Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Programm Operattiv I - Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Avviż parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali Avviż dwar is-Sejħa għas-sottomisjonijiet ta' proposti ta' proġetti taħt il-V sejħa Sessjonijiet informattivi għall-applikanti prospettivi għal proposti ta' proġetti ġodda taħt Ass Prijoritarju 1 Id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza tixtieq tinforma lill-applikanti prospettivi tal-Ass Prijoritarju 1 (PI7i) 'L-investiment fir-riċerka, fl-iżvilupp teknoloġiku u fl-innovazzjoni', li flimkien mas-sessjonijiet l-oħra ta' din is-sejħa, ser tiġi organizzata sessjoni informattiva addizzjonali fis-7 ta' Awwissu 2017. Barra minn hekk, l-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tħabbar li fl-4 ta' Awwissu 2017, l-applikanti prospettivi kollha tal-Ass Prijoritarju 1 qed jingħataw l-opportunità li jattendu laqgħat individwali ta' konsultazzjoni ma' esperti mill-Bank ta' Investiment Ewropew. Applikanti prospettivi għandhom jikkonfermaw l-interess tagħhom billi jibagħtu korrispondenza elettornika fuq rachel.fenech-gonzi@gov.mt jew jagħmlu kuntatt fuq 2200 1138 mhux iktar tard mill- 31 ta' Lulju 2017 għal aktar informazzjoni. Is-sessjonijiet kollha se jkunu skont id-dati li ġejjin: 21 ta' Lulju 2017 (Ħarsa Ġenerali); 24/25/26 ta' Lulju 2017(Kif Tapplika Onlajn - Workshop); 4 ta' Awwissu 2017 (Laqgħat individwali ta' konsultazzjoni ma' esperti mill-Bank ta' Investiment Ewropew); 7 ta' Awwissu (Kif Tippjana Proposta ta' Proġett u l-FA/FFS/CBAs għall-Applikanti). Sentenza sospiża wara li qajmu kjas f 'Ħaż-Żabbar ŻEWĠ irġiel ġew mogħtija sentenza sospiża wara li rrikattaw lil xulxin b'armi ġewwa Ħaż-Żabbar jumejn ilu. Gareth Chlach, ta' 18-il sena li ilu jgħix Ħaż-Żabbar għaxar snin u Youssef Samah, Gażi ta' 20 sena, dehru quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia talli kisru l-paċi pubblika. Huma ġew arrestati wara li qajmu għagħa fi pjazza San Ġakbu Ħaż-Żabbar stess. Chlach kien akkużat ukoll li agredixxa u hedded t-tielet persuna li mhix identifikata. Samah kien akkużat li qed iġorr fuqu arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-pulizija. L-avukati tal-imputati ammettew l-akkużi miġjuba kontra Chlach u Samah. It-tnejn ġew ikkundanati 3 xhur ħabs sospiżi għal sentejn. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud. L-avukati Benjamin Valenzia u Leontine Calleja dehru għall-akkużati. ILBIERAĦ, għall-ħabta tat-2:40pm, il-Pulizija ġew infurmati mill-Forzi Armati ta' Malta li kien ser jidaħħal katavru f 'Xatt it-Tiben. Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija, irriżulta li l-katavru nstab madwar 18-il mil nawtiku 'l barra minn Tigne, Tas-Sliema. Il-katavru nstab fi stat qawwi ta' dekompożizzjoni. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl- inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Jinstab katavru l-baħar Sigurtà l-Blue Lagoon LERRC flimkien mal-MTA jixtiequ jassiguraw lill- pubbliku li l-għawm fil-Blue Lagoon huwa sigur sakemm jirrispettaw il-proċeduri tal- għawm fiż-żona mmarkata u jirrispettaw il-bnadar tas-sinjali li l-ERRC jtellgħu kuljum u jżomm aġġornati f 'kull mument tal-ġurnata. Illum aktar minn mitt għawwiem kellhom jiġu salvati minħabba kurrenti li ħasdu l-għawwiema u kellhom jintużaw żewġ dgħajjes tas-salvataġġ biex jiżguraw is-sikurezza tal-għawwiema kollha. L-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) hija organizzazzjoni volontarja, karitatevoli u mhux għall- profitt