Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 39

Elezzjoni2017 3 Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum 2017 ILFINANCIAL Intelligence Analysis Unit (FIAU), iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u l-Ministru Konrad Mizzi, ilkoll ċaħdu l-istorja li ġiet ippubblikata nhar il-Ġimgħa fis-sit tal-gazzetta The Malta Independent, u kwotata mill-Kap tal-Oppożizzjoni waqt id-dibattitu mal-Prim Ministru fuq Xarabank. L-istorja allegat li rapport tal-FIAU jixhed li Mizzi u Schembri irċevew xi flus bħala tixħim mit-tanker tal- LNG. Min-naħa tiegħu, waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ filgħodu, il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil sfida lill-FIAU, "li jekk hi tant konvinta mill-istqarrija li għamlet, tippubblika r-rapport." Busuttil saħaq li jekk ma jippubblikawhx huma, "dan jiġi ppubblikat immedjatament wara li nieħu l-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru." L-FAIU ċaħdet li hemm xi rapport konklussiv jew ir- riżultanzi li qed jigu allegati. Mizzi, min-naħa tiegħu qal li din l-istorja hija "gidba sfaċċata, li turi l-attentati riċenti ta' Busuttil li jirbaħ l-elezzjoni mill-bieb ta' wara, bil-biża' u tfigħ ta' tajn." Iċ- chief of staff, waqt li saħaq li din hija gidba sħiħa fil- konfront tiegħu u kampanja kordinata ta' tfigħ ta' tajn fil-konfront tiegħu għal iktar minn sena, saħaq li mhuwiex minnu li hu qatt irċieva xi commission jew ħlasijiet waqt li kellu l-kariga fi ħdan il-Gvern. 'Jekk mhux ipokrita, Simon Busuttil għandu jkeċċi lil Beppe Fenech Adami' Joseph Muscat jerġa' jfakkar li Beppe Fenech Adami 'huwa kompliċi u nvolut fuq każ ta' ħasil ta' fl us ġejjin mid-droga' u jgħid li bl-istess kejl ta' Busuttil, dan għandu jitkeċċa ILBIERAĦ fil-Qala, il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa' qajjem il-każ ta' Beppe Fenech Adami, li żvela nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Xarabank hekk kif dan jirriżulta li qed ikun investigat mill-FIAU fuq każ li huwa marbut ma' ħasil ta' flus mid- droga. Muscat reġa' sostna li hu talab parir biex jara jekk jistax jara rapport tal-FIAU dwar il-każ tal-kumpanija Capital One. Wara li ngħata l-parir biex jara l-parti tar-rapport li kienet issiġġillata, huwa sostna li minn dak li ra, isem Beppe Fenech Adami, Viċi Kap tal-PN u eks Segretarju Parlamentari fil- Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi, tfaċċa f 'konessjoni ma' ħasil ta' flus ġejjin mid-droga. "Jekk m'intix ipokrita, keċċi lil Beppe Fenech Adami għax issa taf li qed jiġi investigat. Bl-istess kejl tiegħek eżatt, Beppe Fenech Adami m'għandux jibqa' fil- politika," sostna Muscat. Intant, il-Prim Ministru kompla jsostni li "matul l-erba' snin li għaddew dak li wegħedna wettaqnieh u jekk eletti fil-ħames snin li ġejjin se nerġgħu nwettquh," filwaqt li għamel elenku ta' proposti fil-manifest tal-Partit Laburista, mill-pensjonijiet, għal dawk biex jgħinu lil min jixtieq jixtri l-proprjetà u żieda fiċ-children's allowance, żied jgħid li, "dawn huma kollha proposti li intom tistgħu sserħu raskhom li se jitwettqu, bħal ma wettaqna dak li wegħedna." "L-uniku assigurazzjoni li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jibqgħu irħas huwa dan il- Gvern għax Busuttil diġà qal li lest idawwar is-sistema tal- enerġija lura għal dik li taħdem biż-żejt," qal Muscat. Muscat fakkar li l-Partit Laburisata se jkun qed jagħti l-flus lil min iġib ix-xogħol f 'Għawdex mhux lil min irid imur jgħix f 'din il-gżira. Muscat tkellem ukoll fuq il-mina u staqsa, "lil min tista' tafda biex jibniha? Lil min bena l-junction tal-Kappara fiż-żmien, jew min għamel 20 sena jibni l-moll taċ-Ċirkewwa?" Huwa qal li l-elezzjoni hija dwar il-futur u dwar il-pjani tal-pajjiż, mhux dwar it-tajn. "Tafu fejn qegħdin magħna anke fuq il-kaċċa. Magħna tafu fejn qegħdin anke jekk il-poplu maqsum minn nofs. Talli ħriġt għonqi fuq din il-kwistjoni, ma qlajtx grazzi u lanqas pretendejt, imma mxejt ma' dak li nemmen jien." Mingħajr l-investiment fl-isptar ta' Għawdex, addio Barts f 'Għawdex Dwar l-isptar ġenerali ta' Għawdex, Muscat qal li huwa Simon Busuttil biss li huwa kontra l-Isptar. "Staqsu lil tar- ristoranti, lil tal-lukandi u lil min għandu appartament. Hu biss għadu kontra dan il-proġett għax issa anke l-MAM iffirmaw ftehim biex nimxu 'l quddiem. Jien lill-ħaddiema inwissihom li mingħajr dak l-isptar, Barts titlaq u addio xogħol u investiment," sostna Muscat. Ħames darbiet sfidajtu fuq Xarabank u dejjem ħarab jiġri Intant kif ilu jagħmel għal dawn l-aħħar ġimagħtejn, il-PM u Mexxej Laburista reġa' sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN biex jekk m'għandux x'jaħbi, jgħid x'jagħmel jekk jirriżulta li l-allegazzjoni dwar Egrant kienet gidba. "Jien għidtlu li jekk jinsab ħjiel ta' verità, jien nitlaq mill-ewwel, għandi l-kuxjenza tiegħi nadifa...imma int li qed tibni kollox fuq din il-gidba trid terfa' r-responsabilità tal-ħsara li qed tipprova tagħmel lil pajjiżna għall-vantaġġ politiku tiegħek. Ħames darbiet sfidjatu u ħames darbiet ħarab jiġri. Qed jibża' u qed jikkonferma kemm qiegħed jigdeb," temm jgħid Muscat. 'La nieħu l-ġurament jien, nippubblika r-rapport tal-FIAU' Dan huwa avviż bi ħlas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017