Illum previous editions

illum 4 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 Intervista 12 F tit wara li ntemmet id- diskussjoni dwar l-abbozz tad-delegazzjoni ta' MEPs li ġew Malta biex jistħarrġu s-saltna tad-dritt, iltqajna mal-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech, -uċċju tiegħu l- Parlament Ewropew. F'din l-intervista ridna nistaqsuh fuq ir-rapport dwar il-libertà tal-midja, suġġett li f 'Malta bħalissa jin-sab fuq fomm kulħadd. Għalkemm l- Parlament Ewropew, hija l-ewwel esperjenza għal Zammit Dimech huwa ilu l-politika għal bosta snin u l-fatt huwa meqjus bħala bniedem leali lejn il-partit li h jimmilita, speċjalment wara li baqa' jagħti se-hem wara li kien ħareġ tellief t- tellieqa għall-Kap tal-partit tal-2013 u għalhekk ukoll iddeċidejna li nitkellmu miegħu fuq is-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħalissa. Kieku l-Gvern ħa lil Caruana Galizia bis- serjetà, għadha ħajja Francis Zammit Dimech huwa responsabbli minn rapport Ewropew dwar il-midja. Hekk kif fil- fatt l-MEP jgħallem dan is-suġġett fl-Università ta' Malta, qalilna li mal- istudenti jenfasizza li "mhux ngħidu li l-libertà mhix biss li nitkellmu fuq dak li jix-tiequ, imma wkoll id-dritt tas-soċjetà li tirċievi l-informazzjoni." Hawnhekk irrefera għall- qtil ta' Daphne Caruana Galiza u fisser li issa m'għandniex l-aċċess għall- informazzjoni kollha li hi kellha, "ġiet imfixkla u maħnuqa l-libertà tagħna li konna nsegwu dak li kienet tiżvela." "Li kieku dak li żvelat kien investigat u qed issir ġustizzja, kieku bla ebda dubju li kienet tkun f 'pożizzjoni ta' sigurtà ferm akbar għaliha nnifisha." L-MEP enfasizza li kieku n-nies li ssemmew fil-blogg ta' Caruana Galizia ġew investigati b'serjetà kien "ikollhom ferm inqas ċans li jagħmlu komplotti ġodda. Huma tħallew mhux biss jaħsbu kif joqtluha, imma li saħansitra jgawdu minn impunità totali. Li kieku l-Gvern ħa bis-serjetà dak li kienet qed tiżvela u ħa bis-serjetà l-ħtieġa tal- protezzjoni tagħha, kieku hi għadha ħajja." L-Ewropa b'direttiva sabiex tipproteġi lill-ġurnalisti mill-Islapp Staqsejna biex jiddeskrivilna aktar fid- dettall dak li qiegħed jagħmel hu mill-Parlament Ewropew sabiex tissaħħaħ mhux biss il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tas-sorsi tagħhom imma wkoll id-dritt għal-libertà tal- espressjoni u tal-kelma, b'mod speċjali bir-rapport fuq il-midja li qed jaħdem fuqu. Iddeċidejna li nkellmuh fuq żewġ suġġetti partikolari li joħorġu mir- rapport, li huma l-islapp u dak li qed jiġi deskritt bħala l-midja ostaġġ tar- reklamar. Il-mistoqsijiet tagħna għamilnihom fil-kuntest ta' Malta u taċ-ċokon tagħna. Francis Zammit Dimech spjegalna li Slapp hija s-sistema strateġika kif tagħlaq ħalq ġurnalist, u flok jittieħdu proċeduri normali fil-Qrati ta' Malta, jinfetħu libelli fi Qrati barranin bl-iskop li l-ispejjeż ikunu eżorbitanti biex ifallu lil dik il-midja. Jgħid li ma jrid jagħmel Slapp juża l-argument li dak li jkun qal ġurnalist ma jidhirx biss f 'Malta imma jidher madwar id-dinja f 'verżjoni elettronika u fl-użu tal-mezzi soċjali. "Dan ipoġġi f 'riskju ta' problemi finanzjarji kbar lill-ġurnalist u jsir sabiex jintuża poter kbir finanzjarju kontra l-ġurnalisti biex jisktu għal dejjem." Zammit Dimech spjegalna li bil-mozzjoni mressqa mid-Deputat Jason Azzopardi, qed ikun propost li f 'każ ta' sentenzi kontra ġurnalisti Maltin minn Qrati barranin f 'pajjiżi li ma jkollhom x'jaqsmu xejn b'mod reali mal-każ, l-Awtoritjiet Maltin ma jkunux obbligati li jagħtu effett tas-sentenza. Spjega li fil-livell Ewropew ukoll "qed ngħidu ejja naħdmu sabiex ikun hawn direttiva, li mhux se nippermettu li jintużaw dawn il-metodi fuq il-ġurnalisti. Fejn tintuża din l-arma, li hija wkoll sproporzjonata, qisek qed tuża l-missili kontra min qed jagħmel protesta paċifika." 'Il-Gvern ma jistax juża reklamar biex iżomm il- midja ostaġġ' Id-diskussjoni daret fuq ir-reklamar u kif il-midja tista' tispiċċa ostaġġ, Zammit Dimech qalilna li jekk dik il-midja tkun tiddependi totalment minn xi kumpanija par-tikolari għar-reklamar, "ikun diffiċli ħafna għal dak il-ġurnal biex jagħti l-informazzjoni li ma tkunx taqbel mal- interessi kummerċjali, jekk dawn ikunu kbar ħafna li jippruvaw joħonqu l-vuċi tal-midja." Qalilna li f 'Malta dan l-argument isir għal kumpaniji kbar imma għandu jsir ukoll ghall-Gvern "għaliex irridu nassiguraw li meta jiġi biex jagħmel reklamar, ma jkunx qed jagħmel hekk b'mod li jiddeskrimina bejn gazzetti differenti." Spjega li s-saħħa ekonomika tal-Gvern "ma tista' qatt tin-tuża b'mod diskriminatorju, ma tistax tintuża b'mod li l-midja tispiċċa ostaġġ, għaliex dan ir-reklamar isir mit-taxxi tal-poplu." Zammit Dimech qal li hemm prinċipju fil-Kostituzzjoni, kif ukoll dritt fundamentali tal- bniedem fejn il-Gvern ma jistax jiddiskrimina b'mod politiku. Hu iżda jemmen li dan mhux qed jiġri. 'Il-Parlament Ewropew huwa Parlament tal-poplu Malti daqs tal-Belt' L-MEP tal-Partit Nazzjonalista kien ukoll Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "Bl-ISLAPP qisek qed tuża l-missili kontra Min jgħid li aħna tradituri m'għandux l-iċken idea ta' kif taħdem id- demokrazija, għadu ma fehemx li l-Parlament Ewropew huwa l-Parlament tal-poplu Malti bħalma huwa l-Parlament tal- Belt. " Il-libertà mhix biss li nitkellmu fuq dak li nixtiequ, imma wkoll id-dritt tas-soċjetà li tirċievi l-informazzjoni. " " L-MEP tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech jitkellem mal- ILLUM dwar l-użu tal-Islapp biex jingħalaq ħalq il-ġurnalisti u dwar l-irwol tiegħu r-rapport tal-Parlament Ewropew fuq il-libertà tal-midja "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 February 2018