li għandha l-għan ewlieni li tipprevjeni u tiffaċilita sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu persuni f 'riskju. Is-servizz tal-ERRC lifeguarding f 'Għawdex u Kemmuna huwa possibbli minħabba l-appoġġ finanzjarju mill-MTA, kif ukoll mill-Ministeru għal Għawdex, l-Imġarr Marina, Transport Malta, Pulizija, Forzi Armati ta' Malta, u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ftehim bejn l-Imdina u distrett f 'Beijing DIN il-ġimgħa ġie ffirmat Memorandum of Understanding għall- ġemellaġġ bejn l-Imdina u d-distrett Ċiniż Dongcheng f 'Beijing. Għal dan l-iffirmar kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, l-Ambaxxatur ta' Malta għaċ-Ċina, John J. Aquilina, l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, Jiang Jiang, is-Sindku tal-Imdina Peter Dei Conti Sant Manduca, il-Konsulent tal-Kunsill ta' Dongcheng, Zhang Jiaming u l-President tal-Malta China Friendship Society Reno Calleja. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis f 'diskors li għamel, fakkar kemm ir- relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina hija waħda stabbli, u fakkar li din is-sena huwa l-45 anniversarju mit- twaqqif tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Semma l-proġetti varji li saru b'kollaborazzjoni maċ-Ċina, fosthom it-twaqqif taċ-China Dock fis-snin 70 u l-ftuħ ta' Ġnien is-Serenità fl-1996, li eventwalment ġie mgħoddi lill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija. Kompla billi fakkar fis-similaritajiet bejn il-ħaddiema qalbiena u bieżla Maltin u Ċiniżi. Parnis qal li huwa interessanti l-fatt li bħaċ-Ċina li hija fuq quddiem fl-ekonomija dinjija, Malta wkoll hija l-iżjed pajjiż fl-Unjoni Ewropea, li l-ekonomija tagħha qed tikber b'rata mgħaġġla, b'żieda ta' 5% fis-sena 2016. Filwaqt li rringrazzja lill- Kunsill Lokali tal-Imdina tal-istedina, faħħar ir-rwol importanti tal-Imdina u saħaq kif anki l-Gvern Ċentrali jagħraf l-importanza ta' din il-belt bħala ġojjel nazzjonali u attrazzjoni turistika. Semma kif bl-intervent tal- Gvern Ċentrali, saru bosta proġetti, fosthom ir-restawr u rinforzament tas-swar. Silvio Parnis qal li bħala Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali u Komunitajiet, reġa' lura fi ħdan il-qasam tal-kunsilli lokali wara li serva bħala Sindku ta' Raħal Ġdid għal diversi snin, sa mill- bidu tat-twaqqif tagħhom 25 sena ilu. Saħaq li, "Dan l-anniversarju se jiġi mfakkar mhux biss permezz ta' ċelebrazzjonijiet kif xieraq, imma anki b'riformi fil-qasam tal-Gvern Lokali, fejn jingħata status ogħla lis-Sindki u lill- kunsilliera". Il-President tal-Malta China Friendship Society, Reno Calleja, irringrazzja u awgura lill-Silvio Parnis tal-preżenza tiegħu għall-iffirmar tal- MOU u tal-kariga l-ġdida tiegħu. Fakkar li l-Malta China Friendship Society twaqqfet 42 sena ilu b'tama li r-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina jkunu kkultivati. Fakkar ukoll li dan huwa t-tieni ġemellaġġ bejn lokalità Maltija u oħra Ċiniża. Is- Sindku tal-Imdina, Peter Dei Conti Sant Manduca wkoll irringrazzja lil dawk preżenti u saħaq kemm il-Kunsill jinsab kuntent b'dan il-ġemellaġġ u l-possibiltajiet kbar ta' kollaborazzjonijiet kostruttivi għall-ġid taż-żewġ lokalitajiet fil-futur. Il-Konsulent tal-Kunsill ta' Dongcheng, Zhang Jiaming qal li l-Kunsill Lokali ta' Dongcheng huwa ħerqan b'din il-kollaborazzjoni ġdida mal-Kunsill Lokali tal-Imdina. Fi tmiem l-okkażjoni ż-żewġ Sindki ppreżentaw rigal ta' tifkira lil xulxin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017