Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527
illum | Il-Ħadd 28 ta' Mejju 2017 Aħbarijiet INVESTIMENT REKORD FIL-KORPI DIXXIPLINATI Aktar minn €90 miljun Tagħmir tal-aħħar teknoloġija Taħriġ professjonali Titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol Għal servizz ta' kwalità li jixraqlek Pulizija www.homeaairs.gov.mt/nipproteġuk Għall-ħarsien tiegħek Armata Protezzjoni Ċivili Faċilita' Korrettiva L-AD tfaħħar l-iżżarmar tat- tankijiet minn Birżebbuġa ...tappella biex ikun hemm diskussjoni mar-residenti dwar l-art fejn kien hemm l- impjant tax-Shell LALTERNATTIVA Demokratika ilbieraħ sejjħet konferenza stampa f 'Birżebbuġa, ħdejn id-depot tal-fuel tal-Enemalta, lokalità b'eżempju tal- impatti ħżiena tal-iżvilupp fuq in-nies. "Id-deċiżjoniiet politiċi għandhom dejjem ikollhom il-kwalita tal-ħajja tar-residenti bħala l-oġġettiv primarju tagħhom." Dan qalu Pascal Aloisio, kandidat tal-Alternattiva Demokratika fuq il-5 Distrett. "Il-lokalità li qegħdin fiha, Birzebbuġa," kompla jgħid Aloisio hija waħda mill-ħafna eżempji f 'Malta fejn l-iżvilupp tħalla javvanza għal żmien twil mingħajr l-iċken konsiderazzjoni tal-impatti tiegħu fuq in-nies. Quddiemna hawn l-impjant tal- Enemalta li għal snin twal serva għall- ħażna tal-fuels: imdawwar bid-djar li fihom joqgħodu n-nies. Fil-Qajjenza f 'tarf ta' Birżebbuġa, sa 4 snin ilu kellna l-impjant tal-gass, ukoll imdawwar b'żona residenzjali. Fit-tarf l-ieħor ta' Birżebbuġa hemm il-Port Ħieles li hu viċin wisq taż-żona residenzjali u li kontinwament joħloq inkonvenjent bi storbju li ma jispiċċa qatt." Aloisio kompla jgħid li snin ilu f 'Birżebbuga inbena Housing Estate eżatt taħt l-aħħar parti tal-flight path għall-ajruplani li jinzlu fl-ajruport internazzjonali f 'Ħal-Luqa min-naħa tal-Port Ħieles. Għalkemm dan hu ta' inkonvenjent kbir, għoddu indara wara dawn is- snin kollha, imma xorta, l-istorbju u l-emissjonijiet m'humiex l-aħjar kontribut għall-kwalità tal-ħajja f 'żona residenzjali. Anke l-power station, kompla jgħid Aloisio, dejjem kienet problematika. L-ewwel bl-emmissjonijiet tal-HFO imma issa minħabba t-tanker tal-gass li qiegħed faċċata. "Minkejja li bla dubju ttieħdu l-prewkazzjonijiet meħtieġa biex ikun evitat inċident, il-preżenza tiegħu fil-Port ta' Marsaxlokk xorta tibqa' inkwetanti iktar u iktar meta hu magħruf li offerta mill-korporazzjoni Taljana ENEL kienet offriet snin ilu li jsir pipeline tal-gass li kien jissuplixxi lil Malta minn Sqallija." Intant Carmel Cacopardo Deputat Chairperson tal-AD innota b'sodisfazzjoni li bħala riżultat ta' kunxjenza ambjentali li qed tikber bil-mod, anke mertu tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa u ta' Alternattva Demokratika, l-impjant tal-Qajjenza iżżarma u l-Port Ħieles beda fl-aħħar jikkonsidra li jieħu passi rimedjali biex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tiegħu fuq ir-residenti. Dan l-impjant ta' quddiemna," kompla jgħid Cacopardo, "matul ix-xhur li ġejjin jibda jiżżarma u bla dubju tibda diskussjoni imqanqla dwar x'użu għandha issir minn din l-art. Din ser tkun opportunita unika biex lill-komunità ta' Birżebbuġa jingħatalha lura ftit minn dak li ttieħdilha tul is-snin bl-iżvilupp ta' faċilitajiet għat-tgawdija tal-komunità kollha." Alternattiva Demokratika tawgurali ma jkunux imposti deċiżjonijiet fuq ir- residenti. Għandhom ikunu ir-residenti infushom li jagħżlu t-triq 'il quddiem biex din l-opportunità unika tissarraf f 'ġid għall-komunita kollha.