Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 561 • 16 ta' Lulju 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Tonio jirreżisti pressjoni biex jitfa' n-nomina • Numru kbir ta' Nazzjonalisti jridu lil Tonio Fenech Kap • Mario De Marco jeskludi li jikkontesta kwalunkwe kariga, għalissa • Alex Perici Calascione se jingħaqad ma' Said u Delia fil-ġirja Minn Albert Gauci Cunningham Sigħat biss qabel jiftħu n-nomini u tibda l-kampan- ja għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista l-ILLUM tinsab infurmata li kienu ħafna dawk in-Nazzjona- listi li avviċinaw lill-eks Ministru Tonio Fenech biex jitfa' n-nomina għall-kariga ta' Kap tal-PN. Minkej- ja l-vot favur l-Att dwar iż-Żwieġ fil-Parlament, jid- her illi l-ħsibijiet u l-pożizzjoni ta' Fenech favur vot ħieles u kontra l-istess Att kif preżentat mill-Gvern niżel tajjeb ħafna, ma' firxa wiesgħa tal-għeruq tal- istess partit. Mhux biss. Il-fatt li Fenech kien l-aktar voċiferu kien privatament milqugħ minn numru ta' Deputati Nazzjonalisti, li minkejja l-vot tagħhom kienu ħafna aktar qrib Fenech fil-ħsieb tagħhom, milli lejn il- Kap Simon Busuttil. F'kuntatt li din il-gazzetta għamlet ma' Fenech, dan ikkonferma li fl-aħħar jiem kellu rispons pożittiv minn numru kbir ta' attivisti li ħeġġewh jitfa' n-nomina għal Kap tal-PN. Mistoqsi jekk hux se jikkunsidra, Fenech kien skjett u wieġeb hekk; 'Le, m'iniex f'pożizzjoni li nitfa' n-nomina għall-Kariga ta' Kap tal-PN.' Hu kompla jgħid ukoll li l-kummenti tiegħu dwar il-liġi li għaddiet mill-Parla- ment din il-ġimgħa ma kienu bl-ebda mod intenzjonati 'biex nevalwa jekk għandix nitfa' n-nomina għal Kap jew le. Jiena però, nixtieq inkompli nagħti l-kontribut tiegħi lill-partit," temm jgħid Fenech mal-ILLUM. Ara paġna 12 Ara paġna 13 'Neliminaw l-prekarjat darba għal dejjem' X'jaħseb Chris Said dwar...? WARA kampanja ta' ftit iktar minn tliet ġimgħat ilbieraħ id-delegati Laburisti għamlu l-għaża tagħhom għal Deputat Mexxej u Deputat Prim Ministru. Wara t-tieni jum ta' votazzjoni kien Chris Fearne li ħareġ rebbieħ. DAN wara l-ewwel votazzjoni illi minnha l-Ministru Helena Dalli kienet eliminata wara li ġabet biss 199 vot, filwaqt li Chris Fearne kiseb 296 vot u warajh, il-Ministru Scicluna b'249 vot. Din hija t-tieni elezzjoni għal Deputat Mexxej fi ftit iktar minn sena, bl-aħħar waħda ssir f 'Ġunju tas-sena l-oħra b'Chris Cardona jkun elett Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Chris Fearne se jieħu post Louis Grech. 'Kuntenta li għixt din il-ġurnata importanti fl-istorja ta' Malta' Ara paġni 6 u 7 Chris Fearne se jinħatar Deputat Prim Ministru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017