Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 67 61 62 3 77 42 74 34 Empire Pharmacy (Melita Street) 9:00AM – 12:00PM Vivien Pharmacy, Marsa 9:00AM – 12:00PM Fatima Pharmacy, Santa Venera 9:00AM – 12:00PM Anici Pharmacy, Qormi 4:00PM – 8:00PM Remedies Pharmacy, Birkirkara 9:00AM – 12:00PM O'Hea Pharmacy, Gżira 9:00AM – 12:00PM Spiżerija Kappara, San Ġwann 9:00AM – 12:00PM Edward's Pharmacy, Sliema 9:00AM – 12:00PM Balzan Pharmacy, Balzan 9:00AM – 12:00PM Sgħajtar Pharmacy, Mosta 9:00AM – 12:00PM Brown's Village Pharmacy, Mellieħa 9:00AM – 12:00PM Fleming Pharmacy, Paola 9:00AM – 12:00PM Verdala Pharmacy, Bormla 9:00AM – 12:00PM Medicor Pharmacy, Xgħajra 9:00AM – 12:00PM Green Cross Pharmacy, Żejtun 9:00AM – 12:00PM Milia's Pharmacy, Żurrieq 8:00AM – 12:30PM De Rohan Pharmacy, Żebbuġ 9:00AM – 12:00PM Ideal Pharmacy, Rabat 9:00AM – 12:00PM Castle Pharmacy, Victoria, Gozo 9:00AM – 12:00PM St. John's Pharmacy, Xewkija, Gozo 9:00AM – 12:00PM MIA Airport Pharmacy, Luqa 8:00AM – 10:00PM L-OGĦLA: 14˚Ċ L-INQAS: 08˚Ċ TEMP: Imsaħħab u bix-xita f'xi waqtiet li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Il-biċċa l-kbira mit- Tramuntana forza 4 li jsir mill-Grieg it-Tramuntana forza 3 għal 4 BAĦAR: Qawwi li jsir moderat IMBATT: Baxx mil-Lbiċ Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 09˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab b'xi ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jiżdied bil-mod mix-Xlokk forza 4 għal 5 BAĦAR: Ħafif għal moderat IMBATT: Baxx u mħawwad li jsir ftit li xejn 350 persuna jipparteċipaw fir-riċerka estensiva dwar is-suq tal-kera ...il-white paper dwar is-suq tal-kera fl-istadji finali ĦAMES xhur ta' riċerka estensiva dwar is-suq tal- kera ġew fi tmiemhom fil-jiem li għaddew hekk kif il-White Paper proposta mill-gvern dwar dan il- qasam qed toqrob dejjem aktar qrib. Fil-fatt, din il-gazzetta hi infurmata li r-riċerka li bdiet lura minn Settembru bħala parti integrali mill-White Paper li se tiġi proposta, issa ġiet fi tmiemha. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet f 'livelli għolja qabel titnieda b'mod uffiċċjali l-white paper u l-proċess ta' konsultazzjoni. Ir-riċerka involviet aktar minn 35 entità, li jvarjaw minn Dar Suriet il-Bniedem, Dar Papa Franġisku, Alleanza Kontra l-Faqar, Aġenzija Żgħażagħ, Caritas, JRS, Graffitti u Richmond Foundation. Kienu jinkludu wkoll partijiet interessati, bħall-Kamra tal-Periti, il-Malta Developers Association, u l-Malta Employers Association sa ditti kummerċjali li jħaddmu ammont kbir ta' ħaddiema fis-setturi tal-avjazzjoni (Lufthansa, Vistajet, Medavia), tal-Gaming (Betsson, LeoVegas, Betfair) tal-Propjetà (Simon Mamo Estates, Remax, Dhalia, Sensara Malta, Engel & Volkers) u ditti Maltin oħra (bħal Simonds Farsons Cisk, Chemimart u Consolidated Biscuits). Dawn kollha għenu lill-'policy team' li twaqqaf fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Akkomodazzjoni Soċjali biex ipinġu l-aktar stampa realistika u ħolistika possibli tas-settur tal-kera. Il-Bank Ċentrali ta' Malta u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wkoll kienu stakeholders ċentrali f 'din ir- riċerka. Fost oħrajn, il-Bank Ċentrali provda l-parametri li jiddeterminaw persuna tistax issir sid ta' darha jew le, filwaqt li l-NSO tat riċerka u pariri dwar aspetti li jwasslu għal riskju ta' poverta u homelessness. Permezz ta' dawn il-kollaborazzjonijiet, seta' jinbena profil konċiż ta' min jikri u x'għażliet għandu quddiemu l-kerrej. Barra dawn l-entitajiet, il-gvern ikkonsulta wkoll ma' uffiċċji oħra li setgħu kellhom tagħrif speċifiku bħal Kunsill Konsultattiv tal- Industrija tal-Bini (BICC), il-Gozo Business Chamber, l-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika, il-Malta Chamber of Commerce, ir-Rent Regulation Board fi ħdan il-Qrati tal-Ġustizzja, u l-Fakultà tal-ġid tas-Soċjetà fl-Università ta' Malta. Il-gazzetta ILLUM tista' tikkonferma li barra din ir-riċerka, saru wkoll żewġ tipi ta' stħarriġ li għalih ipparteċipaw total ta' 350 parteċipant. F'kummenti ma' din il-gazzetta, is-Segretarju Parlamanteri Roderick Galdes qal li "din ir-riċerka hi bla preċedent, għaliex qed ngħixu fi żmien ekonomiku ta' prosperità kbira li hija wkoll bla preċedent. Issa l-pass li jmiss hu li permezz tal-whitepaper nagħtu serħan il-moħħ lis-sidien u protezzjoni lill-inkwilin li qed joperaw f 'suq tal-kera li mhux stabbli. "Iżda l-ewwel pass biex il-White Paper toffri soluzzjonijiet reali kienet li jkollna riċerka komprensiva li tkopri l-aspetti ekonomiċi, soċjali u legali. Fiduċjuż li din il-ħidma se tħalli l-frott mixtieq," temm jgħid mal- ILLUM Galdes. 3 bedroom apartment in a block of 4. Comprising of large hallway, large bathroom, fully equipped kitchen, dining/living room, big washroom + spare toilet/shower, use of big roof with distant sea views. Close to all amenities and 1 minute walk from bus stops. Available from 1 March 2018. €900 monthly. Contact number: 79894778. SAN GWANN – APARTMENT FOR RENT DIRECT FROM OWNER Attivitajiet biex jiżdied l-għarfien dwar il-kanċer LGĦAQDIET membri tan-National Cancer Platform Association flimkien ma' entitajiet oħrajn ħadu sehem f 'attività fil-Belt Valletta bil-għan li jiżdied l-għarfien dwar x'nistgħu nagħmlu biex innaqqsu r-riskju tal-kanċer. Waqt l-attività, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li aktar ma jiġi identifikat kmieni l-kanċer, aktar hemm ċans ta' fejqan. Din kienet attività kienet parti mill-attivitajiet li l-assoċjazzjoni qed torganizza fl-okkażjoni tal- Jum Dinji kontra l-Kanċer.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018