Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 39

18 illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 'Kburi li jien Xagħri iżda daqstant Minn John Busuttil JOE Cordina hu magħruf f 'Għawdex bħala ċ-Chairman tal-Gozo Channel u s-sindku tax-Xagħra, "Ix-Xagħra huwa raħal twelidi, ir-raħal fejn trabbejt u għext ħajti kollha. In-nies tax-Xagħra nafhom sew u kburi li jien Xagħri, iżda daqstant ieħor kburi wkoll li jien Għawdxi." Cordina jemmen ukoll fil-politika li tfisser servizz lill-poplu, "Dejjem emmint f 'dan il-prinċipju. L-għan politiku tiegħi kien, għadu u jibqa' li nkompli naħdem bis-sħiħ għar- residenti kollha Għawdxin u għall-ġid tal-gżira Għawdxija. "Jien ilni sindku tax-Xagħra għal għaxar snin u nħossni lest li nkompli naħdem biex dak li għamilt għal raħal twelidi, issa nkompli nwettqu għall-gżira Għawdxija. Apparti li jien Sindku, tul is-snin okkupajt diversi karigi oħra, fosthom ta' President tal-GFA, teżorier tal-Gozo Business Chamber, Chairman tal-Grupp Azzjoni għal-Għawdex u fil-preżent qed nokkupa l-kariga ta' Chairman tal-Gozo Channel. Barra minn hekk il-professjoni tiegħi hija dik ta' accountant u awditur pubbliku fejn din il-professjoni tlaqqani ma' ħafna nies tan-negozju u self-employed Għawdxin. Dan kollu għeni biex inkompli nagħraf l-isfidi Għawdxin minn perspettiva aħjar. Nemmen li l-ħidma evidenti tiegħi tul is-snin sarrfet biex inkun rikonoxxut mhux biss fix-Xagħra iżda anke madwar il- gżira Għawdxija." Il-fatt li Joe Cordina jaħdem fis- settur finanzjarju bħala professjoni jaf dan is-settur f 'Għawdex hu dgħajjef komparat ma' Malta, "L-isfond akkademiku u professjonali tiegħi huwa dak fil-finanzi u l-ekonomija. Fil-fatt jien ilni naħdem f 'dan is- settur għal-aktar minn 35 sena, l-ewwel bħala bankier imbaghad bħala accountant u awditur publiku. Tul dawn is-snin, il-fatt li Għawdex tħalla jintelaq f 'dan ir-rigward minn amministazjonijiet preċedenti ħalla konsegwenzi kbar kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq is-soċjetà Għawdxija inġenerali. "Iżda kien matul l-aħħar leġislatura, li wara tant snin erġajna bdejna naraw investiment barrani ġewwa Għawdex. Fil-fatt il-Gvern preżenti ddeċieda illi jagħmel fiber optic cable ieħor bejn Malta u Għawdex. Dan biex, Għawdex ikun f 'pożizzjoni aħjar biex jattira wkoll kumpanji fis-settur Igaming. Jekk ningħata l-fiduċja nemmen li bil- kapaċitajiet tiegħi nista' nkompli ngħin biex dak li nbena f 'din il-leġislatura jkompli jippersisti tul is-snin li ġejjin." Sadattant hemm ħafna kritika li f 'Għawdex ma sarx biżżejjed madanakollu Cordina jgħid li sar ħafna meta mqabbel mal- amministrazzjoni ta' qabel, "iżda xorta nemmen li għad baqa' ħafna xi jsir. Nemmen li l-ewwel prijorità hija dik li nkomplu naħdmu biex nattiraw aktar negozji jiftħu f 'Għawdex, kif ukoll insaħħu dawk in-negozji ġa stabbilti ġewwa l-gżira Għawdxija biex b'hekk inkunu qed niggarantixxu aktar xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin. Nemmen ukoll li għandna nkomplu nsaħħu s-settur tat-turiżmu ġewwa Għawdex, u naħdmu sabiex aktar cruise-liners iżuru l-gżira Għawdxija." Joe Cordina hu ċ-Chairman tal- Gozo Channel u kien hu l-ixprun li rnexxielu jagħmel minn din il- kumpanija sors ta' qligħ u mhux ta' telf kif kienet meta ħadha f 'idejh, "Dan sar, filwaqt illi l-Gozo Channel kompliet ittejjeb is-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex għall-ġid tar-residenti Għawdxin. Nemmen li iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ser ikollna bżonn infrastrutura ġdida biex inkomplu