Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Opinjoni 22 D an hu l-aħħar appuntament magħkom qabel l-elezzjoni ta' nhar is-Sibt, elezzjoni illi fiha jiena qiegħed ukoll nikkontesta fuq it-tlettax- il distrett. Naħseb illi l-ewwel ħaġa illi rridu ngħidu hu illi din l-elezzjoni hija fuq kollox ċelebrazzjoni tad-demokrazija. Il-partiti kollha, speċjalment dawk kbar, huma mobilizzati u attenti sabiex il-votanti jiġbru l-vot u jitfgħu l-preferenza tagħhom fl-elezzjoni ġenerali. Ma jfissierx illi s-sistema hija perfetta u jeħtieġ nibdew nafdaw ftit aktar lil xulxin. Għandna bżonn nintroduċu l-vot postali ħalli min irid, speċjalment jekk jinsab imsiefer, ikun jista' jivvota. Jew tal-anqas nibdew norganizzaw il-vot fl- ambaxxati u konsolati. Il-vot hu l-arma li għandu ċ-ċittadin sabiex jagħżel min u kif jitmexxa. Hawn Malta dejjem ikollna perċentwal ta' votanti qawwi ferm. Madankollu, teżisti faxxa ta' votanti illi jużaw il-vot tagħhom sabiex jipprotestaw minħabba xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fil-konfront tagħhom. Fil-passat, in-Nazzjonalisti kienu l-aktar ibatu minn dan il-fenomenu għal raġunijiet ovvji imma din id-darba jidher illi l-Laburisti ser ibatu minnu. Din il-ġimgħa f 'temp ta' siegħa waqt li kont qed indur fiċ- ċentru tar-Rabat iltqajt ma' żewġ Laburisti illi ħalfuli mingħajr ma saqsejthom illi mhumiex ser jivvutaw: wieħed għar-raġunijiet strettament personali għaliex ma ħax dak li ġie mwiegħed u l-ieħor minħabba l-korruzzjoni. Frankament, ma naqbilx ma' min juża l-vot tiegħu sabiex jipprotesta, tkun xi tkun ir- raġuni. Meta votant ma jagħżilx lil min jixtieq jirrappreżentah, ikun qed iħalli lil ħaddieħor jagħmel din l-għażla għalih. U min ma jivvutax ikun qed jikkalpesta l-memorja ta' min ċarċar demmu u bata sabiex jinkiseb is-suffraġju universali. Imma ċertament dan il- fenomenu jeżisti u żgur mhux ser ikun l-appell tiegħi illi ser ibiddel dawn l-irjus. Minkejja dak kollu illi hemm inpalju u l-akkużi illi jsiru fil-konfront ta' xulxin, jidhirli illi s'issa l-kampanja elettorali qiegħda tiżvolġi b'ċiviltà u b'tensjoni mill-anqas. Kif semmejt, sikwit niltaqa' ma' Laburisti waqt il-kampanja u bosta jawgurawli anke jekk jgħidhuli li mhux ser jivvutawli. Jiena ovvjament jekk nitla' ser inkun deputat għal kulħadd, għall-kostitwenti kollha, ikun xi jkun il-kulur tagħhom. Hekk titlob is-serjetà, serjetà illi sfortunatament hija nieqsa fl-aġir ta' bosta kandidati fil- kamp Laburista. Fost l-abbużi illi qed jitwettqu, hemm min qed idaħħal kemm Alla ħalaq nies fis-settur pubbliku jew f 'kumpaniji illi jaħdmu mas-settur pubbliku. Dan il-fenomenu hu speċjalment mifrux f 'Għawdex fejn jidher ċar illi bosta qed jiġu mħajra illi jitilqu s-settur privat, anke jekk jitħallsu ħafna aktar, sabiex jidħlu jaħdmu mal-famuż gvern. Hemm min jagħmel hekk biex ibati anqas u hemm min jagħmel hekk għax dejjem jibqagħlu l-opportunità illi jaħdem wara l-ħin tax-xogħol. Hu tassew deplorevoli illi wara li l-Partit Laburista ma wettaq l-ebda waħda mill-wegħdiet tiegħu f 'Għawdex, issa qed jibbaża l-kampanja tiegħu bħal tletin sena ilu meta wkoll daħħal eluf jaħdmu mal-gvern. Bħalma ġara dakinhar, il-kaxxa ta' Malta tgħabbiet bla bżonn a skapitu ta' spiża kapitali ferm aktar bżonjuża. U min spiċċa jqatta' ħajtu fis-settur pubbliku, setgħa jikkontribwixxi aktar għall-ġid nazzjonali. Dawn l-għażliet għandhom prezz kif wieħed jista' jara mill-istat fqir tat-toroq illi dalwaqt jibdew jisfrundaw minħabba nuqqas ta' manutenzjoni. Deplorevoli wkoll huma r-rigali illi bosta kandidati Laburisti qegħdin jibagħtu fid-djar tan-nies. Tara ritratti fuq il-Facebook ta' hampers ta' Konrad Mizzi b'landa bully beef ġo fiha u flixkien tal-inbid b'wiċċu fuq it-tikketta. Possibli hawn min jivvota għall-persuna għax jirċievi