Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 29% tal-adulti jirrappurtaw dipressjoni IKTAR minn kwart tal-popolazzjoni adulta Maltija rrappurtat sintomi ta' dipressjoni minħabba l-obeżità. Fil-fatt, huwa stmat li 29% tal-Maltin kellhom sintomi dipressivi, hekk kif hemm rabta bejn is-saħħa mentali u l-piż tal-persuna. Dan joħroġ minn rapport ippubblikat iktar kmieni din is-sena u mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra fil-Parlament mill- Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, intitolat 'Weighing the Costs of Obesity in Malta'. Minkejja li l-għan prinċipali tar-rapport kien sabiex jikkwantifika l-ispiża tal-pajjiż fejn tidħol obeżità, mhux biss dik monetarja, ir-rapport irnexxielu jitfa' dawl ukoll fuq oqsma oħrajn, partikolarment soċjali. L-istudju, li sar mill- kumpanija PwC u kkummissjonat mill- Ministeru għas-Saħħa wera n-numru kbir ta' riperkussjonijiet li l-obeżità għandha fuq il-pajjiż u l-ekonomija, u mhux biss fuq is-saħħa individwali tal-persuna b'piż żejjed. Fil-fatt, ir-rapport juri l-effetti tal-obeżità fuq is-saħħa psikoloġika tal-persuna u juri biċ-ċar li hemm relazzjoni bejn is- saħħa mentali u l-piż tal-persuna. Fuq naħa waħda, l-obeżità żżid il-possibbiltà li persuna tbati minn xi problema ta' saħħa mentali bħad- dipressjoni, u min-naħa l-oħra, il-problemi ta' saħħa mentali jwasslu għal riskju ikbar ta' obeżità. Jidher biċ-ċar kif iktar ma jikbru l-livelli ta' BMI (Body Mass Index, li huwa mod ta' kejl għall- obeżità), iktar hemm tendenza ta' problemi ta' saħħa mentali, b'persuni li huma obeżi iktar jirrappurtaw problemi ta' dipressjoni, problemi psikjatriċi, skuntentizza bid-dehra tagħhom u 'binge eating'. L-effetti emozzjonali li l-obeżità tħalli fuq il-persuni huwa iktar diffiċli sabiex jiġu kkalkulati, iżda huwa stmat li diżordnijiet emozzjonali b'riżultat tal-obeżità, għandhom ċans ikbar li jidhru fin-nisa milli fl-irġiel. Dan anke meta wieħed jikkunsidra diversi miżuri li dawn il-persuni lesti li jieħdu minħabba n-nuqqas ta' kunfidenza li jkollhom, bħal pereżempju jirrikorru għal xiri online minflok joħorġu sabiex ma jidhrux quddiem in-nies. Dawn il-problemi emozzjonali, minbarra li huma ta' piż kbir fuq il- persuna, jafu jkunu wkoll ta' piż fuq l-ekonomija partikolarment fuq il- post tax-xogħol, hekk kif ir-rapport jelenka fatturi differenti bħala spejjeż indiretti għal min iħaddem, b'total ta' €12.5 miljun. Dan jinkludi fost l-oħrajn l-assenteiżmu, meta persuna ma tattendix għax- xogħol minħabba raġunijiet ta' saħħa, li waħedha laħħqet mas-€6.5 miljun, is-sena li għaddiet biss. Minkejja li huwa iktar diffiċli li tikkwantifika din it-tip ta' statistika, huwa stmat li persuni bi problema ta' obeżità, huma 1.3 darba iktar biċ-ċans li jirrappurtaw sintomi ta' dipressjoni minn persuni ta' piż normali. Fl-istess waqt, huwa rappurtat li madwar 7% tal- popolazzjoni adulta Maltija tieħu xi tip ta' medikazzjoni bir-riċetta sabiex tikkura ansjetà jew dipressjoni. Is-sitwazzjoni fil-futur ma tidhirx li se titjieb sakemm ma titteħidx azzjoni drastika. Ir-rapport juri li jekk is-sitwazzjoni tibqa' għaddejja bir-rata li tinsab għaddejja biha, fil-qasam tas-saħħa mentali, persuni 'meta wieħed jara l-popolazzjoni Maltija maqsuma skont il- piż tagħha, 38% biss għandhom il-piż ideali għal persunthom, waqt li l-maġġoranza assoluta tal-poplu, b'60% huma jew obeżi jew fil-fażi ta' qabel l-obeżità' L-obeżità pjaga mhux biss fuq l-ekonomija tal-pajjiż u s-saħħa fiżika, imma anke fuq is-saħħa mentali Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017