Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589
illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport? Sa minn ċkuniti kont dejjem iffissat fuq l-isport u dejjem kien ikolli l-ballun miegħi. Meta l-iskola fejn kont nattendi kien ikun hemm xi attività sportiva, arani nieħu sehem u saħansitra anke kont nilgħab mat-tim ta' Stella Maris, il- post fejn jien ħadt l-edukazzjoni tiegħi. Lgħabt f 'diversi sports hemmhekk bħal volleyball, basketball u naturalment futbol. X'differenza tara bejn dak iż- żmien li kont tilgħab u llum illi int amministratur fl-isport? Fil-verità nippreferi nilgħab milli nkun amministratur għax dan ix-xogħol jinvolvi ħafna taħbil il-moħħ. Hemm ħafna temi illi trid tindirizza meta tkun amministratur fost l-oħrajn il-finanzi fejn int trid iżżomm skwadra, riżorsi umani fejn int trid issib nies illi jgħinuk b'mod volontarju u sponsors illi jgħinuk b'mod finanzjarju. B'xorti ħażina llum il-ġurnata ma tantx għadek issib wisq nies volontarji fl-isport u anke fejn jidħlu sponsors mhux darba jew tnejn illi ssib il-bibien magħluqin. Jien nemmen illi l-gvern għandu jobbliga lil dawn il-kumpaniji kbar barranin illi jiftħu l-bibien tagħhom f 'pajjiżna sabiex jagħtu sponsors għall- isport. Ħa mmur mal-ewwel għall-punt - x'tikkummenta fuq ir-rebħ tan- Knockout tal-Futsal minn Ħamrun Futsal ftit tal-ġimgħat ilu? Domt sitt snin nistenna biex nirbaħ unur fil-Futsal lokali. Dan wara sentejn konsekuttivi nirbaħ il-Kampjonat ma' ZC Excess Lazio. Jien ninsab kburi ħafna li rbaħt unur f 'isem Hamrun - il-belt li niassportja kemm fil-futbol kif ukoll fil-basketball, għalkemm it-tim tal- basketball m'għadux jeżisti. Dan kien unur li ħdima għalih matul l-istaġun kollu u l-fatt li temmejnieh b'dan il-mod huwa ta' premju għalina lkoll bħala tim. Dan kien unur għalina l-uffiċjali, il-kowċis, il-plejers u l-familjari tagħhom u l-artitarji li għalkemm huma ftut huma dejjem leali lejna. Kien knockout diffiċli biex nirbħuh minħabba li kellna ħafna injuries, waqt li l-barrani Veve kien barra minn Malta għal tournament fil-Kuwait. Irkuprajna lil Luke Stivala u lil Daniele Degennaro u ġġilidna flimkien bħala tim wieħed biex nirbħu t-Tazza. Niddedika r-rebħ ta' din it-Tazza lill-partner tiegħi Jean li dejjem issapportjatni, lill-kumitat kollu u lill-kowċis tagħhom, il-familji tagħhom u lil-lokalità tal-Ħamrun. Ħa nitkellmu ftit fuq l-ewwel żminijiet tiegħek bħala amministratur. Int kont parti mill-kumitat tat-tim tal-futsal li kien jismu Lazio Supporters Club u hemmhekk kont irbaħt il-kampjonat. X'tiftakar minn dik l-esperjenza? Niftakar illi konna armajna skwadra ferm tajba tal-futsal illi kienet ser tikkompeti fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Konna żammejna konsistenza tajba matul l-istaġun tant illi rnexxielna nieħdu l-kampjonat b'mod meritat. Memorja partikolari illi tatni ħafna sodisfazzjon kien meta konna ġibna plejer illi kien jispikka ħafna fil-logħba tal-futbol u beda jilgħab il-futsal għall- ewwel