Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... VIRGIL VAN DIJK - Id-difensur ta' Southampton Virgil van Dijk stqarr li huwa se jkun qed jaċċetta biss li jingħaqad ma' Liverpool. Waqt li r-Reds ippubblikaw apoloġija lis-Saints għall-kuntatt mhux propizju li sar ma' dan id-difensur li finalment temm l-interess ta' Liverpool f 'dan il-plejer, jidher li l-manager Ġermaniż Jurgen Klopp xorta waħga għadu ħerqan li jakkwista lil dan il-plejer. KIKO CASILLA - Newcastle United jidhru li se jkunu qed jonqsu milli jiffirmaw lill- goalkeeper ta' riserva ta' Real Madrid, Kiko Casilla. L-eks kowċ ta' Real Madrid Rafa Benitez kien wera interess li jakkwista lil Casillas ma' Newcastle United, madankollu dan il-goalkeeper huwa mistenni li jibqa' jilgħab ma' Real Madrid biex ikun sostitut għall- goalkeeper titolari, Keylor Navas. WILFRIED BONY - L-attakkant ta' Manchester City Wilfried Bony li jidher li ma jinsabx fil-pjanijiet ta' Manchester City għall-istaġun li ġej, qed jiġi rikjest min-numru ta' klabbs Ċiniżi fiċ-Chinese Super League, għalkemm il-Franċiżi mil-Ligue 1 ta' Lille għadhom interessati fih. Il-klabb immexxi minn Pep Guardiola mistenni jagħti l-permess lil dan il-player biex iħallihom fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. GARETH BALE - PSG jinsabu fil-pole position biex jakkwistaw lill-attakkant ta' Real Madrid Gareth Bale. Dan il-plejer internazzjonali minn Wales kien qed jissemma' li seta' jirritorna fil-Premier League ma' Manchester United, iżda Franza tista' tkun destinazzjoni iktar propizja għalih jekk huwa jħalli s-Santiago Bernabeu. DANI ALVES - Dani Alves jinsab pass 'il bogħod milli jħalli lil Juventus fejn Manchester City qed jitqiesu bħala favoriti ewlenin li jakkwistaw il-firma tiegħu. Dan hekk kif il-manager tagħhom Pep Guardiola għandu stima kbira lejn dan il-plejer hekk kif diġà kien jikkowċjah ma' Barcelona. Madankollu, fit-tellieqa issa daħlu wkoll il-Franċiżi ta' PSG. ALEXIS SANCHEZ - Alexis Sanchez qed jitlob salarju ta' €400,000 fil-ġimgħa biex jibqa' ma' Arsenal. Dan l-attakkant miċ-Ċili daħal fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu mal-Gunners u jinsab għaddej b'negozjati biex ikollu salarju aħjar ma' Arsenal fost interess ieħor minn Manchester City u Bayern Munich. Kollox qed jindika li l-eżitu ta' din is-saga se jkun magħruf fil-ġimgħat li ġejjin. MARCELO BROZOVIC - Il-manager ta' Arsenal Arsene Wenger identifika lill-midfielder Kroat ta' Inter Marcelo Brozovic bħala tragwrad ewlieni għal dan is-sajf biex isaħħaħ nofs il-grawnd tiegħu qabel jibda l-istaġun li ġej. Dan hekk kif dehru diversi xquq f 'dan id-dipartiment matul l-istaġun li għadda. Il-Gunners diġà żiedu lil Sead Kolasinac u lil Alexandre Lacazette fl-iskwadra tagħhom, għalkemm Wenger jixtieq jakkwista iktar midfielders biex ikompli jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu. HECTOR BELLERIN - Barcelona jinsabu lesti li jagħmul offerta ta' €26 miljun għad-difendur ta' Arsenal, Hector Bellerin. Il-ġganti mil-Liga Spanjola ilhom jikkunsidraw li jagħmlu offerta għal dan il- difensur ċentrali liema plejer iddebutta fil-futbol propju mal-Katalani iżda issa kollox qed jindika li huma se jkunu qed jagħmlu offerta uffiċjali bit-tama li jakkwistawh għall-istaġun li ġej. FABINHO- Arsenal talbu biex iżommu ruħhom infurmati rigward żviluppi relatati mal-midfielder Brażiljan ta' Monaco, Fabinho. Manchester United ilhom jissemmew li jistgħu jakkwistaw lil dan il-plejer versatili, iżda l-Gunners qed jitolbu informazzjoni rigward dettalji ta' kemm mistennija jkunu involuti flus f 'dan it-trasferiment possibli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017