Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
5 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Aħbarijiet F'RAPPORT pjuttost qawwi kontra l-inugwaljanzi fuq il-post tax-xogħol, l-Oxford Committee for Famine Relief (OXFAM) qed terġa' tinsisti li ssir lista sewda "oġġettiva tal-agħar 'tax havens' u li jiġu imposti sanzjonijiet awtomatiċi kontra korporazzjonijiet u nies sinjuri li jagħmlu użu minnhom." Skont rapport li ppubblikat lejn l-aħħar ta' Novembru li għadda, OXFAM fil-fatt ipproponiet li pajjiżna jkun parti minn din il-lista. F'dan ir-rapport bl-isem 'Blacklist or whitewash?' Oxfam proponiet li Malta, flimkien mal-Lussembrugu, l-Olanda u l-Irlanda jkunu fuq il-lista s-sewda tal-UE ppubblikata fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru. Pajjiż 'tax haven' hu meqjus bħala wieħed illi joffri sistema ta' taxxa vantaġġjuża ħafna li tħajjar kumpaniji joperaw (jew ikollhom kumpanija li tixtri jew tbigħ ishma) f 'dak il-pajjiż u allura jħallsu r-rata ta' taxxa ta' dak l-istess pajjiż. Ġeneralment is-settur finanzjarju jkun jopera taħt qafas ta' segretezza partikolari. Oxfam tgħid fl-istess rapport li l-UE jeħtieġ tagħmel ħafna iktar biex tiġġieled 'tax havens' "li għandhom taxxi għal korporazzjoniet li huma żero jew qrib iż-żero. Tista' tagħmel ħafna iktar ukoll biex tiġġieled il-ħafna toqob li hemm fil-liġi li jippermettu korporazzjonijiet ma jħallsux taxxa li suppost iħallsu." Il-Ministri tal-Finanzi tal- Unjoni Ewropea ma laqgħux din it-talba u kif kienet żvelat minn qabel il-Kummissjoni Ewropea mal-gazzetta ILLUM, l-ebda pajjiż Ewropew ma kien inkluż fil-lista s-sewda tal-UE. Fir-rapport tagħha, 'Reward work, not Wealth', l-OXFAM tinsisti illi 'tax havens' huma parti mir-raġuni għalfejn jeżistu tant inugwaljanzi fid-dinja u għalhekk fir- rapport tagħha, apparti li qed tipproponi li jkunu eradikati t-'tax havens' kollha qed tipproponi wkoll li tieqaf "din it-tiġrija sal-qiegħ fuq it-taxxa. Ir-rati ta' taxxa għandhom ikunu aġġustati għall-livell li huwa ġust, progressiv u li jnaqqas l-inugwaljanza." Apparti minn kwistjonijiet ta' taxxa iżda r-rapport pjuttost estensiv li għadu kif ħareġ dan ix-xahar stess, jagħmel numru kbir ta' proposti. Fosthom, OXFAM tipproponi li kumpaniji multinazzjonali għandhom jieqfu milli jagħtu bonuses lill-Kapijiet Eżekuttivi u l-Kapijiet tal-kumpanija, kif ukoll lil dawk li jaqilgħu pagi għoljin ħafna, sakemm tkun garantita 'Living Wage' lil kull ħaddiem. Sakemm ukoll ikun garantit li l-kumpaniji qed iħallsu prezzijiet li jistgħu jipprovdu dħul bażiku lill-ħaddiema u kull min jipproduċi. Proposta oħra tal-OXFAM hija li kull kumpanija madwar id-dinja trid tnaqqas id-distakk bejn l-ogħla paga (dik tal-Kap Eżekuttiv) u dik medja, għal differenza li ma tkunx taqbeż l-20 darba, jiġifieri għal kull ewro li jaqla' ħaddiema bil- paga medja, il-Kap Eżekuttiv ma jaqlax iktar minn €20. Minkejja dan, l-OXFAM ma tgħidx eżatt kif proposta bħal din tista' titħaddem. L-Għaqda qed titlob li l-ħaddiema jkollhom dejjem aktar vuċi u li l-kumpaniji jkollhom strutturi demokratiċi fejn impjegat ikun jista' jsemma' leħnu. Qed