Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/849589
9 Il-Ħadd 16 ta' Lulju 2017 | illum Aħbarijiet dipressjoni minħabba l-obeżità obeżi li jirrappurtaw sintomi ta' dipressjoni minħabba l-piż tagħhom, mistenni jkompli jitla' mid-29% tal-preżent, għal 33%. L-obeżità qed tiswa lill- pajjiż €36.3 fis-sena Is-sitwazzjoni tal-pajjiż fejn tidħol l-obeżità mhix waħda sabiħa hekk kif l-ammont ta' persuni li għandhom problema ta' obeżità taqbeż il-kwart, jiġifieri persuna minn kull erbgħa għandha problemi ta' obeżità. Dan juri żieda fin-numru meta mqabbel mal-2002 hekk kif dakinhar, kien il-popolazzjoni obeża kienet tlaħħaq it-23%. Iktar minn hekk, meta wieħed jara l-popolazzjoni Maltija maqsuma skont il-piż tagħha, 38% biss għandhom il-piż ideali għal persunthom, waqt li l-maġġoranza assoluta tal- poplu, b'60% huma jew obeżi jew fil-fażi ta' qabel l-obeżità. Minkejja li pajjiżna jirreġistra rati għoljin ta' obeżità fost it-tfal, il-figuri jindikaw li ċ-ċansijiet li persuna jkollha piż żejjed jew tkun obeża jikbru bl-età. Fil-fatt, il-grupp tal-età ta' bejn il-15 u l-24 sena kellu 10% tiegħu li kienu obeżi, dan meta mqabbel mal- 20% ta' dawk ta' bejn il-25 u l-34 sena. Il-grupp tal-età li kellu l-ikbar perstentaġġ ta' persuni obeżi fi ħdanu kienu dawk ta' bejn il-55 u l-64 sena, b'35%. Din il-problema hi ta' piż kbir fuq l-istrutturi tas-saħħa fil-pajjiż, fuq l-ekonomija u fuq is-settur tax-xogħol fost l-oħrajn, hekk kif ir-rapport jikkwota stima konservattiva ta' €36.3 miljun bħala spiża tal-pajjiż fl-2016 minħabba l-obeżità, kemm spejjeż diretti kif ukoll indiretti. L-ispejjeż diretti fejn tidħol l-obeżità jidhru primarjament fil-kura tas- saħħa u l-mediċini meħtieġa. Fil-fatt, ir-rapport jindika li l-obeżità ssarraf fi spiża ta' €3.1 miljun f 'kura tal-isptar, fis-settur pubbliku, u €6.7 miljun f 'mediċini maħruġa b'mod privat. Fil-fatt, huwa stmat li persuni obeżi jonfuq bejn 23% u 54% iktar fuq mediċini milli persuni ta' piż normali. L-obeżità tammonta għal piż indirett fuq l-ekonomija, f 'forom varji, fost l-oħrajn minħabba l-assenteiżmu. Fil-fatt, l-assenteiżmu sewa €4.7 miljun lis-settur privat, b'total ta' €6.5 miljun f 'sena waħda. L-assenteiżmu, jew in-nuqqas ta' persuna milli tattendi għax-xogħol huwa marbut mill-qrib mal-obeżità hekk kif ċifri fir-rapport juru li iktar ma jkollha piż persuna, ikbar ikun in-numru ta' sigħat li ma tirrappurtax għax-xogħol, minħabba raġunijiet ta' saħħa. Fil-fatt, il-kategorija tal-akbar obeżità, jiġifieri obeżità ta' klassi 3, kellha medja ta' 74.2 sigħat 'il bogħol mix-xogħol, u dan meta mqabbel mas-26.9 siegħa ta' persuna b'piż normali. Futur imċajpar: Telf ta' 90,000 siegħa ta' ħidma fuq 6 snin Meta wieħed jara s-sitwazzjoni ta' bħalissa u r-rata li biha l-figuri qed jitilgħu, il-futur jindika li dawn il-problemi għas- soċjetà se jibqgħu jikbru. Fil-fatt, il-problema hi waħda dinjija għaliex bir-rata preżenti, id-dinja mistennija tara 50% tagħha magħmula minn persuni obeżi jew b'piż eċċessiv sas-sena 2030. F'Malta, minn sitwazzjoni ta' 25%, fis-snin li ġejjin mistennija żieda li tlaħħaq l-34% tal-adulti. Din iż-żieda tirrifletti wkoll fuq l-ispiża tal-pajjiż minħabba f 'dan, biċ-ċifra tlaħħaq il-€41.4 miljun sal-2022 li hija żieda ta' €5.1 miljun fuq is-somma preżenti fuq perjodu ta' 6 snin. Anke l-ammont ta' żjarat lit-tabib tal-familja u speċjalisti mistennija jaraw żieda ta' 3% fuq perjodu ta' 6 snin. L-effetti fuq il-postijiet tax-xogħol ukoll se jkomplu jikbru, hekk kif fis-sitt snin li ġejjin, l-ammont ta' sigħat ta' produttività nieqsa minn fuq il-post tax-xogħol se tiżdied b'90,000 siegħa oħra. Dan minħabba li b'żieda fl-ammont ta' persuni obeżi, hemm ukoll it-tendenza li iktar persuni jbatu minn xi diżabbiltajiet li jimpediehom milli jipparteċipaw fil- post tax-xogħol tagħhom, jew saħansitra li jwasslu xogħolhom b'mod effettiv. 'il-grupp tal-età ta' bejn il-15 u l-24 sena kellu 10% tiegħu li kienu obeżi, dan meta mqabbel mal-20% ta' dawk ta' bejn il-25 u l-34 sena' Kategoriji tal-BMI tal-popolazzjoni Maltija skont il-piż, fl-2015