Illum previous editions

illum 28 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/829527

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Elezzjoni2017 2017 9 teħodhom żgur Titjib fil-pensjonijiet L-anzjani qed jieħdu prijorità fiż-żewġ programmi elettorali, b'listi twal ta' proposti għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-anzjani u pensjonanti. Fil-fatt, fost il-proposti u wegħdiet f 'dan is-settur, il-PN wiegħed li l-pensjoni minima nazzjonali, tilħaq il-paga minima nazzjonali. Fl-istess waqt, il-PL qal li se jkun qed jagħti ż-żieda maqbula dwar il-paga minima lill-pensjonanti, bil-mira li jkun hemm żieda ta' €8 fil-ġimgħa. Żieda għall-anzjani 75+ Il-benefiċċju mogħti lill-anzjani li jkollhom iktar minn 75 sena u li jkunu għadhom jgħixu fi djarhom, għandu jara żieda ta' €200, għal €500. Din il- wegħda saret fiż-żewġ programmi elettorali. Sick leave għall-mard tat-tfal Iż-żewġ partiti qed jipproponu li fl-eventwalità li t-tfal ikunu morda, il- ġenituri jkunu jistgħu jieħdu ġranet mis-sick leave li huma intitolati għalih sabiex jieħdu ħsieb lil uliedhom. Żieda u titjib fil-Maternity Leave Il-leave tal-maternità ngħata importanza miż-żewġ partiti, bit-tnejn li huma jsemmu l-leave tal-paternità wkoll. Il-Partit Laburista qed jipproponi kunċett ta' family leave fejn il-leave tal-omm u tal-missier jista' jingħaqad flimkien u jinqasam skont il-bżonnijiet tal-familja. Il- programm elettorali tal-PN isemmi konsultazzjoni mal-MCESD għal żieda ta' erba' ġimgħat mal-leave tal-maternità u introduzzjoni ta' erba' ġimgħat ta' leave tal-paternità. Titjib fiċ-children's allowance Proposta identika fiż-żewġ manifesti hi dik taċ-children's allowance, b'żieda ta' €100, minn €450 għal €550, waqt li familji bi dħul baxx, jiggwadanjaw minn żieda ta' €200. Ħlas indaqs għal xogħol indaqs Iż-żewġ programmi elettorali jinsistu fil-ġlieda kontra l-inġustizzji fil- pagi. Għaldaqstant, fit-tnejn li huma, qed jiġi propost il-kunċett ta' equal pay for equal work, fejn kull ħaddiem li qed jagħmel l-istess xogħol, jiġi mħallas bl-istess paga. Djar residenzjali għall-persuni b'diżabbiltà Wara li kien hemm numru ta' djar għall-persuni b'diżabbiltà fil-komunità, iż-żewġ partiti qed iwiegħdu li dan in-numru jkompli jiżdied. Il-Partit Laburista żied jgħid li f 'dawn id-djar, għandhom jitjiebu u jiżdiedu s-servizzi offruti, fosthom programm ta' smarthomes bl-aħħar tekonoloġija. Il-problema tal-housing Iż-żewġ partiti wiegħdu fil-manifesti rispettivi tagħhom li jindirizzaw il-problema ta' housing soċjali billi jinbnew numru ta' appartamenti ġodda tal-Gvern. Il-PL qal ukoll li diġà hemm pjanati mas-650 unit, li se jinbnew fit-tliet snin li ġejjin, u 400 oħra fuq perjodu ta' 5 snin. L-aħjar opportunitajiet minn Brexit Il-ħruġ tar-Renju Unit mistenni jġib miegħu diversi opportunitajiet għall-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, iż-żewġ manifesti għarfu jinkludu punt dwar kif mistennija jisfruttaw l-aktar mill- opportunitajiet ta' dan il-ħruġ. Il-PL qed iwiegħed task force bejn il-Gvern u l-Malta Enterprise, biex taħtaf l-opportunitajiet