Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
Nr 554 • 28 ta' Mejju 2017 www.illum.com.mt €1.00 Tkompli f 'paġna 27 NEWSPAPER POST Tkompli f 'paġna 10 €210,000 f 'interessi apparti l-€5 miljuni lill-klijenti ta' Simon Busuttil DIN il-gazzetta tista' tiżvela kif memo lill-membri tal-Kabinett Nazzjonalista fit-30 ta' Diċembru 2012 juri kif il-klijenti ta' Simon Busuttil, il-kumpanija Shell rappreżentata mill-aġent tagħha Attard Services Ltd, Apparti l-ammont totali ta' €5 miljuni li kienet ħadet bħala arranġament barra l-Qorti kienu wkoll tħallsu €210,000 f 'interessi. L-aġenti li kienu ilhom jistennew mad- disa' snin u li kellhom bħala avukat lil Simon Busuttil li fiż-żmien li ntbagħat il-memo, kien ukoll Viċi Kap tal-PN, tħallsu l-kumpens totali ta' €5 miljuni, li jitħallas fuq medda ta' 3 snin, wara ħlas inizjali ta' €2 miljuni. Sussegwentement il-Gvern intrabat li jħallas €1 miljun u €70,000 f 'interessi kull sena. 'Mhux se nieqaf qabel ma nnaddaf ismi u isem żewġi' Joseph vs Simon Min se jkun Prim Ministru bħal-lum ġimgħa? WARA li l-imkatar jerġgħu jitpoġġew posthom u l-ħornijiet mormijin, wara li ċ-ċelebrazzjonijiet ikunu għaddew u s-sokor beda jintesa, dan il-pajjiż se jerġa' jqum għax-xogħol. Se jerġa' jqum biex jgħix ħajtu ta' kuljum; jaħdem, jibgħat it-tfal l-iskola, imur l-Università, jippjana s-safra li jmiss, jaħseb biex jixtri post, jaħseb biex ibiddel impjieg, jippjana familja jew inkella jkompli jipprova jġebbed biex il-paga sservih sal-aħħar tax-xahar. Wara li ċ-ċirimelli jkunu waqfu u l-emozzjoni tkun battiet, nirrealizzaw li għad għandna min huwa fqir, għad għandna kirjiet m'għola s-sema għad irridu nikkompetu ma' tant pajjiżi li kif għadna kif esperjenzajna mhu se jieqfu mkien biex ikissrulna sistemi vantaġġjużi li minnhom qed jitilfu. Inqumu u nsibu li għad hemm toroq x'nibnu, tfal li għadhom qed jaqgħu lura, ambjent li għadu qed jibki għall-attenzjoni u quċċati x'nilħqu. Għalhekk nhar is-Sibt 3 ta' Ġunju hija ġurnata importanti. Għax induru kemm induru magħha, wara d-daħk u x-xalar se jiġi l-iggvernar u nhar it-3 ta' Ġunju pajjiżna jrid jagħżel min se jiggverna. Irid jagħżel min iħoss li jista' jiggverna l-aħjar. Nhar it-3 ta' Ġunju pajjiżna jrid jagħżel min se jgħaqqad u jlaħħaq lil Malta lejn quċċati ġodda. L-għażla hija ċara; min irid dan il-pajjiż li jmexxi fil-ħames snin li ġejjin, Joseph Muscat jew Simon Busuttil? Editorjal: Ara l-paġni 14, 15 'Jien ser nivvota. U kif!' Ara opinjoni fuq paġna 26