Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
Elezzjoni2017 17 Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum 2017 U l-iswitchers x'se jagħmlu nhar is-Sibt? Minn Albert Gauci Cunningham SWITCHER. Persuna li vvutat lil partit imma mbagħad ħasset li kellha tivvota lil partit ieħor f 'elezzjoni oħra. Fenomenu normalissimu barra minn pajjiżna, iżda wieħed li għadna qed nikklimatizzaw irwieħna għalih hawnhekk. Dan is-settur ta' votanti jibqa' kruċjali, speċjalment f 'elezzjonijiet meta jkun hemm dubji jew inkella mistoqsijiet dwar id-distakk bejn il-partit jew meta il-persentaġġ ta' dawn ikun kbir biżżejjed biex idawwar ir-riżultat finali tal-elezzjoni ġenerali. L-ILLUM ltaqgħet ma' żewġ persuni li mill-2013 lil hawn biddlu l-fehma politika tagħhom, biex nhar is-Sibt se jivvutaw (u jikkontestaw) f 'isem il- partit l-ieħor. 'Simon Busuttil: not fit for purpose' 'Muscat naqas milli jerfa' r-responsabbilitajiet politiċi tiegħu' Lil liema partit ivvutajt fl- aħħar elezzjoni u għalfejn ħassejt li kellek tivvota kif ivvutajt? Ivvutajt lill-PN u emmint li kien se joqrob iktar vicin in- nies billi jbiddel lil min kien magħruf għal assoċjazzjonijiet ma' kriminali u korruzzjoni. Minkejja l-għajta tan-nies, il-klikka li qaċċtet lil Lawrence Gonzi ħadmet biex Demarco jibqa' l-art u jikkapparraw lil Simon Busuttil. F'temp ta' ftit żmien dak li kellu jsir Partit tan-Nies sar Partit Negattiv bl- għan li jfarrak li min jaħdem u jirnexxi anke fi ħdanu stess. X'inhuma l-aktar żewġ affarijiet li dejquk/inkwetawk/ weġġgħuk fl-aħħar snin mill- PN? L-ikbar diżappunt huwa Simon Busuttil. Ma immaġinajtu qatt li se jasal sal-punt li l-għira tgħamieh u ġġiegħlu jiżgarra fuq kull lat. Jinkwetani nara nies bi ħdura politika jiġbdulu l-ispag u jiddettaw l-aġenda. Weġġagħni l-fatt li nara nies bħal Mario Demarco, Stephen Spiteri u Michael Gonzi jiġu mbuttati 'l barra a bażi ta' għira kbira lejhom. L-aġir ta' Simon Busuttil u l-iżbalji kontinwi fuq stands politiċi, policies u budgeting juru li he is not fit for purpose. Argument/perċezzjoni pjuttost popolari timxi fuq il-linja ta' "u iva dawn mhux it-tnejn l-istess...m'hemmx x'tagħżel." Kemm tħoss li huwa korrett u preċiż dan il-ħsieb? Assolutament skorrett. Fuq naħa għandek mexxej f 'Joseph Muscat li ħoloq moviment madwaru. Filwaqt li n-naħa l-oħra għandek pupazz immexxi minn Daphne Caruana Galizia u Marlene Farrugia f 'koalizzjoni ta' konfużjoni. Fuq naħa għandek manifest elettorali 'costed' fuq naħa oħra għandek l-għira. Fuq naħa għandek Partit Laburista b'kandidati ġodda li jrid il-Prim Ministru madwaru. Fuq in-naħa l-oħra għandek konfużjoni ta' individwi li jridu jilħqu minflok il-Kap tal-Oppożizzjoni. Għalfejn tħoss li Joseph Muscat huwa r-risposta għall-progress? Joseph Muscat huwa progressiv fih innifsu. Minn dejjem hekk nafu u hu t-tip li jekk laħaq standard tajjeb irid ikompli jeċċella. Għalih mhux biżżejjed li żamm kelmtu fl-ewwel 