Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Sports 37 tal-futbol internazzjonali... TIEMOUE BAKAYOKO - Chelsea se jkunu qed ifittxu li jakkwistaw lill-midfielder ta' Monaco Tiemoue Bakayoko qabel tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti fi ftit tal-ġimgħat oħra. Il-Blues jinsabu lesti li jonfqq madwar €43 miljun fuq dan il-plejer ta' 22 sena wara li d-diriġebnti tat-tim minn Stamford Bridge alloka lil Antonio Conte s-somma ta' €200 miljun biex ikompli jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej. Dan meta wieħed jikkunsidra l-fatt li Chelsea matul l-istaġun li ġej se jkunu qed jirritornaw fil-UEFA Champions League. ORIOL ROMEU - Barcelona qed jikkunsidraw li jingaġġaw lura lil Oriol Romeu mingħand Southampton matul is-sajf li ġej. Dan il-midfielder huwa prodott tal-akkademja ta' Barcelona, iżda huwa biss issa li qed jirrealizza l-potenzjal tiegħu ma' Southampton u jista' jiswa lill- Katalani s-somma ta' £15-il mljun biex jiġi akkwistat. Ta' nota huwa l-fatt li dan il-player ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena ta' Southampton matul dan l-istaġun. GARETH BALE - Rappreżentanti ta' Gareth Bale fetħu taħdidiet mas-sidien ta' Manchester United rigward trasferiment potenzjali f 'Old Trafford matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer minn Wales skorja 12-il goal fi 30 partita ma' Real Madrid matul dan l-istaġun iżda sofra xi injuries matul il-perkors tal-istaġun bis-sostiut tiegħu Isco jimpressjona bil-bosta fl-assenza tiegħu. Bale qed jidher li jista' jirritorna jilgħab fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra iżda din id-darba mhux ma' Tottenham Hotspur imma ma' Manchester United. ADAM SMITH - Chelsea u Tottanham Hotspur jidhru lesti biex jidħlu f 'taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw lill-attakkant ta' AFC Bournemouth, Adam Smith. Smith beda l-karriera tiegħu mal- Ispurs u huma qed jikkunsidraw li jakkwistawh bħala sostitut potenzjali għal Kyle Walker li jidher li se jkun qed iħalli lill-Ispurs biex jingħaqad ma' Manchester City. RIYAD MAHREZ - Barcelona u PSG daħlu f 'taqtiegħa bejniethom biex jiffirmaw lill-winger ta' Leicesrer City, Riyad Mahrez. Dan il-player internazzjonali Alġerin kellu staġun mimli tlugħ u nżul ma' Leicester City u qed ifittex li jħalli lilt-team mill-King Power Stadium ġaladarba jintemm l-istaġun. Flimkien ma' Barcelona u PSG, hemm ukoll Tottenham Hotspur u Liverpool interessati f 'dan il-player li għandu valur ta' madwar £35 miljun. CHRIS SMALLING - Manchester United se jkunu qed jaċċettaw offerti għal Chris Smalling matul is-sajf li ġej. Dan il-player tilef postu mar-Red Devils matul dan l-istaġun għas-spejjeż ta' Phil Jones, Marcos Rojo u Eric Bailly, u b'Michael Keane mistenni jingħaqad mat-tim minn Old Trafford mingħand Burnley, Smalling, jidher li se jkun qed iħalli lir-Red Devils. Arsenal urew interess f 'dan il-plejer fil-passat, bil- manager Arsene Wenger jitqies bħala ammiratur kbir ta' dan il-plejer. DANNY WELLBECK - L-attakkant ta' Arsenal Danny Wellbeck jinsab fiċ-ċentru ta' offerta ta' £16- il miljun mit-Torok ta' Galatassary. L-eks attakkant ta' Manchester United lagħab biss seba' partiti mal-Gunners matul dan l-istaġun u se jkun qed jagħmel deċiżjoni rigward il-futur tiegħu ġaladarba jintemm l-istaġun. Galatassary għamlu kuntatt mat-tim minn Londra u jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' £16-il miljun li Arsenal ħallsu għalih lura fl-2014. JANN-FIETE ARP - Chelsea huma fost numru ta' klabbs Ewropej li qed isegwu mill-viċin lill-plejer żagħżugħ ta' Hamburg, Jann-Fiete Arp. Il-captain tat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-17-il sena qed jimpressjona bil-bosta hekk kif rreġistra żewġ hat-tricks għal pajjiżu fil-Kampjonati Ewropej tal-UEFA ta' taħt is-17-il sena fil-Kroazja. Il-Blues qed jaffaċjaw kompetizzjoni għall-akkwist ta' dan il-player minn Borussia Dortmund u Juventus, fejn għadha ma ssemmiet l-ebda ċifra ta' kemm dawn it-tliet timijiet jinsabu lesti li jħallsu għal Jann-Fiete Arp.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017