Illum previous editions

illum 16 July 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017| illum Aħbarijiet Mat-3,400 inqas jistennew għal operazzjoni mill-2014 ....2,562 minnhom kienu qed jistennew biex jagħmlu tal-katarretti MILL2014 sa' Mejju/Ġunju ta' din is-sena kien hemm mat- 3,400 persuna inqas tistenna biex tagħmel operazzjoni fl-isptar ġenerali ta' Malta Mater Dei. L-akbar tnaqqis li seħħ f 'dawn l-aħħar erba' snin kien f 'dak li jirrigwarda operazzjonijiet tal- katerretti. Fil-fatt fl-2013 kien hemm xejn inqas minn 3,580 persuna jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni f 'għajnejhom, liema lista niżlet b'aktar minn nofs għal 1,018 sa' Ġunju ta' din is-sena. Dan ifisser illi kien hemm tnaqqis ta' xejn inqas minn 2,562 persuna. L-operazzjoni tal-kataretti ssir biex ittejjeb il-viżjoni mill-għajnejn li tkun ċċajpret u marret lura u hija fost l-aktar operazzjoni popolari f 'Malta u anke fir-Renju Unit fejn isir mat-300,000 operazzjoni ta' din it-tip. Apparti minn dan kien hemm ukoll tnaqqis konsiderevoli fil- lista tal-operazzjonijiet għall-bdil tal-irkoppa, bil-lista tkun ta' 1,733 sal-2013 u tinżel għal 878 persuna f 'Mejju tal-2017. Dan ifisser illi hawnhekk kien hemm tnaqqis ta' 855 persuna. Kien hemm tnaqqis ukoll ta' 138 persuna li kienet qed tistenna għall-hip replacement, bil-lista tinżel minn 334 sal-aħħar tal-2012 għal 196 persuna sa Mejju 2017. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament din il-ġimgħa mill- Ministru Chris Fearne għall- mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Silvio Grixti. L-istennija għall-operazzjoni tal-katarretti bi tnaqqis ta' 2,562 persuna f 'erba' snin 140,000 mara b'impjieg ġdid jew differenti fi tliet snin biss IXXEJRIET pożittivi fil- qasam tax-xogħol f 'dawn l-aħħar snin kienu riflessi wkoll fl-ammont ta' nisa li sabu impjieg jew li inkella biddlu l-impjieg tagħhom. Fil-fatt bejn is-sena 2014 u s-sena l-oħra kien hemm xejn inqas minn 140,000 mara f 'pajjiżna li jew sabu impjieg għall-ewwel darba jew inkella, saħansitra biddlu l-impjieg u sabu ieħor ġdid. Dan l-ammont qawwi ħafna juri illi fil-fatt fl-aħħar snin kien hemm moviment qawwi ħafna ta' nisa fid- dinja tax-xogħol, minħabba diversi raġunijiet u grazzi għal diversi miżuri fosthom dak tas-servizz taċ-child care b'xejn għal kull min jinsab f 'impjieg. In-numru pjuttost kbir ukoll juri illi apprti dawn il-miżuri fis-suq tax- xogħol kien hemm element ta' faċilità biex persuna titlaq minn impjieg u ssib ieħor. Is-settur privat kien l-aktar vibranti fil-fatt b'xejn inqas minn 126,340 mara jsibu impjieg jew ibiddluh bejn l-2014 u l-2016, bix-xejra tiżdied minn sena għall- oħra. Fil-fatt filwaqt li fl-2014 kien hemm 25,105 li sabu impjieg, fl-2016 dan iktar milli rdoppja għal 58,271 fis-sena 2016. B'kollox kien hem 69,000 mara li sabu impjieg full- time u 57,224 part time fis- settur privat. Imqabbel ma' dan u riflessjoni wkoll tax-xejra nazzjonali, kien hemm b'kollox 13,404 nisa li sabu impjieg mal-Gvern, 5,686 bħala full time u 7,718 bħala impjieg part time. Sitt kandidati għall-post ta' Comodini Cachia WARA li Therese Comodini Cachia kienet eletta fil-Parlament Malti, ilbieraħ tħabbret il-lista finali ta' dawk li se jkunu qed jikkompetu għal postha fil-Parlament Ewropew. L-aktar kandidat li jidher illi qiegħed fuq quddiem f 'din l-elezzjoni każwali huwa Francis Zammit Dimech, eks Ministru tat-Turiżmu kif ukoll tal-Affarijiet Barranin. Ma' Zammit Dimech iżda qed jitfgħu isimhom ukoll Raymond Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Jonathan Shaw u Norman Vella.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 July 2017