Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 39

illum Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Sports 36 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol IKER CASILLAS - L-eks captain ta' Real Madrid u attwalment goalkeeper ta' Porto, Iker Casillas, jista' jingħaqad ma' Liverpool matul is-sajf li ġej. Jidher li dan il-goalkeeper internazzjonali Spanjol diġà qabel rigward ftehim kuntrattwali mal-klabb minn Mersyeside, li se jkun qed jirritorna fil-UEFA Champions League matul l-istaġun li ġej wara li temm fl-ewwel erba' postijiet fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra. Jidher li Jurgen Klopp għandu stima kbira lejn dan il-goalkeeper u jekk jingħaqad mar-Reds ikun l-għażla naturali bejn il-lasti ta' Liverpool. MANUEL LANZINI - Chelsea xeħtu ħarsithom fuq il-midfielder ta' West Ham United, Manuel Lanzini, bħala sostitut ideali għal Cesc Fabregas li mistenni jħalli lil Chelsea matul is-sajf li ġej. Dan il-plejer Spanjol kien qed jinteressa wkoll lil AC Milan u d-direttur tekniku ta' Chelsea Michael Emenalo qed iqis lil Lanzini bħala suċċessur perfett għal Fabregas, b'rapporti qed jindikaw li Emenalo iqis li Lanzini għad ikun tajjeb daqs Luka Modric. PEPE - Id-difensur Portugiż ta' Real Madrid, Pepe, jinsab ferm viċin li jħalli lill-Galacticos biex jingħaqad ma' Inter matul is-sajf li ġej. Fabio Coentrao, James Rodriguez u Mariano wkoll jidhru li se jkunu qed iħallu lill-Madrileni bi plejers oħra bħal Danilo, Alvaro Morata, Gareth Bale u Keylor Navas ukoll jidhru li m'għandhomx post garantit fis-Santiago Bernabeu matul l-istaġun li ġej. Għadha ma ssemmiet l-ebda somma ta' kemm Inter lesti joffru lil Real Madrid biex jakkwistaw is-servizzi ta' Pepe. JOHN TERRY - John Terry għandu għażla li jingħaqad jew ma' Swansea City jew inkella ma' AFC Bournemouth matul is-sajf li ġej, hekk kif dawn iż-żewġ timijiet li jimmilitaw fil-Kampjonat Barclays Premier jinsabu f 'taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw lil dan il-plejer. Il-manager tas-Swans Paul Clement li ħadem ma' Terry ma' Chelsea jinsab lest li jiftaħ taħdidiet mal-istess plejer għall-akkwist tiegħu qabel jibda l-istaġun li ġej. Madankollu, il-manager ta' AFC Bournemouth, Eddie Howe, jinsab lest li joffri kuntratt ta' sentejn lil dan il-player. ALEXIS SANCEZ U KYLE WALKER - Manchester City qed jemmnu li Alexis Sanchez u Kyle Walker se jkunu qed jingħaqdu magħhom sa mill-istaġun li ġej għas-somma ta' €100 miljun. Bayern Munich u PSG ukoll jinsabu interessati f 'dawn il-plejers għalkemm kollox qed jindika li Alexis Sanchez se jkun qed jibqa' ma' Arsenal hekk kif din hija x-xewqa tiegħu. Wara staġun diżappuntanti, Manchester City, qed jippruvaw isaħħu l-iskwadra tagħhom u dawn qed jitqiesu bħala żewġ tragwardi ewlenin tagħhom. RADJA NAINGGOLAN - Manchester United ingħaqdu fit-tellieqa mar-rivali Chelea biex jippruvaw jakkwistaw lill-midfielder ta' Roma, Radja Nainggolan. Il-Blues huma rrapurtati li diġà kellhom offerti għal dan il-player Belġjan rifjutati fl-2016, u Manchester United qed jippruvaw jipperswadu lil Roma u lil Nainggolan innifsu biex jingħaqad magħhom meta tiftaħ it-tieqa tat-trasferimenti fi ftit tal-ġimgħat oħra. Dan il-plejer irriżulta bħala wieħed mill-aqwa players fis-Serie A f 'dawn l-aħħar snin. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - Chelsea daħlu fit-taqtiegħa biex jakkwistaw lill-attakkant ta' Borussia Dortmund, Pierre-Emerick Aubameyang. Dan il-plejer internazzjonali mill-Gabon li skorja 37 goal fil- kompetizzjonijiet kollha matul dan l-istaġun, għandu valur ta' madwar €50 miljun. Huwa sploda fir-rendiment tiegħu fl-aħħar żewġ staġuni ma' Borussia Dortmund fejn skorja nixxiegħa ta' goals importanti għal dan it-team Ġermaniż. Riċentament, ġie rrapurtat li dan il-plejer seta' jingħaqad ma' AC Milan. minn Cristian Antony Muscat ALVARO MORATA - AC Milan jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lil Alvaro Morata mingħand Real Madrid. Dan l-attakkant Spanjol ma ħalliex l-impatt mixtieq mal-Galacticos meta ngħaqad magħhom mingħand Juventus u ssemma' li seta' jingħaqad ma' club fil-Premier League Ingliż. Madankollu, huwa jista' jirritorna fl-Italja, bis-sid il-ġdid ta' AC Milan Li Yonghong jinsab interessat fih. Jidher li AC Milan jinsabu lesti li jħallsu s-somma ta' €60 miljun għas-servizzi tiegħu, hekk kif ir-Rossoneri jidhru li se jkunu qed jinvestu bis-sħiħ għall- istaġun li ġej. JAN OBLAK - Manchester United jinsabu lesti biex jakkwistaw lill-goalkeeper internazzjonali Sloven ta' Atletico Madrid li tant qed jimpressjona ma' dan it-tim, Jan Oblak. Dan dejjem jekk David de Gea jagħżel li jħalli lir-Red Devils biex jingħaqad ma' Real Madrid. Intant, huwa mifhum li anki Real Madrid jinsabu interessati f 'Oblak fejn huma mistennija jagħmlu offerta uffiċjali għalih fil-ġimgħat li ġejjin. Għadha ma ġiet irrappurtata l-ebda ċifra ta' kemm ir-Red Devils u l-Galacticos jinsabu lesti li joffru għal dan il-goalkeeper.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017