niffaċilitaw il-ħajja tar- residenti Għawdxin. Nemmen li kif inhi s-sitwazzjoni preżenti tliet vapuri m'għadhomx biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda tan-nies li taqsam bejn Malta u Għawdex. Hu għalhekk nemmen fil-fast ferry, u dan żgur ser jiffaċilità ħafna aktar il-ħajja tan- nies. Fil-fatt jekk ningħata l-fiduċja, nagħmel l-almu tiegħi kollu biex il-fast ferry service jibda jopera kemm jista' jkun malajr u bl-iktar mod effiċjenti." Cordina kompla jgħid li l-proġett tal- mina wkoll għandu importanza kbira għall-gżira Għawdxija. Bħala kandidat żgur li qed idur fid- djar tal-kostitwenti tiegħu, "Filwaqt li nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazja lil dawk kollha li laqawni fi djarhom, ilmaħt diversi problemi li wieħed jiltaqa' magħhom meta jkun qed iżur id-djar, fosthom ta' dawk l-Għawdxin li jaħdmu Malta, u li minħabba t-tip ta' xogħol tagħhom huwa diffiċli ħafna li jaħdmu f 'Għawdex. Il-Partit il-Laburista qiegħed iwiegħed diversi soluzzjonijiet għal din il-problema fosthom l-inċentivi ta' rilokazzjoni (negozji li jirrilokaw lejn Għawdex minn Malta jiġu eżentati mit-taxxa tad-dħul fl-ewwel 3 snin tal-operat, filwaqt li jingħataw tax refund tal-ispejjeż kollha biex isir it-traslokar) u anke l-inizjattiva biex tkompli tħajjar il- kumpaniji Maltin jagħtu l-opportunità ta' teleworking lill-Għawdxin. Jien b'wiċċi minn quddiem nerġa' ntenni li bl-onestà u s-sinċerità tiegħi se nkun dejjem mal-Għawdxin għax qatt ma nista' ninsa minn fejn tlaqt u dak li ngħid nagħmlu u nagħmlu fl-aħjar interess għal Għawdex u l-Għawdxin." Hu fatt magħruf li Għawdex hu mmexxi fuq stil ta' parrinu u meta mistoqsi jekk hemmx bżonn bidla minn din il-mentalità Cordina qal li għalkemm jammetti li hemm uħud li jaħsbu hekk ir-realtà hi differenti minn hekk għalkemm sostna wkoll, "Hemm ħafna Għawdxin illi huma kontra din is-sistema, iżda wieħed irid jifhem illi Għawdex għadu kemm għadda minn ħamsa u għoxrin sena ta' tmexxija fuq stil ta' parrinu. Biex tibdel mentalità ta' poplu trid ħafna iktar minn erba' snin." Joe Cordina hu wkoll il-kap tad- delegazzjoni Maltija fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea, "Għawdex hu minnu nnifsu gżira/ reġjun u dan ħadd ma jista' jmerih. Fis-snin li ġejjin, li jrid isir huwa li l-gvern irid jieħu deċiżjoni sa liema livell t'awtorità li għandhom x'jaqsmu ma' Għawdex għandhom ikunu fdati f 'idejn l-Għawdxin. Biex l-affarjiet jibqgħu mexjin fid-direzzjoni t-tajba bl-aktar mod effiċjenti jien nemmen li l-pass li jmiss għandu jkun li jkun hemm Kumitat Parlamentari għall- Affarijiet ta' Għawdex." Joe Cordina temm jgħid li l-Partit Laburista għandu jirbaħ l-elezzjoni għax Għawdex bħall-kumplament ta' Malta matul dawn l-aħħar erba' snin "gawdiet mis-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna. Għalhekk, jien nemmen illi l-maġġoranza tal-Għawdxin, jekk jixtiequ li pajjiżna ma jiqafx f 'nofs triq, fit-3 ta' Ġunju ser jagħżlu lill- Partit Laburista biex ikompli jmexxi lil pajjiżna matul il-ħames snin li ġejjin. Filwaqt li hu jemmen li għandu jirbaħ siġġu parlamentari "għax għandi ħafna enerġija u ideat x'noffri lil Għawdex u lir-residenti Għawdxin fuq skala nazzjonali." "Se nagħmel l-almu tiegħi kollu biex il-fast ferry service jibda jopera kemm jista' jkun malajr u bl-iktar mod effiċjenti" "Għawdex għadu kemm għadda minn 25 sena ta' tmexxija fuq stil ta' parrinu u biex tibdel mentalità ta' poplu trid ħafna iktar minn erba' snin." Thursday TVM 20:50

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017