba ma' Gli Scaligeri u skorja 4 gowls. Fl-1996 ġie akkwistat minn AS Roma fejn magħhom qatta' għaxar snin u kien strumentali fir-rebħ tal- kampjonat mill-Giallorossi fis-sena 2001. Kienu Roma li dewquh l-ewwel togħma tas-Serie A hekk kif f 'Settembru tal-1996 iddebutta fir- rebħa li t-tim tiegħu kellu kontra Piacenza bl-iskor ta' 3-1. Mat-tim mill-Kapitali huwa lagħab 262 darba u skorja 14-il gowl f 'għaxar snin. Tommasi lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Taljan għal 25 darba fejn skorja żewġ gowls fejn kien imsejjaħ mill-kowċ ta' dak iż- żmien, Giovanni Trapattoni għat- Tazza tad-Dinja li saret fil-Korea u l-Ġappun. L-umiltà u l-qalb tajba ta' dan il- plejer kienet tispikka meta darba ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Taljan u sostna li ma kienx ħaqqu jiġi msejjaħ għax m'għamel xejn speċjali ħlief illi wettaq xogħlu. Wara li spiċċa l-kuntratt tiegħu minn ma' Roma, Tommasi ttanta xortih barra minn pajjiżu hekk kif mar jilgħab Spanja mat-tim mill- Primera Liga, Levante. L-avventura tiegħu fi Spanja ma kinitx waħda daqshekk feliċi hekk kif skorja gowl wieħed biss minn 44 partita li lagħab ma' Levante, li ironikament sfaw relegati fl-istaġun 2007/2008. U hawn fejn il-karriera ta' Tommasi kienet waslet fl-aħħar fażi tagħha bl-istess plejer ikollu esperjenzi ma' timijiet ferm modesti miċ-Ċina u minn San Marino. U kien proprju sentejn ilu illi Tommasi ddeċieda li jdendel għal kollox iż-żarbun tal-futbol u jtemm il-karriera ta' plejer. Attwalment, Damiano Tommasi huwa l-president tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-plejers u xogħlu huwa illi jara illi dawk kollha involuti fid-dinja tal-futbol tingħatalhom id-dinjità u jkollhom id-drittijiet tagħhom imħarsa mill-aħjar li jista'. Dan l-eks plejer huwa filantropista kbir hekk kif jgħin bis-sħiħ fl- għaqdiet tal-karità li għandhom bżonn ħafna flus kuljum. Tommasi huwa miżżewweġ lil Chiara u għandhom sitt itfal, Beatrice, Camilla, Susanna, Samuele, Emanuele u Aurora Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kollox beda meta kont nilgħab il-futbol ma' ħuti s-subien. Konna ngħaqqdu ħafna logħob bejnietna jew fil-kuritur tad-dar jew saħansitra fis-salott fejn konna nużaw il-bieb bħala lasta. Anke barra konna nilagħbu ta' spiss u mhux l-ewwel darba illi ngħaqdu magħna xi ħbieb li kienu joqogħdu viċin tagħna. Kellimni dwar l-esperjenza li kellek ma' Roma. Għamilt għaxar snin ma' Roma u dan il-klabb kien ressaqni biex nilgħab fis-Serie A għall-ewwel darba fil-karriera tiegħi lura għal 1996 wara li kont għamilt xi żmien nilgħab ma' Verona fis-Serie B. Kienu għaxar snin verament sbieħ fejn anke rnexxieli nirbaħ il- kampjonat fl-istaġun 2000-2001. Anke l-familja tiegħi kienet drat toqgħod f 'Ruma u dan kollu għeni biex ikolli avventura pożittiva mal- Gialorossi. U xi tgħidli dwar l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali Taljan? Kienet esperjenza pożittiva mal- Italja fejn fuq perjodu ta' erba' snin ġejt imsejjaħ 25 darba mill-kowċis illi kienu jmexxu lil dan it-tim. Mal- Azzurri ħadt sehem fit-Tazza tad- Dinja illi saret fil-Korea u l-Ġappun taħt il-gwida tal-kowċ Giovanni Trapattoni. Kienet esperjenza illi ma ninsa qatt minkejja forsi xi ftit tad-diżappunt meta sfajna eliminati kontra l-Korea t'isfel f 'fażi hekk bikrija ta' dik il- kompetizzjoni. F'dik l-istess partita kelli ċ-ċansijiet tiegħi, niftakar illi f 'mument minnhom Totti kien tani ballun tajjeb però x-xutt tiegħi kien imblukkat mill-gowlkeeper tal- Korea t'Isfel u fit-tieni okkażjoni kelli gowl imħassar mill-famuż referi Byron Moreno minħabba li hu sostna li kont f 'pożizzjoni ta' offside. Wara mbagħad kulħadd jaf x'kien ġara, huma skorjaw il-golden gowl u spiċċaw avvanzaw aktar 'il quddiem fil-kompetizzjoni. Semmejt lir-referi Moreno. Ħafna jsostnu illi kien hu illi effettwa mhux ftit l-andament tal-logħba. X'taħseb? Ifhem jien ma nistax ngħid illi r-referi kkundizzjona l-logħba imma li bħala tim ma rnexxilniex naħtfu l-okkażjoni illi ġietna sabiex navvanzaw fil-kompetizzjoni. Nemmen illi mbagħad bejn id- diżappunt u anke r-rabja illi kellna wara dik it-telfa, bħala tim ġejna xprunati illi nagħmlu ferm aħjar erba' snin wara hekk kif spiċċajna rbaħna t-Tazza tad-Dinja. L-Eks Stilla ta' AS Roma u tat-Tim Cristian Antony Muscat Damiano Tommasi - eks plejer internazzjonali Taljan li qatta' l-aqwa snin tal-karriera tiegħu mal-klabb ta' AS Roma. "Lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom illi l-ewwel u qabel kollox iżommu l-pożittività f 'dak li jagħmlu mingħajr pressjoni u akkaniżmu żejjed. B'xorti ħażina qed naraw ħafna tfal illi minħabba pressjoni żejda li ssir mill-kbar tilfu din il-pożittività u ftit qed jitħallew juru l-kreattività tagħhom kif jixtiequ.Għalhekk jekk wieħed iżomm it- tbissima u jkun pożittiv fil-ħajja jirnexxi f 'dak li jagħmel." Ritratt: Luke Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017