darba. Illum il-ġurnata dan il-plejer, Florin Anton, m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għax sar wieħed mill-iktar persunaġġi influwenti f 'din il-logħba. Fil-fatt int wieħed minn dawk l-amministraturi illi jirnexxielek tiskopri plejers barranin illi fl-aħħar mill-aħħar ikomplu javvanzaw fil- karriera tagħhom. Kif jirnexxielek tagħmel dan? Meta semmejtlek lil Florin Anton f 'dik is-sena partikolari konna ġibna wkoll lil ħuh Cosmin. Niftakar ismijiet bħal Fabiano Bassi, Medel Turk u Floren Manea illi kollha ħallew il-marka tagħhom fil-futsal lokali. Niftakar illi meta konna ħadna l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, ridna nikkompetu fil-UEFA Futsal Cup u grazzi għal Mark Borg, illi huwa wkoll il-president preżenti tal-FMA, stajna nikkordinaw dak kollu li kien hemm bżonn. Konna l-ewwel klabb Malti tal-futsal illi kkompetejna f 'din il-kompetizzjoni u saħansitra rnexxielna nirbħu oppożizzjoni barranija u niġu dro f 'okkażjoni oħra sabiex m'għaddejniex għal rawnd ieħor bi żbrixx. Kellna plejer ferm tajjeb dak iż-żmien, Gabriel Dobre illi kien ukoll captain mat-tim nazzjonali tar-Rumanija għalkemm b'xorti ħażina Florin Anton kien weġġa' ftit qabel u għalhekk ma setax jikkompeti fil-UEFA Futsal Cup. Madankollu xorta rnexxieli nibni tim illi kien kompetittiv b'taħlita ta' plejers barranin u lokali illi kienu jħabbtuha sew mat-timijiet illi kienu pparteċipaw fir-rawnd preliminari. Semmejt ħafna plejers importanti. B'xorti ħażina xi ftit minnhom jitilqu mit-tim u jmorru ma' klabb ieħor. X'taħseb dwar dan kollu? Sfortunatament dan l-isport sar jirrikjedi ħafna flus u xi drabi nsibha diffiċli biex inżomm numru ta' plejers finanzjarjament kuntenti mingħajr l-għajnuna tal-isponsors. Illum xejn mhu faċli biex iżżomm mad-domanda tal-plejers illi jippretendu ċertu ħlas biex jibqgħu jilagħbu miegħek. Għalija personali nsibha diffiċli din is- sitwazzjoni għalkemm nifhem illi llum in-nies illi jaħdmu b'mod volontarju tgħoddhom fuq subgħajk. Niġu għal dan l-istaġun. Kemm kont sodisfatt bl-iskwadra illi kellek? Ifhem dan l-istaġun kien wieħed pożittiv fejn kellna lil Everton Veve, wieħed mill-aqwa plejers illi lagħab il-futsal hawn Malta. Plejer ideali illi għandu kollox ġiri, intelliġenza, saħħa u anke umiltà. Nistgħu nsejħulu bħala l-playmaker tat-tim. Huwa plejer l-oppost ta' Raphinha li kien magħna fl-istaġun illi għadda għax kapaċi jaħdem għat-tim u kapaċi jagħtik dik il-motivazzjoni żejda. Reġa' kelli lil Florin Anton miegħi fit- tim u konna żvinturati illi plejer Taljan ta' kalibru Daniele Degennaro weġġa' fil-bidu ta' Jannar u ma setax jispiċċa l-istaġun magħna. Kemm kont sodisfatt bis-semifinali tal-play-offs kontra Valletta? Nemmen illi r-riżultat tal-ewwel logħba kien xi ftit giddieb. Kellna l-ewwel taqsima illi kienet pożittiva fejn bdejna nattakkaw lill-avversarji tagħna għalkemm fit-tieni taqsima wettaqna wisq żbalji difensivi illi ssarrfu f 'gowls kontrina. Fit-tieni logħba il-missjoni kienet