Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 39

Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Opinjoni 23 M eta niltaqgħu bħala Ministri tal- Edukazzjoni tal-pajjiżi differenti tal-Unjoni Ewropea ta' spiss ikun hemm dibattiti twal u intensi fuq kif se nmexxu 'l quddiem dan il-qasam. Nistqarr li dawn ikunu kwistjonijiet importanti fuq kif se nibqgħu noffru edukazzjoni relevanti għat- tfal fil-pajjiżi tagħna. L-isfidi komuni jeżistu, però kull pajjiż għandu r-realtajiet soċjali tiegħu. F'dawn id- diskussjonijiet naħseb li xi kultant nersqu ftit lejn l-astratt, fis-sens li dak li nkunu qed niddiskutu mhux dejjem ikun paralleli mal-bżonnijiet tanġibbli tal-istudenti tagħna. Daqs kemm hu importanti li f 'livell Ewropew nitkellmu fuq affarijiet strutturali, daqstant huwa importanti li noffru soluzzjonijiet għall-isfidi ta' kuljum fl-iskejjel tagħna. Huwa propju għalhekk li din il-ġimgħa, hekk kif mexxejt laqgħa tal-Ministri tal-Edukazzjoni tat-28 pajjiż tal-UE, kelli miegħi l-iktar stakeholders importanti fil- qasam edukattiv: l-istudenti. Tliet studenti f 'livell differenti tal-edukazzjoni, Amy, Luigi u Joanne, ħadu sehem f 'din il- laqgħa fejn b'mod ċar tkellmu fuq l-affarijiet pożittivi u negattivi li jiffaċjaw kuljum fuqha. Dan il-pass kien importanti fuq żewġ livelli. Nemmen li fl-edukazzjoni għandna nagħtu dejjem iżjed widen x'jgħidulna t-tfal u ż-żgħażagħ li qed jirċievu l-esperjenza tat-tagħlim. Dan ċertament ma jsirx biżżejjed. Fl-istess ħin nemmen ukoll li f 'kuntest tal-Unjoni Ewropea għandna noffru iżjed spazju għal affarijiet tanġibbli tal-poplu tagħna, u mhux nitkellmu biss high politics u fl-astratt. Ta' spiss niltaqa' ma' tfal fl-iskejjel tagħna u nitgħallem ħafna minn dak li jgħidulna. Mhux qed jitolbu affarijiet drastiċi jew tal-fantaxjenza. Qed jgħidulna affarijiet relattivament diretti: li ma jkollhomx daqshekk homework, li jkun hemm bilanċ aħjar tal-ħin fil-ħajja tagħhom, li nnaqqsu l-piż tal-basktijiet, li l-edukazzjoni tkun iktar interessanti u pjaċevoli kif ukoll li jkollhom uniformijiet iktar komdi. Nemmen li dawn huma kollha affarijiet li jistgħu jintlaħqu u huma fil-fatt għanijiet fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Daqs kemm hija importanti l-parti edukattiva tal- iskejjel, daqstant ieħor huwa importanti li nieħdu ħsieb t-tfal tagħna, ma ngħabbuhomx b'homework u eżamijiet żejda u nnaqsu l-istress li qed jiffacjaw minn età bikrija. Tfal li mhux imorru l-iskola kuntenti mhux se jkunu tfal li jiġu attirati lejn it-tagħlim u l-edukazzjoni. Ċertu tibdiliet iridu jseħħu b'mod responsabbli, ċertament hawnhekk se jkun hemm l-involviment tal- edukaturi biex infasslu t-triq 'il quddiem. F'dawn l-erba' snin ħdimna ħafna fuq dan il-lat, fejn nidejna inizjattivi biex it-tfal tagħna jgħixu ħajja iżjed sana u b'saħħitha. Ħdimna ħafna fuq l-edukazzjoni fiżika u żidna l-kwalità tagħha, filwaqt li neħħejna ikel mhux nutrittiv mill-iskejjel. Ma' dawn ħadna ħsieb li jkollna promozzjoni ta' għajxien san, li nemmen għandu jibda minn età żgħira u mhux meta jkunu żgħażagħ jew adulti u ċertu prassijiet jkunu indaraw. Fuq kollox nemmen li għandna nkomplu naħdmu biex it-tfal tagħna jmorru kuntenti l-iskola. Fil-laqgħat magħhom, xi ħaġa li dejjem tispikka hija l-imħabba li t-tfal għandhom lejn sħabhom u l-għalliema u l-LSAs tagħhom. Dan huwa spunt importanti għax mingħajr sens ta' kommunità skola ma jkollhiex ruħ. Proposta li ġibdet ħafna l-attenzjoni, u hija xi ħaġa li t-tfal u l-ġenituri kemm- il darba semmew matul iż-żmien, hija li l-uniformi tkun iżjed komda. Nemmen li, mingħajr ma ndaħħlu lill-ġenituri fi spejjeż bla bżonn u b'konsultazzjoni, nistgħu naslu għal soluzzjoni li tagħmel il-ħajja tat-tfal iktar pjaċevoli. Huwa għalhekk li l-proposti li ressaqna jinkludu wkoll dawk relatati mal-kwalità ta' għajxien tal-istudenti għax l-edukazzjoni mhix biss kotba u tagħlim. Hija wkoll li niżirgħu sens ta' mħabba lejn il-proċess edukattiv fi sfond ta' ħajja sana u pożittiva. Kif ħdimna f 'dawn l-erba' snin, u kif jien u sħabi smajna mingħand l-istudenti tagħna, irridu nressqu l-edukazzjoni dejjem iżjed viċin il-bżonnijiet tat-tfal u żgħażagħ tagħna. Huwa hekk biss li nżommu l-esperjenza edukattiva waħda relevanti u interessanti. "Daqs kemm hija importanti l-parti edukattiva tal-iskejjel, daqstant ieħor hu li ma ngħabbux lill- istudenti b'homework u eżamijiet żejda, u nnaqsu l-istress li qed jaffaċċjaw" "Proposta li ġibdet ħafna l-attenzjoni, u li t-tfal u l-ġenituri kemm-il darba semmew, hi li l-uniformi tkun iżjed komda" X'jgħidulna l-istudenti tagħna? EVARIST BARTOLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017