Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 Meta liġi tkun ħafna iktar minn Il-kelma tibqa' biss kelma...imma ssir ħafna iktar minn hekk meta tbiddel ħajja...L-ILLUM titkellem ma' Din kienet il-ġimgħa illi se titfakkar fl-istorja ta' pajjiżna bħala l-ġimgħa illi matula kien issiġġillat proċess illi wassal biex kulħadd ikun ugwali quddiem għajnejn l-istat. Din il-ġimgħa ma kinitx il-ġimgħa tal-legaliżmi imma waħda ta' għaqda politika li wasslet biex Malta issa saret il-15-il pajjiż li introduċa l-kunċett ta' żwieġ ugwali għal kulħadd, għal kull min jixtieq jiċċelebra l-imħabba tiegħu ma' xi ħadd ieħor. Din il-ġimgħa kienet il-kulminazzjoni ta' dak li kien beda Gvern Laburista lura fl-2014 bl-introduzzjoni tal-Unjoni Ċivili, att li dwaru l-PN kien astjena u li kien iċċelebrat bil-kbir fi Pjazza San Ġorġ, għall-ferħ ta' ħafna persuni LGBTIQ, il-ġenituri tagħhom, qrabathom u l-ħbieb. Nhar il-Ħamis filgħaxija, il-Berġa ta' Kastilja xegħlet bil-kuluri tal-qawsalla u l-kliem 'We made history' (għamilna l-istorja). U hekk hu, għax dak li ġara nhar il-Ħamis għad irid jinkiteb fl-annali tal-istorja biex dawk li jiġu ferm wara li dawk li kienu qed jiċċelebraw ikunu ħallew din id-dinja jiftakru, li fl-2017, nhar il-Ħamis, fil-Parlament Malti, b'att imressaq minn Gvern Laburista u grazzi għall-Ministru Helena Dalli, il-maġġoranza tad-Deputati Parlamentari, inkluż il-kap tal-PN Simon Busuttil, ivvutaw għall-ugwaljanza. Għamlu lil Malta l-15-il pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jgħożż u jitratta lil uliedu kollha, indaqs, iħobbu lil min iħobbu. L-ILLUM staqsiet lil diversi nies; persuni omosesswali, transesswali u anke eterosesswali x'kienet ir-reazzjoni tagħhom għall- għoti ta' dan id-dritt li se jkun qed jassigura żwieġ ugwali għal kulħadd. X'emozzjoni ħassew? Kif ħassew li għamlet bidla f 'ħajjithom jew fil- politika ta' pajjiżna? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Dak li seħħ meta għaddiet il-liġi għal żwieġ ugwali lili tani ħajja ġdida' Roderick Schembri 'Li jkollok il-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku lkoll magħqudin favur l-ugwaljanza fiż-żwieġ huwa mument storiku għas-soċjetà Maltija kollha.' Lee Bugeja Bartolo 'Għalija kien mument emozzjonali ħafna. Ħolma li dejjem kelli, u li issa tista' ssir realtà. Qatt ma kont nobsor li se jasal dak iż-żmien fejn jekk ikolli ċans niżżewweġ nista', u jekk inkun kapaċi nsir ġenitur nista' wkoll. Dan kollu, grazzi lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom.' Glenn Borg Celine Paris 'Ferħana għax issa kulħadd jista' jħobb u jingħaqad fi zwieġ... għax l-imħabba vera m'għandhiex ġeneru.' Deborah Schembri 'Jiena kburija li ngħix f 'pajjiż li rrealizza li ż-żwieġ huwa dritt uman u mhux privileġġ għall- eterosesswali.' 'Personalment qatt ma kont naħseb li Malta u l-Maltin jaslu jimxu 'l quddiem fil-mentalità dwar dan is-suġġett, li tant għadu sensittiv. Inħossni onorat, u xxurtjat li għext dan il- mument storiku, u li l-poplu wrieni li kont żbaljat. Jalla dan ikun biss il-bidu ta' iktar ugwaljanza, paċi u mħabba għal pajjiżna u għal kull persuna' Wayne Borda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017