flixkun inbid jew hamper bil-bully beef? Hu x'inhu l-każ il-fatt illi ministru jiġih f 'moħħu illi jagħti dawn ir-rigali lill-kostitwenti, wara li daħħal gzuz mid-distrett tiegħu f 'korporazzjoni illi taqa' taħtu, mhu xejn aċċettabli. Jidhirli illi dawn ir-rigali jikkwalifikaw bħala prattiċi korrotti illi jagħtu lok għall-proċeduri kriminali fil-konfront ta' min iwettaqhom, bir-riżultat illi jistgħu anke jitilfu s-siġġu tagħhom. Il-ġimgħa l-oħra kelli konversazzjoni ma' tliet Laburisti wara ġurnata ġiri. Wieħed minnhom laqatni ferm: qalli hu ma kienx jaħseb illi l-poplu jagħti kas daqshekk il- korruzzjoni. Ħaseb li għax hawn ix-xogħol u dan il-gvern naqqas is-sikkatura f 'bosta affarijiet, il-poplu ma kienx ser iħabbel moħħu dwar il-korruzzjoni. Ammetta illi kien żbalja u illi l-iskandlu tal-Panama rvinah lil dan il-gvern. Probabilment l-istrateġisti Laburisti wettqu l-istess żball. Issottovalutaw l-impatt tal-iskandli kontinwi fuq l-opinjoni pubblika u ħasbu illi l-poplu jimpurtah biss mill- flus li għandu fil-but. Verament hawn min qed jgħid illi jaqa' u jqum mill-iskandli la darba miexi sew. Imma naħseb illi din hija minoranza assoluta. Fil-maġġorparti, il-poplu jagħti kas il-korruzzjoni u kif. Mill-esperjenza diretta tiegħi issa li dħalt f 'għexieren, jekk mhux mijiet, ta' djar Għawdxin, anke n-Nazzjonalisti l-aktar imweġġgħin minħabba xi ħaġa mwettqa minn gvern Nazzjonalista (u hemm min hu tassew u ġustament imweġġa'), ma jaċċettawx illi l-pajjiż jitmexxa b'dan il-mod. Frażi rikorrenti illi nitlaqa' magħha fit-toroq u fid-djar tan-nies hija "too much". Il-poplu qed iwarrab il- korruzzjoni u dana jidher mid- dikjarazzjonijiet pubbliċi illi qed isiru minn individwi bħal Winston J. Zahra Jnr u Claudine Cassar li setgħu faċilment għalqu ħalqhom kieku ma ħassewx illi m'għandhomx jibqgħu lura. Konsiderazzjoni oħra illi nixtieq nagħmel hi illi meta nara esponenti tal- Partit Nazzjonalista u dak demokratiku jieħdu sehem fl-istess attivitajiet u jaqsmu l-istess pjattaforma, ma nistax ma nirriflettix kemm verament Simon Busuttil jixtieq ibiddel il-wiċċ tal-politika f 'pajjiżna. Hemm raġunijiet tattiċi għal din l-alleanza għaliex il-voti illi ser jieħu l-Partit Demokratiku jistgħu jkunu kruċjali sabiex l-Partit Nazzjonalista jkun jista' jmexxi l-pajjiż. U jista' jkun illi minkejja kollox, il-Partit Demokratiku ma jġibx biżżejjed voti sabiex ikollu deputat fil-parlament u l-voti tiegħu jew jintirtu minn kandidati Nazzjonalisti oħra jew jintilfu. Imma hu x'inhu l-każ xorta huwa esperiment kuraġġuż fil-politika lokali illi juri d-determinazzjoni ta' Simon Busuttil u Marlene Farrugia illi jneħħu lil Joseph Muscat mill- poter.Hawn min jibża' illi jekk Marlene Farrugia tirbaħ siġġu, dina l-koalizzjoni tkun instabbli. Frankament, ma naħsibx illi dan hu probabbli. Dina hija kwistjoni ta' maturità, personali u politika. Simon Busuttil dejjem jipprietka l-politika tal-kunsens u żgur illi ser ikun hemm marġni biżżejjed biex jintlaħaq ftehim dwar differenzi fil-politika b'mod seren. Din l-elezzjoni tista' timmarka it-tmiem tal-karriera politika ta' Joseph Muscat. Anke jekk jirbaħ l-elezzjoni illi għadu ċertament possibli, il-persona politika tiegħu żgur ser tiġi ridimensjonata. L-akbar instabbilità illi jista' jkollna f 'dan il-pajjiż hi ta' Prim Ministru Muscat b'maġġoranza żgħira illi fl-istess ħin qed jaffaċja bosta inkjesti maġisterjali illi jistgħu jagħtu lok għall-proċeduri kriminali fil-konfront ta' membri tal-familja tiegħu u taċ- Chief of Staff tiegħu. Inħallu f 'idejn il-poplu sabiex juża l-bwonsens tiegħu u jivvota b'mod u manjiera illi dan il- pajjiż ikollu gvern b'saħħtu u nadif sabiex jaffaċja l-isfidi kbar li għandna quddiemna. Ftit ħsibijiet tal-aħħar JOE ELLIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017