Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Elezzjoni2017 5 Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum 2017 Dak li għollieh, dak jista' jkissru magħha. Fil-każ tal- isparatura tax-xufier ta' Manuel Mallia, il-pajjiż tħalla f 'ansjetà għal ġranet sħaħ. Muscat stenna l-inkjesta li qalet illi dak ta' Mallia ma kienx cover up biex jipproteġi lix-xufier tiegħu, imma li xorta naqas għax kellu jkun ċert li stqarrija ppublikata mill-Gvern ftit wara l-inċident kellha tkun preċiża u li bħala Ministru kien missu kkoreġa fejn instab li ma kienx korrett. L-istqarrija kienet tgħid li x-xufier spara 'warning shots' meta fil-fatt kienu nstabu bullets fil- karozza. L-inċident seħħ fid- 19 ta' Novembru, imma l-PM talab għar-riżenja ta' Mallia u neħħa lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit fit-8 ta' Diċembru, wara tliet ġimgħat ta' drama politika. Imbagħad kien hemm il-każ Gaffarena. F'dan il-każ ukoll Muscat stenna r-rapport tal-awditur ġenerali, f 'liema żmien l-Oppożizzjoni għamlet il-kapital politiku kollu li naturalment setgħet tagħmel fuq każ mill-iktar imbarazzanti u skandaluż. Dan kien jitratta l-espropriju ta' żewġ partijiet differenti ta' proprjetà fi Triq Zekka. F'dawn iż-żewġ każi imma, anke jekk imbarazzanti għall- Gvern u anke jekk xellfu xi ftit jew wisq l-immaġini ta' Muscat, il-PM ħa azzjoni. Kemm Mallia kif ukoll Michael Falzon irreżenjaw. L-għerq tal-problemi kollha ta' Muscat tibqa' għalhekk l-inazzjoni tiegħu fil-każ tal-kontijiet li Ministru u ċ-Chief of Staff tiegħu fetħu fil-Panama. Dan il-każ tebba' isem il-Gvern bil- mistoqsijiet kollha li qamu u baqgħu jqumu. L-ewwel nett minħabba l-ġurisdizzjoni tal-Panama nnifisha, it- tieni għax Konrad Mizzi ma kienx iddikjara dan il-kont qabel ma fil-fatt kien żvelat u t-tielet u forsi l-aktar serja minħabba li skont informazzjoni li ħarġet mill-Panama Papers dan il-kont kellu jintuża għall- commissions u senseriji. Il-każ Panama benġel sew lil Joseph Muscat, l-inazzjoni jew dak li jista' jitqies bħala azzjoni 'inadegwata' għenet biex tinħoloq sensazzjoni illi 1) Muscat jibża' minn Konrad Mizzi u Keith Schembri u/jew 2) Joseph Muscat huwa ħati wkoll u kellu jew għandu kont fil- Panama. Minkejja li l-ġudizzju fuq Egrant għad irid joħroġ u minkejja li r-riżultat tal-istess inkjesta għad trid tkun ippubblikata, il-fatt li Muscat ma kienx deċiżiv biżżejjed fil-konfront ta' Mizzi u Schembri lagħab tajjeb biex l-allegazzjoni fil-konfront ta' Michelle Muscat titwemmen. Il-kompliċità li tista' tkissru... U ladarba qed nitkellmu dwar l-allegazzjoni Egrant. Hija din l-allegazzjoni gravissima fil-konfront ta' Michelle Muscat li tista' tkisser il-karriera politika ta' Joseph Muscat u tgħattan lill- Partit Laburista b'mod gravi. Muscat għamel kalkolazzjoni, li ġurnata qabel ma' ħabbar l-elezzjoni din il-gazzetta kienet ikkritikat, li jsejjaħ elezzjoni ġenerali hekk kif beda jara illi n-numri kienu tajbin. Il-kalkolazzjoni ma ħaditx inkwantu l-inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Aaron Bugeja jista' jkun li ma tkunx ippubblikata qabel l-elezzjoni ġenerali. Din kienet kalkolazzjoni riskjuża, għax apparti li qed titfa' pressjoni kbira fuq il-Maġistrat tista' tħalli lill- poplu mhux informat dwar il-verità meta jmur jivvota. Dan ifisser illi nhar it-3 ta' Ġunju jista' jkun li ma nkunux fil-fatt għalaqna l-kapitlu, hekk kif ikun għad fadal parti importanti ħafna mill-ħolqa kumplessa ta' ġrajjiet li tkun għadha mhux mimlija. Hu x'inhu. L-eżitu ta' din l-inkjesta se jkun kruċjali u mument definittiv fil- karriera politika ta' Joseph Muscat. Jekk ikun pruvat mingħajr ebda dubju li din l-allegazzjoni hija mibnija fuq ir-ramel, allura l-istatura politika ta' Muscat tispara 'l fuq. Jekk ma jkunx hemm biżżejjed provi biex jibdew proċeduri kontra Muscat, imma xorta jkun hemm sħaba ta' dubju l-karriera politika ta' Muscat tibqa' dejjem taħt il-mantell tas- suspett u allura ma jkollhiex futur. Jekk ikun pruvat li hemm verità fl-allegazzjoni, il- karriera ta' Muscat tkun spiċċuta u l-Partit Laburista jbati konsegwenzi li jistgħu jkunu devastanti. Ġudizzju Finali – Il-ġudizzju finali ta' Muscat huwa li kien PM mimli ħeġġa u enerġija biex iġib bosta bidliet, biex joħloq klima ekonomika ottima u biex jixpruna ambjent ekonomiku tajjeb ħafna. Dan ħoloq ħafna xogħol, dawwar ir-rota u ġab miegħu perjodu ta' paċi industrijali. Muscat beda jirnexxi fl-idea tal-ħolqien tal-ġid, biex imbagħad dan il-ġid jibda jkun ipperkolat fis-saffi t'isfel u mexxa wieħed mill-aktar Gvernijiet finanzjarjament kompetenti. Muscat kien ukoll promotur ewlieni għall-introduzzjoni ta' diversi drittijiet ċivili u mexxa lil pajjiżna b'suċċess f 'ħafna appunta- menti Ewropej u anke internazzjonali, uħud minnhom f 'Malta stess. Min-naħa l-oħra Muscat mexxa Gvern illi ma tantx kellu rispett lejn il-bżonn tat-trasparenza u l- kontabilità. Għamel żball gravi illi żamm miegħu Ministru li fetaħ kont f 'ġurisdizzjoni dubjuża u għamel kalkolazzjoni politika ħażina meta ħaseb li din il-kwistjoni ma kinitx se tibqa' tiġri warajh. Muscat qed joffri dilemma lil ħafna votanti. Bejn huwa fdat iktar u preferut minn Busuttil, bejn huwa rikonoxxut illi f 'dawn l-erba' snin il-pajjiż għamel qabżiet konsiderevoli u min-naħa l-oħra għadu jinsab taħt sħaba sewda b'allegazzjonijiet serji fuqu u fuq martu. Bejn Muscat huwa meqjus bħala bniedem li għandu pjan u min-naħa l-oħra bniedem li mexxa kabinett li fih kien hemm min żgarra xi ftit mhux ħażin. Nhar it-3 ta' Ġunju Muscat se jkun ikkonfermat jew mkeċċi 'l barra?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017