li jaslu. Bl-istess mod, il-PN qed iwiegħed li jinħatar mibgħut speċjali sabiex ikun qed jilqa' għal xi effetti negattivi mill-Brexit, waqt li jisfrutta l-opportunitajiet. Pajjiżna bħala ċentru tal-FinTech Iż-żewġ partiti rrikonoxxew l-importanza tas-settur finanzjarju u dak tal-informatika. Iż-żewġ programmi elettorali jitkellmu dwar potenzjal li għandu l-pajjiż sabiex isir ċentru ewlieni fir-reġjun, u anke internazzjonalment. Tax rebates fuq il-kura tas-saħħa privata Sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq l-isptar ċentrali, iż-żewġ manifesti jitkellmu fuq tnaqqis ta' taxxi permezz ta' tax breaks, tax credits u rebates għal min iħallas polza tal-kura tas-saħħa privata. Bordijiet bilanċjati Wegħda favur iktar bilanċ u ugwaljanza hi dik li jkun hemm iktar bilanċ fil-ħatriet f 'bordijiet. Il-Partit Laburista qed iwiegħed li fejn jidħlu ħatriet pubbliċi, il-bordijiet ta' entitajiet maġġuri jkollhom minimu ta' 40% tas- sess l-inqas rappreżentat. Il-PN, min-naħa tiegħu wiegħed li minn tal- inqas nofs il-membri ta' bordijiet pubbliċi, ikunu kollha nisa. Servizz ta' terapija ormonali Il-Partiti qed jitkellmu fl-istess sens, dwar drittijiet għall-LGBTIQ meta qed jgħidu li għandu jkun hemm servizzi ta' terapija ormonali. Il-PL qed jgħid li għandu jitwaqqaf gender clinic biex jagħti iktar servizzi lill-persuni trans, intersex u queer. Il-PN qed iwiegħed klinika fejn minbarra terapija ormonali, u operazzjonijiet għall-persuni trans. Iktar ċentri tas-saħħa mal-pajjiż Il-kura primarja qed tingħata attenzjoni fil-manifesti elettorali, bit-tnejn li huma jwiegħdu l-bini ta' ċentru tas-saħħa fit-Tramuntana tal-pajjiż u ieħor fiċ-ċentru, u dan minbarra ta' Raħal il-Ġdid li diġà nbeda x-xogħol fuqu. Jonqos il-piż fuq l-għalliema L-għalliema ngħataw importanza fiż-żewġ programmi elettorali, b'enfasi fuq tnaqqis tal-piż fuq l-għalliema biex ikunu jistgħu jiffukaw iktar fuq it- tagħlim, waqt li jitjiebulhom il-kundizzjonijiet tagħhom. Jitneħħew il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet tal- Matsec Il-ħlasijiet minn fuq l-eżamijiet tal-Matsec għandhom jitneħħew minn fuq l-istudenti, skont il-proposti taż-żewġ partiti. L-ebda proġett fuq ODZ Iż-żewġ manifesti kkommettew ruħhom sabiex jipproteġu l-art fiż-żona ta' barra l-iżvilupp u wiegħdu li fuq din l-art, ma jsirux proġetti. Il- manifest Laburista jorbot lill-PL li ma jsiru l-ebda proġetti maġġuri f 'dawn iż-żoni. Min-naħa l-oħra, il-programm elettorali Nazzjonalista jorbot lill-PN li din iż-żona tiġi protetta filwaqt li biex jiġi awtorizzat proġett fuq ODZ, id-diskrezzjoni ma tibqax tal-Prim Ministru, imma l-aħħar kelma tingħata lill-Parlament. Ċimiterju għall-annimali Hekk kif din hija proposta li tista' tinstab fiż-żewġ manifesti elettorali, mistenni jinbena ċimiterju għall-annimali. Il-Partit Nazzjonalista jżid jgħid ukoll li għandu jinbena wkoll krematorju għal dawn l-annimali. Djar residenzjali għall-persuni b'diżabbiltà 9 Djar residenzjali għall-persuni b'diżabbiltà Djar residenzjali għall-persuni b'diżabbiltà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 28 May 2017