Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Opinjoni 26 J iena ħa nivvota. Inti le? Jien ħa nivvota, għalfejn le. Jiena ħa nivvota, għax irrid ngħid tiegħi. Jiena ħa nivvota, għax jien m'iniex ġifa. Disa' snin ilu, kont vera fi stat ħażin. L-ewwel mara tiegħi kienet qed tmut. Kont iddisprat. It-tabib kien qalli, "dalwaqt". Kien ġimgħa biss qabel l-elezzjoni. U mietet ġimgħa wara. Lanqas naf x'ġara. 21 sena żwieġ, 22 sena flimkien u kollox spiċċa. Fl-2008 jien ivvutajt PN. Ma kontx naqbel ma' Alfred Sant u kont naħseb li ma kienx denju li jkun Prim Ministru. Imma kont irrabjat mal-PN. Partit ta' Pullicino, ta' Tony Abela, partit ta' RCC. Xorta ktibt li kelli nikteb. Imma niftakar li ġranet wara kien hemm il-bżonn biex ikun hemm elezzjoni għal mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Niftakar inċempel lil Joseph Muscat, kont nafu meta kien ġurnalist imbagħad MEP. Konna ħbieb, imma mhux close. "Hawn, kif int? Naħseb li għandek tikkontesta għal- leader." "Taħseb?" "Iva dan il-pajjiż jeħtieġ oppożizzjoni serja." "Irid nikkonvinċi l-mara," qalli. "U le dik tħobb il-politika iktar minnek." "Narak. Inti okej?" "Le, ċaw." Dik il-ġimgħa stess mietet il-mara. Ma niftakarx wisq. Niftakar il-blogg ta' dik il- miġnuna ħadra tgħid li kont qed norqod ma' persuna meta marti kienet qed tmut. Dak kien biss parti mill- abbuż li jien soffrejt taħt il-pinna moqżieża tagħha. Ili nsofriha ma' eluf oħra mill- 1994. Sentejn u nofs wara meta erġajt iżżewwiġt, u erġajt sibt il-kuntentizza u ċ-ċans li ngħix, qalet li jien kont taqqalt il-mara tiegħi – u għalhekk iżżewwiġt u li l-mara tiegħi leżbjana u bi-sesswali. Gideb. Bħallikieku dan kien xi insult imma xorta! Insultat lil ommi, lil missieri, lil oħti, lil ħbieb eċċ... Ma jimpurtax. Għaddew is-snin. Jien bqajt għaddej. Niftakar qabel l-elezzjoni tal-2013 kont mistieden f 'tieġ fejn kien hemm Lawrence Gonzi. Waqafna nitkellmu, u għidtlu li jien nagħmel id-dover tiegħi bħala ġurnalist imma jien qatt ma nista' nagħtikom il-vot fuq livell personali. "Għalfejn?" "Sempliċi, inti taf kemm ħdimtu biex tkissru l-ħajja tan-nies." Fl-2013, Simon Busuttil ġie elett kap tal-PN. Ġimagħtejn wara stedintu flimkien ma' Beppe u Mario biex jiltaqa' mal-edituri. "Lesti li ntuk l-ispazju kollu, jien riżerva waħda biss għandi." U għidtlu li jien mhux ser nagħmel pressjoni fuq il-ġurnalisti tiegħi imma ma naqbilx li jkollkom x'taqsmu ma' dik il-blogger. Għadda ż-żmien, ir-rapport ta' telfa tal-PN ippunta seba' lejn Daphne Caruana Galizia. U xorta l-korda bejn it-tnejn baqgħet u mhux hekk biss. L-attakki personali komplew u komplew. Meta ġara li ġara fuq Egrant, ħafna nies stennew li jien ser inkun minn tal-ewwel li nxejjer il-bandiera u naqbeż u nagħti fuq sidri favur din il-mara. Iva, jien kont lest nagħti l-benefiċċju tad-dubju lil Joseph Muscat, anki lix- xitan innifsu imma mhux lil Caruana Galizia. Jiena kont waħdi, imma naf li nkun aħjar meta nkun waħdi. Jien lil Caruana Galizia nikkunsidraha mhux biss perikoluża imma miġnuna. Meta ħarġet il-logs tat- telefonati tiegħi li mhumiex għal kollox korretti, ma kienx hemm wieħed imġiddem li nissel kelma. Karl Wright bħala IĠM kellimtu, u wara li kellimtu tista' timmaġina x'għamel…un bel kazz. Kif jgħid il-Malti l-IĠM ma jiswiex karlin. Issa ġejna għas-si u n-no. Jiena qatt ma mort mass meeting f 'ħajti. Qatt ma tajjart bandiera ta' partit bħalma għamel ħaddieħor li jidher qisu clip mill-film 1984 ta' George Orwell. Qatt ma kont membru tal-PN jew PL. Anzi, kont fundatur tal- Ħodor fl-1989 u nirrispetta ħafna lill-AD. Qabel, fl-1986 kont mal-PDm ta' Briguglio x-xiħ. U jien ivvutajt lil kull partit: il-PN, il-PDM (1987), l-AD u l-PL. Ivvutajt l-aktar lill-PN. Fl-2003, meta jien kont parti mill-IVA Malta fl- Ewropa ktibt fl-editorjal tal-MaltaToday biex in-nies jagħtu n-number 1 lill-PN. Naf biss li jien switcher par excellence. Imma jien ma nistax nappoġġja fuq livell personali xi ħadd li jorqod u jaħseb ma' Caruana Galizia. Ma naqbilx mal-ħażin. Ma naqbilx ma' deċiżjonijiet żbaljati imma jien m'iniex ġifa. Lest nitlef id-demm, lest nitlef saqajja imma m'iniex lest nara din il-kapulavur tal-ħdura tkompli tirrenja b'xi mod dirett jew indirett. Inħobb lill-pajjiżi iktar milli nħobb is-slogans. Jew il-boloh li jippretenduha ta' ħassieba ħielsa. L-alternanza importanti, imma l-bajtar parlamentari mhux misjur mhux tajjeb biex jinbiegħ, lanqas biex jittiekel. Jien nagħżel lil pajjiżi, imma mhux il-medjokrità. Mhux il- mibgħeda, mhux il-klassiżmu, mhux dawk li jaħsbu li Malta hawn is-suwed u l-bojod. Iva, jien ħa nivvota, kif hu mistenni minni. B'rispett lejn dawk kollha li f 'dawn l-erba' ġimgħat għajruni għax jien għażilt li naħseb b'moħħi u niddeċiedi b'qalbi. Jien ħa nivvota kif nixtieq jien. Għax jien għext aktar minn nofs ta' seklu u n-nies nafhom, in- nies għarafthom. U inti? Saviour Balzan huwa l-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday SAVIOUR BALZAN "L-alternanza importanti, imma l-bajtar parlamentari mhux misjur mhux tajjeb biex jinbiegħ, lanqas biex jittiekel" "Ma naqbilx ma' deċiżjonijiet żbaljati imma jien m'iniex ġifa. Lest nitlef id-demm, lest nitlef saqajja imma m'iniex lest nara din il-kapulavur tal-ħdura tirrenja b'xi mod dirett jew indirett" Jien ser nivvota. U kif!