Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Sports 31 SPORTSillum Arsenal jagħlqu l-istaġun fuq nota pożittiva bir-rebħ tal-FA Cup Arsenal........................2 Chelsea........................1 minn Cristian Antony Muscat ARSENAL għalqu l-istaġun fuq nota pożittiva meta rebħu l-FA Cup hekk kif fil-finali tant mistennija għelbu lil Chelsea bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu minn Alexis Sanchez fir- raba' minuta u minn Aaron Ramsey fid-79 minuta. Min- naħa l-oħra l-gowl uniku għal Chelsea wasal minn Diego Costa fis-76 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li l-Blues spiċċaw il-partita jilagħbu b'10 plejers meta fit-68 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Victor Moses wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' 11-il minuta fit-tieni taqsima. Intant, fil-Kampjonat Serie A TIM, Atalanta ġewwa darhom fi Stadio Atleti Azzurri d'Italia għelbu lil Chievo Verona bl- iskor ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Alejandro Gomez fit-52 minuta. F'partita oħra Bologna ġewwa darhom fi Stadio Renato dall'Ara sfaw megħluba miċ-champions bl-iskor ta' 2-1 fejn kienu tal- ewwel li fetħu l-iskor fit-52 minuta permezz ta' Saphir Taider waqt li Juventus ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Paulo Dyabla fis-70 minuta qabel ma fid-90 minuta skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz tal-attakkant żagħżugħ ta' 17-il sena, Moise Kean. Arsenal Ospina, Monreal, Mertesacker, Holding, Oxlade- Chamberlain, Xhaka, Ramsey, Bellerín, Sánchez, Özil, Welbeck Chelsea Courtois, Cahill, Luiz, Azpilicueta, Alonso, Matić, Kanté, Moses, Hazard, Costa, Pedro Referi Anthony Taylor iskor ta' 1-0 bil-gowl għalihom Bellerín, Sánchez, Özil, Welbeck Courtois, Cahill, Luiz, AARON RAMSEY Twieled s-26 ta' Diċembru 1990 f 'Wales u għandu 26 sena. Skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lil Arsenal d-79 minuta. Qabel ingħaqad ma' Arsenal -2008, kien jilgħab ma' Cardi City f 'Wales. Alexis Sanchez jiskorja l-ewwel gowl għal Arsenal wara biss erba' minuti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017