Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 | illum Sports 35 Żewg midalji tal-fidda u waħda bronż għal Malta fit-Tazza tal-Mediterran tad-Darts IS-17-IL edizzjoni tat-Tazza tal- Mediterran li kienet qiegħda tintlagħab ġewwa Poissy fi Franza ġiet fi tmiemha bit-tim nazzjonali Malti jirbaħ tliet midalji; tnejn tal- fidda fil-kompetizzjoni tat-tim u l-individwali u bronż fil-klassifika finali. It-tim kompost min erba' plejers: Norbert Attard, David Attard, Godfrey Abela u John Agius beda bl-impenji tiegħu billi t-tim irnexxielu jikkwalifika mill-fażi tal-gruppi. Fl-ewwel partita safa megħlub bl-iskor ta' 9-7 mir-Rumanija imma żewġ rebħiet konvinċenti fuq il-Greċja 9-6 u Ċipru 9-4 poġġew lit-tim Malti fit-tieni post tal-klassifika. Fit-tieni ġurnata ntalbu l-partiti mil- kompetizzjoni tal-individwali u l-pari bil-plejer Malti, John Agius jibrilla fl- individwali b` rebħiet fuq E.Pantelidis tal-Greċja 4-0; R.Negot tar-Rumanija 4-1 u D.Carrasco tal-Katalonja 4-3 biex jassigura post fis-semi-finali. Norbert u David Attard sfaw eliminati mal-aħħar 16, b`Abela jinqala rawnd qabel. Mil- kompetizzjoni tal-pari l-ebda tim Malti ma irnexxilu jasal sa semi-finali. Fl-aħħar ġurnata mimlija b`emozzjonijet għall-kontinġent Malti bdiet fuq nota tajba b` Agius jirbaħ is-semi finali tiegħu 4-1 kontra A.Frim tar-Rumanija. It-tieni logħba kienet dik mil-fażi tas-semi finali tat-tims fejn Malta irnexxilhom jegħlbu lil hosts, Franza 9-8 b` rimonta brillanti wara t-tim Malti sab ruħu 8-4 min taħt. Il- logħob kompla wara nofsinhar, l-ewwel bil-finali tal-individwali b` John Agius jitlef 4-3 kontra l-Franċiż, Jacques Labre wara li kien qed igawdi b` vantaġġ doppju ta` 3-1. L-aħħar partita mill-kompetizzjoni kienet il-finali tat-timijiet fejn Malta sfat megħluba għat-tieni darba mit-tim Rumen bi skor identiku ta` 9-7. F` din il-partita t-tim Malti kien fuq in-naħa l-ħażina tar-rimonta hekk kif ma rnexxielux jagħlaq il-partita minn vantaġġ ta' 7-4. Andre Zammit (public relations officer) qal: "Bħalissa normali li l-plejers ikunu xi ftit diżappuntati b`żewġ telfiet fil-finali, imma overall ninsabu kburin bil-prestazzjoni tat-tim kollu speċjalment li tnejn mill-erba' plejers kienu qegħdin jagħmlu d-debut tagħhom fit-tim nazzjonali – John Agius u David Attard." XVII Mediterranean Cup – Unuri: Irġiel overall –1. Franza 58 punt; 2. Rumanija 46 punt; 3. Malta 38 punt; 4. Turkija 26 punt; 5. Katalunja 20 punt; 6. Ġibiltà 18-il punt; 7. Ċipru 14-il punt; 8. Greċja 12-il punt. Irġiel tim –1. Rumanija; 2. Malta; 3. Franza u Katalunja Irġiel singoli – 1. J.Labre (Franza); 2. J.Agius (Malta); 3. A.Frim (Rumanija) & K.Pantelidis (Greċja). Irġiel pari –1. Franza; 2.Ġibiltà; 3.Turkija u Rumanija. Nisa overall – 1. Katalunja u Greċja A 18-il punt; 3 Turkija A 14-il punt; 4 Franza A 12-il punt; 5Turkija B & Franza B 6 punti; 7 Greċja B 4 punti; 8Rumanija 0 punti. Il-plejers Maltin li rrapreżentaw lil pajjiżna fit-Tazza tal-Mediterran tad-Darts