diffiċli għax ma kienx faċli tagħmel rimonta minn 6-2. Saħansitra rnexxielhom isibulna l-gowl kmieni u dak qata' mhux ftit qalb il-plejers illi raw il-missjoni tikkomplika ruħha. U nafu kemm il-Belt juru aggressività kbira u mal-iżball illi tagħmel kapaċi jissarraf f 'gowls kif fil-fatt ġara. Ġieli ssir kritika illi wieħed mill-plejers illi għandkom, Peter Pullicino huwa wkoll il-kowċ tat-tim nazzjonali ta' Malta. Hemm min jgħid illi hemm kunflitt ta' interess. Taqbel ma' din il- kritika? Jien inħares lejn Peter bħala plejer mhux bħala kowċ. Kelli ċ-ċans naħdem ħafna ma' Peter fil-passat u nista' ngħidlek illi huwa bniedem ferm professjonali. Is-sena l-oħra tana ħafna għajnuna bħala tim u bl-ideat tiegħu li jkunu validi kompla saħħaħ dak li kien għamel il- kowċ ta' qablu. Peter għandu esperjenza kbira għax kien jilgħab il-futsal fl-Awstralja u għalhekk għad fadallu ħafna x'jagħti bħala plejer. Semmejt lill-MFA. Tħoss illi qed tagħmel biżżejjed sabiex il-futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Naħseb illi proprjament fil-passat seta' sar iktar sabiex din il-logħba tkompli tikber anke minħabba l-fatt illi kien hawn erba' diviżjonijiet illi kienu jakkomodaw numru kbir ta' timijiet milli hawn illum. Veru wkoll illi dak iż-żmien il-miżata ma kinitx daqshekk irħisa biex tidħol fil-lig tal-futsal però b'xi mod jew ieħor it-timijiet kienu jdaħħlu xi flus mill- isponsors illi kienu jissemmew wara isimhom. Kien żmien sabiħ għax xi kompetizzjonijiet Ewropej għall-klabbs kienu jsiru hawn Malta. Minn dawn l-istess kompetizzjonijiet l-MFA kienet iġġenerat xi dħul ta' flus illi minflok tqassam mal-klabbs inżamm mill-istess assoċjazzjoni. U f 'dan il-lat ma kienx hemm għajnuna finanzjarja għax anke jekk klabb partikolari tagħtih sett blalen diġà taffejtlu ftit mill-ispejjeż. L-affarijiet damu ftit ma nbidlu għalkemm jidher illi issa qed naraw xaqq dawl f 'dak li għandu x'jaqsam għajnuna lill-klabbs tal-futsal mill-MFA. Jien nemmen illi jekk tifel partikolari tibdilu l-futsal sa minn età żgħira flimkien ukoll mal-futbol, nistgħu ntellgħu plejers aktar tajbin anke fil- kontroll tal-ballun u l-ħiliet bażiċi li jkunu sodi. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri l-Padiljun Sportiv ta' Kordin? Le ma tantx jien kuntent bil-post fejn nilagħbu minħabba illi l-court huwa Fit-tmun ta' Ħamrun Futsal u tal-klabb Malti Cristian Antony Muscat Edward Psaila - president kemm ta' Ħamrun Futsal kif ukoll tal-klabb Malti tal- partitarji ta' Lazio. "Domt sitt snin nistenna biex nirbaħ unur fil- Futsal lokali. Ninsab kburi ħafna li rbaħt unur f 'isem Ħamrun - il-belt li nissportja kemm fil- futbol kif ukoll fil-basketball, għalkemm it-tim tal-basketball m'għadux jeżisti. Dan kien unur li ħdima għalih matul l-istaġun kollu u l-fatt li temmejnieh b'dan il-mod huwa ta' premju għalina lkoll bħala tim. Dan kien unur għalina l-uffiċjali, il-kowċis, il-plejers u l-familjari tagħhom u l-artitarji li għalkemm huma ftut huma dejjem leali lejna."