tipproponi wkoll li kull kumpanija għandha tippubblika d-differenzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u fejn dawn id- differenzi jeżistu, għandhom jitnaqqsu kemm hu possibbli. Monopolji, wirt u pjaċiri mill-Gvern; kawża tal- inugwaljanza Intant l-OXFAM hija pjuttost ċara dwar dak li qed joħloq din l-inugwaljanza. Fir-rapport tgħid illi kawża kbira tal-faqar u l-inugwaljanzi huma prodott ta' wirt, monopolji u konnessjonijiet mal-Gvern u l-awtoritajiet. Ir-rapport jgħid hekk; "Il-poter tal-monopolji huwa ggravat bil-pjaċiri, bl-abbilità li interessi privati jimmanipulaw il-politika biex jassiguraw dawn il- monopolji u joħolqu oħrajn ġodda." Imbagħad ir-rapport ikompli jitkellem dwar il- privatizzazzjoni u kif dan il-proċess jista' jintuża biex minflok igawdi l-ħaddiem, igawdi min irid iħaxxen butu. "Ftehim ta' privatizzazzjoni li jingħataw b'inqas mill-valur ġust, proċeduri ta' xiri korrott mill-gvern jew eżenzjonijiet mit-taxxa u toqob fil-liġi huma kollha modi differenti ta' kif interessi privati b'konnessjonijiet tajbin jistgħu jistagħnew, għas-skapitù tal- pubbliku." Ir-rapport jisħaq favur ir- regolazzjoni tal-ekonomija li tintuża biex il-ħaddiem ikollu aktar saħħa li jinnegozja, biex it-'tax havens' jispiċċaw, biex jitkissru l-monopolji u li l-avvanzi fis-settur finanzjarju u teknoloġiku jkun għall- benefiċċju tal-maġġoranza. "Il-Gvernijiet u n-negozji jistgħu t-tnejn jaħdmu biex jassiguraw illi pagi li jħallu nies fil-faqar, l-iskjavitù u x-xogħol prekarju u perikoluż ma jidhru qatt illi huma moralment aċċettabbli." Ir-rapport ifakkar kif l-iktar 1% sinjuri tad-dinja qalgħu 27% tad-dħul totali globali bejn l-1980 u l-2016, filwaqt li l-ifqar 50% tal-popolazzjoni jaqilgħu 12% tad-dħul totali globali. L-OXFAM tibqa' tinsisti għal lista sewda 'oġġettiva' ta' 'tax havens' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham • Tinsisti li d-differenza bejn l-ogħla u l-inqas paga m'għandhiex taqbeż l-20 darba • Tipproponi li m'għandux ikun hemm 'bonuses' lill-kapi- jiet ta' kumpaniji sakemm kull ħaddiem ikun garantit 'living wage' • Tikkritika proċessi li jbigħu assi pubbliċi lill-privat, bi prezz baxx expression of interest In October 2017 The Marigold Foundation had the pleasure of leading the Pink October Campaign. The funds raised during this year's successful campaign, will be used for providing a complimentary therapy programme to support medical treatment for newly diagnosed breast cancer patients. This programme will run in collaboration with the Breast Care Unit at Mater Dei Hospital and medical professionals from within the same unit will be referring patients to the appropriate service providers. The Foundation is inviting service providers in the following therapy programmes to submit their proposals in offering any of the following services: a. Exercise (gyms/personal trainers) b. Dietary/Weight Management c. Smoking Cessation d. Yoga/Relaxation Classes Proposals should be submitted to The Marigold Foundation, 58 Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130 by not later than 15 February 2018.