Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/936288
21 Il-Ħadd 04 ta' Frar 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Voti, drittijiet u mistoqsijiet I ronika hux? Ironika illi f 'dinja u f 'soċjetà fejn id-drittijiet saru sagrosanti, fejn kollox u kulħadd għandu dritt u f 'soċjetà globali fejn aktar kemm pajjiż jagħti drittijiet, aktar ikun 'modern', qed naraw -istess ħin, id-drittijiet tal- ħaddiema jitnawru dejjem aktar. Bħallikieku, huwa perfettament mixtieq li jkollna dritt ngħidu li rridu, li niżżewġu lil min irridu, għandna d-dritt li niftħu proċeduri kontra kull min ma jħarisx id-drittijiet tagħna bħala konsumatur, imma mbagħad kważi, kważi niddejqu nitkellmu fuq dak li huwa d-dritt tiegħek bħala impjegat. Naturalment dan ma ġiex mix-xejn. Dan kollu huwa kaġun, primarjament, tax-xogħol prekarju. Iktar kemm indumu nagħlqu għajnejna għall-għoti ta' kuntratti li jiġġeddu kull tliet xhur u iktar kemm se ndumu naċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena, b'pagi miżeri, iktar se nkunu qed noħolqu l-ambjent perfett għall- abbuż. Ambjent fejn il-ħaddiem jiġi ridott għal numru u mhux meqjus bħala riżorsa. Fejn in- numru jieħu preċedenza fuq l-għerf li dak l-impjegat ikun akkwista kemm idum f 'dak il-post tax-xogħol. U hawnhekk allura jidħol dritt ieħor. L-istrajk. Matul dawn il-ġimagħtejn saru żewġ attentati permezz tal-Qorti biex min iħaddem iwaqqaf lill-ħaddiema milli jistrjakjaw. Darba fil-każ tal-MCAST u darb'oħra f 'tilwima bejn l-Air Malta u l-Piloti (ALPA). Issa aħna mhux se nidħlu direttament f 'dawn iż-żewġ kwistjonijiet, ħlief biex ngħidu illi mill-istqarrijiet li ħarġu huwa ċar li t-tnejn għandhom biċċa raġun. Aħna nixtiequ nfakkru biss illi l-istrajk, meta u f 'sitwazzjoni fejn kull tentattiv ieħor serju jkun falla, huwa dritt. Meta unjin tal-ħaddiema tħoss illi tkun eżawriet it-toroq kollha quddiemha, għandha dritt issejjaħ strajk bħala l-aħħar mezz biex twassal il-messaġġ tagħha. Jekk anke hawn, sforz ħafna raġunijiet, inkluż sforz il-fatt li kull strajk naturalment jolqot ħażin lil min qed jirċievi is- servizz, mela allura se nkunu morna pass lura, minflok 'il quddiem. Se nkunu pperikolajna għodda li għandu, jew suppost għandu, kull ħaddiem biex hekk kif jaċċerta li d-drittijiet tiegħu huma mħarsa f 'oqsma oħra, jaċċerta wkoll li d-drittijiet tiegħu fuq il-post tax- xogħol huma mħarsa. Ħaddiem mingħajr id-drittijiet tiegħu, huwa sempliċiment skorfina f 'magna, bla valur u bla vuċi. Inutli nitkellmu dwar il- libertà tal-espressjoni, jekk imbagħad noħonqu d-dritt tal-assoċjazzjoni u d-dritt li persuna taqla' għixien ġust, għax-xogħol li tagħmel. M'hemmx drittijiet tal- bniedem fil-forma sħiħa tagħhom jekk m'hemmx drittijiet tal-ħaddiem u kwalunkwe 'progress' li jgħattan id-dritt tal- ħaddiem u tal-unjins kif ukoll id-dritt li persuna tkun assoċjata fiha huwa fil-fatt, rigress. Vot liż-żgħażagħ ta' 16-il sena... Din il-ġimgħa Malta kompliet tikteb l-istorja hekk kif żgħażagħ ta' 16-il sena ngħataw id-dritt li jivvutaw f 'elezzjoni ġenerali u elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dan huwa pass 'il quddiem għax huwa l-akbar ċertifikat ta' kemm is-soċjetà llum qed tagħraf li wliedha huma mhux biss konxji ta' dak li qed jiġri, imma wkoll paretċipi f 'demokrazija ħajja li tiffaċċja tlajja' u nżul ukoll. Issa naturalment mhux kull min għandu 16-il sena se jipparteċipa jew se jkun wara l-bieb tal-post tal-votazzjoni fis-sitta ta' filgħodu. Imma dan ifisser ftit. Għax jivvutaw kemm jivvutaw żgħażagħ, l-għoti tad-dritt tal-vot qed jagħti wkoll vuċi. Qed jagħti aktar poter liż-żgħażagħ biex jitkellmu, biex jgħidu li jħossu u biex jipparteċipaw. Jew biex jinstemgħu huma bħala individwi, jew inkella biex jinstemgħu bħala grupp. Għalhekk huwa pass pożittiv dak li seħħ din il- ġimgħa. Mistoqsijiet... Matul dan l-aħħar xahar din il-gazzetta permezz ta' dan l-editorjal għamlet sett ta' mistoqsijiet dwar l-iffirmar tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare (VGH). Dawn il-mistoqsijiet m'għamilnihomx b'kapriċċ, imma għax huma pertinenti ħafna, minħabba li jitrattaw l-assi u flus il-poplu. Għamilnihom mhux biex il- kamra tal-aħbarijiet tagħna tkun taf ir-risposti. Jew biex ikunu jafu l-ġurnalisti u l-editur ta' din il-gazzetta. Qed isiru biex tkun taf int. Għax it-tliet sptarijiet huma proprjetà tiegħek u għax il-flus li ngħataw, jekk ingħataw, il-VGH huma tiegħek, mit-taxxi tiegħek. Peress li konna injorati. Bgħatna dawn il-mistoqsijiet lil żewġ Ministeri kif wkoll lil Kelliem fl-Uffiċċju tal- Prim Ministru. S'issa ma wasal xejn... (Ara paġna 15) Editur: Albert Gauci Cunningham