4 snin tal-leġiżlatura. Irid ikompli jwettaq aktar suċċess imfassal fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza, ħolqien ta' kwalità ta' xogħol u ekonomija innovattiva. X'futur tara għal Malta jekk ġimagħtejn oħra f 'Kastilja jidħol Simon Busuttil? B'Simon Busuttil f 'Kastilja jfisser Gvern immexxi minn min jemmen li għandu dritt sagrosant ikun superjuri fuq ħaddieħor. Ikollna individwu dgħajjef immexxi minn klikka li l-firda, il-ħdura u l-għira huma l-prassi tal-ġurnata. Inreġġgħu l-arloġġ lura għal pajjiżna u l-familji tagħna minflok naħdmu flimkien għall-Aqwa żmien ta' Malta tagħna. Jean Claude Micallef Lil liema partit ivvutajt fl-aħħar elezzjoni u għalfejn ħassejt li kellek tivvota kif ivvutajt? L-elezzjoni tal-2013, bħala żagħżugħ ta' 19–il sena għażilt li nivvota lill-Partit Laburista għal diversi raġunijiet. Mhux biss għax ġej minn sfond ta' familja Laburista u allura kienet għażla pjuttost ovvja, però għaliex ħassejt li l-Partit Nazzjonalista filwaqt li kien għamel affarijiet tajbin fl- aħħar 25 sena bħad-dħul fl-Unjoni Ewropea, kien hemm fatturi fosthom li jiena ridt nara ideat friski u nies ġodda. X'inhuma l-aktar żewġ affarijiet li dejquk/inkwetawk/weġġgħuk fl-aħħar erba' snin? Għalkemm l-istatistika turi li l-ekonomija kibret, dan ma nħassx min-nies u ma sarx bi ħsieb fuq bażi ta' long term. Xi ħaġa oħra li dejqitni hija n-nuqqas min- naħa ta' Joseph Muscat li jerfa' r-responsabbilitajiet politiċi tiegħu b'riżultat li kellu jikkontrolla l-istituzzjonijiet governattivi tal- pajjiż. Argument/perċezzjoni pjuttost popolari timxi fuq il-linja ta' "u iva dawn mhux it-tnejn l-istess ... m'hemmx x'tagħżel". Kemm tħoss li huwa korrett u preċiż dan il-ħsieb? Żbalji u preġji kellu kull Gvern Malti preċedenti hekk kif anki dan il-Gvern kellu l-preġju bħal ngħidu aħna d-dħul taċ-Child Care lin- nisa li joħorġu jaħdmu. Nemmen illi elementi ta' korruzzjoni kienu preżenti f 'kull Gvern preċedenti però l-ebda tip ta' korruzzjoni preċedenti ma kellha x'taqsam ma' ħasil ta' flus; liema korruzzjoni hija dik illi twassal għal konsegwenzi li jipperikolaw is-sistema finanzjarja u dak kollu li sussegwentament huwa marbut magħha. Għalfejn tħoss li Simon Busuttil huwa r-risposta? Joseph Muscat ma weriex illi kien lest li jaħdem ma' min ma jaqbilx miegħu kif wiegħed. Min-naħa l-oħra, dan jiena rajtu personalment min-naħa ta' Simon Busuttil hekk kif għalkemm dak iż-żmien ma kontx inħaddan l-ideali Nazzjonalisti, xorta kien lest jaħdem u jilqani fil-Partit tiegħu. X'futur tara għal Malta jekk ġimagħtejn oħra f 'Kastilja jerġa' jidħol Joseph Muscat? Ma narax futur sabiħ. Dan għaliex waqt li kont qiegħed nitkellem ma' persuna li taħdem fis settur finanzjarju, spjegatli b'mod sempliċi il-mod ta' kif dan is settur ser jikkrolla. Sfortunatament, Joseph Muscat qiegħed mhux biss jiċħad dan il- periklu iżda qiegħed jonqos milli jispjega realment x'inhuma l-fatti. Liam Sciberras