Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

illum Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Sports 34 ALESSANDRO Florenzi ġie ppremjat bil-Premio Roma Club Malta wara l-prestazzjonijiet eċċellenti li kellu fl- istaġun 2015-2016. Fil- preżentazzjoni li saret lill-midfielder Taljan ta' 26 sena ġewwa Ruma, huwa qal li jinsab onorat li kiseb dan il-premju li ser jagħmillu aktar kuraġġ biex jissupera malajr kemm jista' jkun il- mument diffiċli li jinsab għaddej minnu bhalissa, wara l-injury li sofra fi Frar. Dan il-premju ingħata lilu mit-tifla tal-president tal- istess klabb, Roberta Sant (fir-ritratt), fejn f 'isem il-klabb Malti awguratlu li jirkupra malajr kemm jista' jkun għall-istaġun li ġej, peress li n-nuqqas tiegħu ħalla vojt kbir fit-tim ta' Roma. Waqt din il-laqgħa, Florenzi rringrazzja lill- partitarji kollha Romanisti f 'Malta, u bagħat iselli għalihom. Il-Kumitat Eżekuttiv ta' Roma Club Malta jixtieq iħabbar li l-Laqgħa Ġenerali Annwali ser issir fit-30 ta' Ġunju 2017 fis-sede li tinsab fi Triq Tunis Pembroke fit-8 ta' filgħaxija. In- nominazzjonijiet għall- Kumitat Eżekuttiv ser jibqgħu jintlaqgħu, b'imejl fuq graziellabencini@ gmail.com sat-23 ta' Ġunju 2017. Il-laqgħa hija miftuħa biss għal dawk li jkunu ħallsu l-isħubija għall-aħħar staġun, filwaqt li jintlaqgħu wkoll proposti għall-mozzjonijiet jew emendi fl-istatut sal-istess data u fuq l-istess indirizz tal-posta elettronika. Organizzat Kinder+Sport Tennis tournament f ' Malta TOURNAMENT internazzjonali tat-Tennis, Kinder+Sport ser jsir f ' pajjizna bhala parti minn numru ta' tournaments li ser jsiru f ' disa' pajjiżi differenti. It-tournament ta' Malta ser jsir f 'zewg tappi, l-ewwel wieħed diġà beda fl-20 ta' Mejju u jintemm propju llum it-28 ta' Mejju fil-Marsa Sports Club, u l-ieħor se jkun qed jiġi organizzat bejn it-3 u d-9 ta' Lulju fil- Pembroke Tennis Club. Ir-rebbieħa tat-tournaments ser jippartecipaw f 'Masters f 'Ruma bejn ir-rebbieha kollha li ser jsir bejn l-20 t'Awwissu u l-25 t'Awwissu 2017. Kulhadd jista' jippartecipa b'xejn. Il- partecipanti ser jikkompetu fil-kategorji tal-eta' tagħhom minn taħt l-10 snin jibqgħu telgħin sa taħt is-16-il sena. F'edizzjonijiet preċedenti, il-finalisti ltaqgħu ma' diversi personalitajiet famużi fosthom Francesca Schiavone, Flavia Pennetta, Sara Errani, Jo Wilfried Tsonga, Fabio Fognini, Simone Bolelli, Corrado Barazzutti and Nicola Pietrangeli. It-trofew Kinder+Sport Tennis Trophy huwa organizzat mill-federazzjoni tat-Tennis Taljana b'kollaborazzjoni mal-Grupp Kinder Ferrero u taħt l-awspiċju tal- Malta Tennis Federation. Fuq inizjattiva tal-eks champion Taljana Rita Grande, dan it-tournament din is-sena ġie estiż ma' diversi pajjiżi oħra fosthom l-Awstrija, l-Bugarija, il- Ġermanja, l-Italja, Iżrael, Lussemburgu, Monaco, l-Ungerija u Malta, qabel it-tournament finali fl-Italja. "Din l-inizjattiva nibdet mill- kollaborazzjoni li tezisti bejn il-Federazzjoni Maltija tat- Tennis u dik Taljana. Nixtieq nirringrazzja lill-Federazzjoni Taljana u Kinder li għażlu Malta. Nixtieq nawgura lill-parteċipanti kollha," il-President tal-Malta Tennis Federation Dr David Farrugia Sacco qal. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat email fuq info@ maltatennisfederation.com jew iżur is-sit tal-Federation, www.maltatennisfederation. com. Żewġi itfal li ħadu sehem f 'edizzjoni pas- sata tal-Kinder+Sport Tennis tournament Alessandro Florenzi ppremjat bil-Premio Roma Club Malta Alessandro Florenzi imkien ma' Roberta Sant Tingħata aktar art għall-użu sportiv FILJIEM li għaddew, ġie ffirmat il-ftehim sabiex tliet siti jkunu trasferiti lil tliet clubs sportivi biex huma wkoll ikollhom il-faċilità sportiva tagħhom—dan sar mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius waqt konferenza tal-aħbarijiet. Il-klabbs in kwistjoni huma dawk tal-football tal-Marsa u Naxxar Lions, u l-klabb tal-waterpolo ta' Valletta. Chris Agius irringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw fit-tragward li ntlaħaq. Huwa saħaq li fl-irwol tiegħu jħoss id-dover li jara kif il-klabbs ikunu moqdija bl-aħjar mod; it-trasferiment tal-art mhux biss se jagħti faċilità sportiva lil dawn it-tliet klabbs, imma se jkun ukoll qed jgħinhom ikunu aktar sostenibbli meta jħaddmu l-liġi tal- kummerċjalizzazzjoni tal-art. Is-Segretarju Parlamentari għall- Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva Deborah Schembri faħħret il-ħidma tal-voluntiera. Hija spjegat kif il-bord il-ġdid tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa mpenjat li jassisti fejn jista' fir-rigward ta' faċilitajiet sportivi. Dan imur id f 'id mal-liġi tal- kummerċjalizzazzjoni tal-art li tnediet miż-żewġ segretarjati fil-ġimgħat li għaddew. Saru wkoll interventi mit-tliet presidenti rispettivi: Twanny Mercieca (Marsa FC), Pierre Sciberras (Naxxar Lions), u Victor Spiteri (Valletta Waterpolo), li kollha kellhom kliem ta' tifħir u li qiesu dan il-ftehim bħala wieħed storiku u ħolma li saret realtà. L-Onorevoli Chris Agius jippreżenta donazzjoni lil wieħed mir-rappreżentati tal-klabbs li bbenekaw minn art sportiva ġdida Ritratt:DOI - Kevin Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017